Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35774 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Long Service and Eefficiency Medal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri ta' l-armata li għandhom servizz ta' aktar minn 25 sena u ma ingħatawx il-long service and efficiency medal u għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li: a. In-numru ta’ membri tal-Forzi Armati li ma nghatawx il-Medalja ghal Servizz Twil u Efficjenti hu 75; b. Ir-raguni li ma nghatax il-Medalja kienet jew minhabba kazi ta’ dixxiplina jew minhabba record ta’ mard fit-tul jew ta’ spiss; c. Ta’ min ighid li l-Medalja tinghata lill-membri li jkunu ghalqu 18-il sena fis-Servizz.
Leg 9 PQ #35776 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Personnel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnel ta' l-armata li weġġgħu fuq ix-xogħol din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-numru ta’ membri ta’ l-armata li wegghu fuq ix-xoghol din is-sena (sa l-ewwel ta’ Ottubru) kien ta’ 45 u wiehed (1) haddiem civili. Il-maggoranza l-kbira tal-ka¿i kienu jikkonsistu f’incidenti ¿ghar li kienu jammontaw ghal 39. Sitt suldati sofrew ksur fl-ghadam.
Leg 9 PQ #35790 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35306, jista' il-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qed jiġi rivedut mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena infurmat li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qabel tiehu decizjoni dwar l-eligibilita` tal-persuna koncernata tat l-opportunita` lil din il-persuna biex tipprovdi evidenza lill-Kummissjoni li turi li hija kienet verament eligibbli fid-data tal-gheluq tas-sejha ghall-applikazzjonijiet. Minkejja dawn it-talbiet, il-Kummissjoi ghada ma rcevietx din l-evidenza.
Leg 9 PQ #35857 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li, meta pajjiżna qed jonfoq madwar Lm 20 miljun fis-sena sabiex ikun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jirriżulta li qed jitwettqu xogħlijiet li jinvolvu l-qerda tal-karatteristiċi tal-ħitan tas-sejjieħ, liema qerda ta' ħitan tmur kontra kull kunċett u kull etika tal-ħarsien ta' l-ambjent rurali kif ipprattikati fil-pajjiżi kollha Stati ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuggerixxi li l-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #35999 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Management Code

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja aġġornata tal-public service management code?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi kopja tal- “Public Service Management Code” (PSMC) July 2002 fuq il-mejda tal-Kamra. Il-PSMC tista tigi akkwistata mis-“sales office” tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Leg 9 PQ #35768 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Billi lill-ombudsman irriżultalu li hemm diversi membri ta' l-armata li saret inġustizzja magħhom, jaqbel il-Prim Ministru li dan huwa ineffiċjenza min-naħa tal-kap ta' l-armata? Jekk iva, dan se jaffetwa l-efficiency bonus li jingħata kull sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma naqbilx mad-dikjarazzjoni li qed jaghmel l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #35773 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Road Blocks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru road-blocks mill-armata din is-sena u x'kien ir-riżultat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Leg 9 PQ #35508 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE — Importazzjoni

Question

Peress li Malta ma tibbenefikax mis-sussidji fuq il-produzzjoni bħala membru sħiħ ta' l-UE u ma tipproduċix prodotti bħalma huma zokkor, qmuħ, ċereali, laħam, butir, eċċ, jista' il-Prim Ministru jinfurmani għaliex il-gvern qed jinnegozja ma' l-UE sabiex il-kontrolli fuq l-importazzjoni ta' prodotti bħal dawn ikunu eżentati biss fuq l-importazzjoni attwali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuggerixxi li l-Onor Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #35764 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Każi ta' Dixxiplina

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni, fuq każi ta' dixxiplina quddiem il-PSC? Għaliex ittellgħu u x'kien l-eżitu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-kazijiet tad-dixxiplina li gew riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku matul din is-sena. Kif diga` wegibt drabi ohra, il-kazijiet tad-dixxiplina gew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u ghalhekk dawn il-kazijiet m’ghadhomx jghaddu mill-Ufficcju tieghi. Dwar id-Dipartimenti li jaghqu taht l-Ufficcju tieghi ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena s’issa kien hemm kaz wiehed li gie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dan il-kaz ghadu pendenti quddiem il-Qorti. Fir-rigward tal-Ministri l-ohra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri rispettivi. Dwar il-kazijiet tad-dixxiplina li nbdew taht ir-Regolamenti ta’ l-1977 ninsab infurmat li mill-ewwel tas-sena s’issa kien hemm dsatax-il kaz li gew riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi t-taghrif l-iehor mitlub.
Leg 9 PQ #35739 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Tkeċċija ta' persuni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew persuni miċ-ċivil din is-sena? Għaliex tkeċċew, u minn liema dipartiment kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena s’issa kien hemm ufficjal pubbliku wiehed li tkecca mis-Servizz Pubbliku. Dan l-ufficjal pubbliku kien jahdem mal-Korporazzjoni ghas-Servizz ta’ l-Ilma u tkecca wara li nstab hati mill-Qorti li accetta flus biex ma jaghmilx xoghlu sew.
Leg 9 PQ #35742 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Persuni sospiżi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati maċ-ċivil li llum jinsabu sospiżi? Minn liema dipartimenti huma u għaliex ġew sospiżi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bhalissa hemm 29-il ufficjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-ezercizzju tas-setghat u tal-funzjonijiet tal-kariga taghhom. L-informazzjoni l-ohra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35911 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Landscaping

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nri. 33233 u 33380, jista` l-Prim Ministru jgħid x'sar mid-disa` proposti li saru lill-Gvern għal Private Public Partnership fil-qasam tal-landscaping.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi d-disa’ proposti li saru lill-Gvern ghal “Private Public Patnership” gew evalwati u gew “shortlisted” tnejn. Bhalissa ghaddejjin negozjati mal-“preferred bidder” kif ukoll ma’ rappre¿entanti tal-haddiema u dawn mistennija jigu konkluzi fi zmien qasir.
Leg 9 PQ #36035 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kodiċi tax-Xandir

Question

Ġaladarba fl-Att Legali 133 tas-sena 2002, il-kodiċi tax-xandir dwar użu tajjeb ta' l-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir, kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2002, jista' il-Ministru jgħid jekk din id-data hijiex sejra tiġi nforzata bid-dmirijiet u osservazzjoni tax-xandara?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li peress li l-Avviz Legali 133 ta’ l-2002 huwa ligi, l-Awtorita tax-Xandir qed tiehu l-mizuri necessarji biex dan l-Avviz Legali jigi nfurzat. L-Awtorita diga hadet numru ta’ mizuri qabel ma gie fis-sehh l-istess Avviz Legali u cioé saru tliet korsijiet dwar l-uzu ta’ l-ilsien Malti ghax-xandara, thejjew linji gwida mill-Akkademja tal-Malti ghax-xandara, tlesta programm dwar “fonts” Maltin biex jigi nstallat fuq il-“character generator” ta’ l-istazzjonijiet tat-televizjoni lokali, se jinhatru konsulenti dwar l-ilsien Malti ghall-istazzjonijiet kollha, kull licenzja gdida tax-xandir li tohrog l-Awtorita qed ikollha fiha obbligi cari dwar l-ilsien Malti u anke se jinghata premju ghall-ahjar uzu ta’ l-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir.
Leg 9 PQ #36101 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Performance Management Programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-performance management programmes u rapporti oħra relatati ta' uffiċjali fil-grad ta' prinċipal u prinċipal anzjan fis-servizz pubbliku ġewwa Għawdex għadhom ma ntbagħtux lil management and personnel office? Għand min huma miżmuma dawn ir-rapporti fil-ministeru għal Għawdex? Jaf il-Prim Ministru li minħabba t-traskuraġni ta' xi impjegat għoli fil-ministeru għal Għawdex dawn ir-rapporti ma jistgħux jiġu proċessati u minħabba f'hekk ċertu uffiċjali fis-servizz pubbliku ġewwa Għawdex għadhom m'humiex jieħdu s-salarju ta' l-iskala l-ġdida li qegħdin fiha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-impjegati li, b’rizultat tal-ftehim milhuq bejn il-Gvern u l-Unions f’Awissu 2001, ser ikun possibli ghalihom li jgawdu minn paga ghola konnessa ma’ skala ghola minn dik li jinsabu fiha. Dawn l-impjegati ser tkun tista’ tinghatalhom “progression” jekk ikollhom rakkomandazzjoni mehtiega fl-ahhar tlett “Performance Management Programmes” (PMPs) qabel id-data li fiha jkunu intitolati ghal “progression”. Dan l-ezercizzju jinvolvi mijiet ta’ impjegati. Ninsab infurmat li fil-Ministeru ghal Ghawdex qed isir l-istess ezercizzju li ghandu jigi mitmun f’qasir zmien.
Leg 9 PQ #36131 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Casual Typists

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jinformani jekk il-casual typists impjegati mal-gvern u li ilhom hekk għal żmien twil, hemmx il-ħsieb li jsiru tal-post fil-futur qarib? Kemm hemm casual typists impjegati mas-settur pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li kont tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 35810. In-numru ta’ “Casual Typists” huwa ta’ 122.
Leg 9 PQ #35453 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilmenti

Question

Jista` il-Prim Ministru jinvestiga l-ilmenti ġenwieni tar-residenti ta` Baħar iċ-Ċagħaq li tagħhom qed nibgħat kopja separatament? Jista` jara li l-ilmenti ta’ dawn ir-residenti jiġu mismugħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jaghmel il-Mistoqsija lil Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #35728 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ingaġġ ta' nies

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mad-diversi dipartimenti tal-gvern din is-sena? Ma' liema dipartimenti daħlu u x'xogħol jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi minn mas-Servizz Pubbliku, bejn l-1 ta’ Jannar u t-2 t’Ottubru 2002, telqu 770 persuna u gew impjegati hames mija u hmistax-il persuna (515). Il-gradi u d-dipartimenti ta’ dawn l-impjegati l-godda huma kif jidhru fit-tabella li qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35407 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ispiza globali tal-“mobile phones” tal-Ministeru u tas-segretarjat privat tieghi bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena kienet ta’ Lm6,915.55.
Leg 9 PQ #35557 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karrozzi tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom karrozzi b'kollox il-ministri u segretarji parlamentari? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel, minn fejn jingħataw il-fuel u jekk jitteħdux magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Prim Ministru ghandu zewg karozzi ufficjali. It-tnejn jahdmu bil-“petrol” li jinghata minn pompi tal-“petrol” privati u li ma jithallewx il-Ministeru. Rigward karozzi ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri l-ohra.
Leg 9 PQ #35745 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar — Nefqa

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35529 u jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra riċenti tiegħu fl-Awstralja u fi New Zealand?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni dwar z-zjara ufficcjali f’New Zealand u “working visit” li kienet vista lill-komunitajiet Maltin f’Sydney, Melbourne u Canberra.