Jista' il-Ministru jikkonferma li f'Diċembru 2004 tlesta rapport dwar il-finanzjament tal-qasam tas-saħħa f'pajjiżna, b'mod speċjali fuq il-ħlasijiet li jridu jagħmlu ċ-ċittadini biex jużaw is-servizzi ta' l-isptarijiet biex is-servizz offrut jibqa' sostenibbli? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jekk l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għar-rapport magħmul minn nies tekniċi tal-MCESD, liema rapport għadu jrid jiġi diskuss bejn il-partijiet soċjali fl-MCESD, ninfurmaħ li r-rapport għadu ma ġiex approvat mill-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern se jippubblika l-white paper dwar ir-riformi li hu maħsub isiru f'pajjiżna fuq il-qasam tas-saħħa? Jista' ipoġġi kopja ta' din il-white paper fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Membru li ġie deċiż li ma tiġi pubblikata l-ebda white paper dwar il-qasam tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna mejta - indikata separatament - u oħrajn li mietu l-Ħadd 27 ta' Marzu 2005 fl-isptar San Luqa fil-ward 6, ma tniżżlux fil-kamra mortwarja minn ward 6 u li tpoġġew f'ward oħra flok fil-kamra mortwarja?
Jikkonferma l-Ministru li din tpoġġiet fuq tavla wara bieb li ma setgħex jinfetaħ il-bieb b'sorpriża anke għall-istess membri tal-familja tagħha? Jarax il-Ministru li dan huwa att degradanti lejn il-mejjet u anke lejn l-istess membri tal-familja tagħha u ta' oħrajn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ħamis ix-Xirka u l-Għid il-Kbir ma jsirux funerali. F'dawn l-erbat ijiem ġewwa l-Isptar San Luqa mietu 38 persuna. Il-kamra mortwarja tesa' 13-il katavru.
Matul dawn iż-żminijiet isir arranġament sabiex dawk il-katavri li għalihom ma jkunx hemm spazzju fil-kamra mortwarja jitpoġġew f'post dinjituż u sigur alternattiv. F'dan il-post u fil-każ indikat il-katavri tpoġġew fuq sodod u mhux fuq twavel kif allegat fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' il-Ministru jikkonferma li madwar tliet snin ilu daħlu numru ta' nurses mal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jippubblika r-riżultat ta' kull wieħed u waħda li daħlu mal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid minn liema postijiet f'Malta daħlu dawn in-nurses?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li jtemmu b'suċċess il-kors li jwassal għal Diploma jew BSc fin-Nursing normalment jiġu mpjegati bħala nfermiera mad-Diviżjoni tas-Saħħa fuq bażi każwali sakemm il-proċedura għall-ħatra tagħhom bħala Enrolled jew Staff Nurses tkun finaliżżata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Hekk ġara tliet snin ilu u r-riżultat ta' l-intervisti konċernati kien ġie ppubblikat mill-istess Kummissjoni. Għaldaqstant m'hinix f'qagħda li nippubblika l-imsemmi riżultat.
L-infermiera li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant kienu mill-postijiet li ġejjin:
Staff Nurses
Enrolled Nurses
Birkirkara
-
1
Birżebbuġia
1
2
Cospicua
1
-
Fgura
2
1
Għargħur
-
1
Għaxaq
2
3
Għawdex
8
2
Gudja
1
-
Gżira
-
1
Kalkara
-
1
Lija
1
-
Luqa
1
2
Marsascala
2
1
Marsaxlokk
1
-
Mellieħa
2
-
Mosta
2
3
Mġarr
1
-
Mqabba
-
1
Msida
1
-
Naxxar
2
1
Paola
3
-
Pieta'
1
-
Qrendi
1
1
Rabat
2
4
Safi
1
-
San Ġiljan
2
-
San Ġwann
-
1
San Pawl il-Baħar
2
1
Senglea
-
1
Siġġiewi
-
2
Sliama
1
-
Swieqi
1
-
Santa Luċija
-
1
Ta' Xbiex
-
1
Tarxien
1
1
Żabbar
-
3
Żebbuġ
1
1
Żejtun
-
1
Total
44
38
Peress li r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea jipprovdu li ċittadin ta' l-Unjoni għandu dritt li jfittex kura fi sptar f'pajjiż membru ieħor bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtoritajiet ta' pajjiżu. Din l-awtorizzazzjoni tingħata jekk il-kura mitluba tkun tista' tingħata f'limitu ta' żmien aċċettabbli. L-ispiża tkun rimborsata mill-awtoritajiet tal-pajjiż taċ-ċittadin kemm-il darba tkun ingħatat din l-awtorizzazzjoni bil-quddiem. L-awtoritajiet ta' saħħa Maltin kif qed jinterpretaw it-terminu "limitu ta' żmien aċċettabbli" u kif dan qed ivarja minn kura għal oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa ma għamel l-ebda definizzjoni tat-terminu "limitu ta' żmien aċċettabbli" għaliex dan jinbidel skond kriterji strettament mediċi, irrispettivament mit-tul ta' stennija għall-kura meħtieġa; u dan skond l-opinjoni espressa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux se ssir bidla fil-mod kif isir il-parking fl-isptar San Luqa? Jekk iva, dawk li jgħallmu fl-Institute of Health Care u sal-lum jipparkjaw ħdejn l-Institute fil-parkeġġ li hemm apposta se jkunu jistgħu jibqgħu jipparkjaw f'dan il-post? Jekk iva, se jkollhom bżonn xi card apposta?
Il-Membri Parlamentari li sal-lum jipparkjaw fil-VIP area se jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu dan meta jmorru jżuru xi kostitwenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma li fl-Isptar San Luqa se tiġi ntrodotta sistema ġdida ta traffiku u parkeġġ.
Dawk li jgħallmu fl-Institute of Health Care se jibqgħu jipparkjaw il-vetturi tagħhom fl-istess parkeġġ li hemm quddiem il-post imsemmi. Biex tidħol fuq it-triq li twassal għal dan il-parkeġġ, kull individwu jkun meħtieġ li juża Proximity Card maħruġa mill-Institute of Health Care.
Il-Membri Parlamentari se jkunu jistgħu jipparkjaw fil-VIP Area kif kienu qabel.
Fid-dawl li se ssir liġi ġdida dwar twelid assistit artifiċjali, jista' il-Ministru jgħid jekk dan is-servizz huwiex se jingħata b'xejn lil koppji fid-dawl li kien hemm wardfl-isptar San Luqa apposta għalhekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-twelid assistit artifiċjalment bħal ma hu IVF ma jifformax parti mis-servizz tas-Saħħa b'xejn mogħti mill-Gvern. Il-proposta ta' sala għal dan il-għan qatt ma ġiet approvata mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatatx l-offerta għall-canteen ta' barra tal-SVPR?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-canteen li hemm barra l-SVPR hu fuq art privata u għallhekk id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-operat tiegħu.
Jista' il-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li l-karta anzjan issir fuq il-mudell tal-karta ta' l-identita' u forsi tkun tinkludi wkoll il-grupp tad-demm u informazzjoni oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-possibilita' li l-kartanzjan issir fuq il-mudel tal-Karta ta' l-identita' qed tiġi kkunsidrata.
Rigward l-informazzjoni tal-grupp tad-demm li jkun inkluż, dan ma jistax isir skond l-Att ta' l-1975 li jgħid li l-grupp tad-demm mhux wieħed mill-partikularitajiet li għandu jidher fuq il-karta ta' l-Identita'.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa għandux il-mediċini u l-ammont adegwat għal kontra xi mewġa ta' influwenza Asjatika - dik tat-tjur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din l-issue diga bdiet tiġi ndirizzata minn kumitat maħtur apposta mid-Dipartiment tas-Saħħa fejn qed tiġi analiżżata l-aħjar azzjoni u kura, f'sitwazzjoni bħal din. F'dan ir-rigward għandu jingħad ukoll li d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed isegwi l-pariri tal-WHO u l-Unjoni Ewropeja.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pilloli Cosar mhux qed jingħataw kif suppost mill-isptar għax kienu out of stock? Billi hemm anzjani li nefqu Lm20 f'pilloli, jista' il-Ministru jaċċerta li dawn il-pilloli jiġu ordnati u jkunu in stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jixtru l-mediċina Lozartan u mhux il-prodott speċifiku Coozar.
Infurmat ukoll li l-pilloli Losartan mhumiex out of stock.
Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura trid tiġi segwita biex persuna li hija ċertifikata li hi skiżofrenika tagħmel il-karta s-safra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li tabib tal-familja jew miċ-Ċentru tas-Saħħa jirreferi lil pazjent/a kkonċernat fil-Psychiatric Out-Patient. Il-konsulent li jara lil pazjent/a fl-isptar jikkonferma d-dijanjożi, jagħmel applikazzjoni u jibgħatha l-Isptar San Luqa fl-Uffiċċju tal-kartuna s-safra.
Jista' il-Ministru jinformani jekk huwiex se jitneħħa x-shift tal-maintenance mill-isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-raġunijiet u meta se ssir il-bidla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħalissa għaddejin negozjati mal-Unions u għadu mhux magħruf x'se jkun ir-riżultat ta' dawn in-negozjati u jekk m'humiex se jitneħħew xi shifts.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet ta' l-HIV kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom irriżultaw pożittivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Sena
Numru ta' testijiet
Numru ta' testijiet pożittivi
2000
4950
14
2001
5423
11
2002
5734
26
2003
4648
16
2004
6194
23
Dawn huma r-riżultati ta' HIV antibody testing mill-Virology Laboratory, ta' St. Luke's Hospital.
Peress li l-ittestjar huwa anonimu, it-testijiet pożittivi jistgħu ikunu duplikati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar b'overdose is-sena l-oħra? Kemm minn dawn kienu minn drogi u kemm minn mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-sena l-oħra daħlu 278 persuna b'overdose.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l'A&E Department ma jżommu l-ebda record tat-tip ta' mediċina jew droga użata.