Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħruġ ta' Warrants

Question

Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid liema professjonijiet jinħarġilhom il-warrant mill-President ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant ninsab infurmat li professjonisti hawn taħt imsemmija jinħarġilhom warrant mill-President ta’ Malta: · Avukati · Nutara Pubbliċi · Assistenti Ġudizzjarji Ta’ min jinnota wkoll li professjonisti fil-Ministeru tas-Saħħa tinħarġilhom liċenzja mill-President ta’ Malta.

Każ dwar Sajjied

Question

Jista' il-Prim Ministru jaġġornana dwar il-passi li ttieħdu a bażi tad-dikjarazzjoni ġuramentata tas-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jien stess għaddejt lill-uffiċjali tal-Prim Ministru permezz ta' interpellanza parlamentari xi ġimgħat ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

UE — Operational programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta tlestew l-operational programmes għall-perijodu ta' programmazzjoni li jmiss ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri għas-snin 2007-2013? Jekk tlestew xi abbozzi, x'inhuma l-iskemi u l-proġetti għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-abozzi taż-żewġ Operattivi huma pubbliċi. Kopji jistgħu jinkisbu mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jew mill-Ministeru tal-Finanzi. Fil-jiem li ġejjin iż-żewġ dokumenti ser ikunu fuq il-websites prinċipali tal-Gvern. Il-Programmi Operattivi ma jinkludux proġetti iżda prijoritajiet strateġiċi/settorali. Il-Gvern huwa kommess li mill-inqas 10 fil-mija ta’ l-infiq isir fi prġetti għall-iżvilupp ta’ Għawdex. L-għażla tal-proġetti issir meta jkun hemm qbil dwar il-Programmi mal-Kummissjoni Ewropea.

Double decker buses

Question

B'riferenza għal dak li kien rappurtat li qal fil-Malta Independent on Sunday tas-7 ta' Awissu 2005, jista' il-Prim Ministru jgħid kienx kellem lill-ADT, kif wiegħed, fuq il-każ tad-double deckers? Jekk iva, jista' jgħid x'weġbuh u x'sar minn dak iż-żmien 'il hawn fil-konfront tal-problema ppreżentata lill-Prim Ministru dakinhar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant u nikkonferma li jien kont ikkomunikajt mal-Ministru responsabbli għat-trasport dwar din il-materja. Kif naħseb li l-Onor Interpellant jaf, minn dak iż-żmien ‘l hawn seħħew żviluppi ġodda fis-sens li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħejjiet id-dokumenti meħtieġa dwar żewġ rotot li fuqhom jista’ jingħata servizzi bi skeda bl-użu ta’ open top buses. Inħarġet ukoll, fil-21 ta’ Marzu li għadda, sejħa għal proposti għal servizz fuq dawn iż-żewġ rotot u kull min kien interessat kellu l-opportunita’ li tressaq il-proposta/i tiegħu. Is-sejħa għal proposti għalqet fil-4 ta’ Mejju.

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti klandestini jgħixu f'open centres illum u kemm swew lill-istat din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ġejt infurmat li bħalissa hawn 1031 immigranti li qed jgħixu f’ open centres, ul-ispiża għal din is-sena laħqet Lm 320,423.81.

Ħaddiema fis-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern part-time, full-time on contract basis u on temporary basismill-2003 sal-lum u ma' liema dipartiment ġew impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk minn dak li qal f'mistoqsija parlamentari 17371 xi suldat ieħor apparti ċ-ċifra li ta fl-istess tweġiba minn Jannar 2006 sal-lum, irriżultax pożittiv għat-TB mute jew mard ieħor minħabba kuntatt mal-klandestini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Diretturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18490 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu, inħatar/inħatru segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi jew assistenti diretturi mingħajr ma applikaw għall-kariga li ġew appuntati fiha meta ħarġet il-call for applications għal dik il-pożizzjoni partikolari" F'każ li nħatru uffiċjali b'dan il-mod, jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, għaliex inħatru b'dan il-mod u min iddeċieda li huma ideali li jokkupaw il-kariga fin-nuqqas li għamlu interview? Jista' jgħid min huma dawn in-nies u x'karigi qegħdin jokkupaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fil-Ministeru tal-MIIIT sa mill-1 ta’ Jannar 2005 saret biss ħatra waħda fejn il-persuna ma kenitx intervistata. Dil-persuna kienet diġa Direttur u peress li ma nstab ħadd idoneo minn dawk li applikaw inkluż l-‘incumbent’, il-pożizzjoni ta’ Direttur (Servizzi Koperattivi) intliet permezz ta’ ‘Lateral move’.

Ċirkolari MFC 5/98

Question

B'riferenza għal ċirkolari maħruġa mill-Ministru tal-Finanzi MFC 5/98 fit-18 ta' Marzu 1998, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk din għadhiex valida? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hemmx xi ministru jew segretarju parlamentari li għandu l-karozza tiegħu jew is-second car taqbeż l-1800cc? Jista' jgħid jekk il-permanent secretaries, chairpersons, diretturi ġenerali, CEOs u diretturi għandhom karozza li taqbeż iċ-ċilindrata imsemmija fl-istess ċirkolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema fis-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm fiċ-ċivil segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, assistenti diretturi, senior principals, principals fi skala 8, fi skala 9 u fi skala 10, executive officers, senior clerks, clerks, casual executive officers, casual typists u casual clerks? Jista' jgħid kemm hemm vakanzi f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sat-30 ta’ Ġunju 2006, in-numru ta’ uffiċjali fiċ-Ċivil kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Segretarji Permanenti: 15 Direttur Ġenerali: 23 Diretturi: 125 Assistant Diretturi: 142 Senior Principles: 121 Principles fi skala 8: 24 fi skala 9: 374 fi skala 10: 102 Executive Officers: 498 Senior Clerks: 618 Clerks: 1142 Casual Executive Officers: 23 Casual Clerks: 88 Casual Typists: 4 In numru ta’ vaganzi jvarjaw skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-Servizz.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex għadhom ma ntbagħtux mid-dipartiment tat-taxxi interni n-noti li l-formoli mimlija tat-taxxa jkunu ġew irċevuti, u dan kważi xahrejn wara li ntbagħtu? X'inhu jżomm milli dawn jintbagħtu fil-ħin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħataf’xi seduta oħra.

OPM — Konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħataf’xi seduta oħra.

Forzi Armati — Part 1 Order

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15986, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Part 1 Order maħruġa minn Colonel R Farrugia, Commanding Officer ta' l-Ewwel Rigment, nhar il-Ħamis 24 ta' Marzu, serial number 31, paragrafu 127 jgħid hekk: Part 1 Order, Ser 30, para 125 dated Wednesday 22nd March 2006 is hereby cancelled? Jista jgħid jekk dak li l-Part 1 Order in kwestjoni kkanċellat għadux ikkanċellat sal-lum, x'kienet ir-raġuni u jekk dak li ġie mwiegħed mill-istess Prim Ministru fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15986 ingħatax is-suldati llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-pożizzjoni llum hi kif spjegat fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru 19787. Biex ma jkunx hemm xi nuqqas ta’ ftehim fl-ordnijiet li l-Armata ħarġet f’dan ir-rigward, qed terġa tingħata direttiva biex tiġi ppublikata mill-ġdid l-ordni li tamenda r-regolamenti tal-‘Leave’ fl-Armata, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mas-suġġett tal-mistoqsija.

Ta' Qali — Kumpless ta' l-Għadd tal-Voti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-kumpless ta' l-għadd tal-voti f'Ta' Qali mhuwiex tajjeb biex ikompli jintuża? Intalbet konsulenza qabel ittieħdet din id-deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, min tqabbad għal din il-konsulenza u kemm tħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħataf’xi seduta oħra.

Immigranti Irregolari — Provvista ta' l-Ikel

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li l-persuna ossia ditta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rebħet tender għall-provvista ta' l-ikel għall-immigranti irregolari? Jista' jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti jew jekk it-tender ingħatatx b'direct order? X'kienu l-kriterji għat-tender? Kemm hu l-valur tiegħu? Meta nħarġet it-tender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

BMW's taċ-CHOGM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ministru jew segretarju parlamentari li xtara għall-użu uffiċjali xi waħda mill-BMW's taċ-CHOGM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 19883

Immigranti Irregolari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tenders ingħataw għall-istallazzjoni tad-dawl u ilma u platforms tal-concrete biex jitqiegħdu t-tined fuqhom għall-immigranti irregolari? F'liema bini ngħataw dawn it-tenders? Lil min ingħataw? Saret sejħa għal offerti jew ingħataw b'direct order? Kemm jiswew dawn it-tenders u lil min ingħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħolijiet imsemmija ġew ordnati f’Lyster Barracks ta’ Ħal Far, kif jidher hawn taħt: a. Xogħol in konessjoni ma’ nstallazzjoni tad-dawl u ilma - żewġ “direct orders”, waħda lill-Master Enterprises Ltd li tiswa Lm 12,391.00 u oħra lil Mr John Zahra li tiswa Lm 3,569.60. b. Kostruzzjoni ta’ “platforms” tal-“concrete” – żewġ “direct Orders” lil Ballut Blocks Ltd li jiswew Lm 30,030.

Ħaddiema tas-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu mal-gvern abbażi ta' kuntratt definit f'kull dipartiemnt jew sezzjoni tal-gvern; b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin; c) min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern; u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu; xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu; u jekk, kull wieħed u waħda minnhom għandhomx grad sostantiv bħala ħaddiema tal-gvern jew le; d) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat li l-informazzjoni mitluba tirrekjedi ħafna ħin u fiċ-ċirkostanzi illi bħalissa l-Gvern qed jevalwa s-sitwazzjoni tal-‘fixed-term’ (ara risposta PQ 19741) ma jinħassx li għandha tingħata risposta ddettaljata f’dan l-istadju.