Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23175?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Membri ta’ l-Istaff li jaħdmu f’postijiet fejn hemm radjazzjoni għandhom dak li jissejħu “personal radiation monitoring devices”.
Dawn ir-“radiation monitors” juru li l-istaff mhux qed ikun espost għal xi livelli għoljin ta’ radjazzjoni. Dan jindika wkoll li l-livell ta’radjazzjoni fil-viċinanza ta’ dan l-apparat mhuwiex għoli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22894?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar kif kienet is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2001.
Dwar il-lista ta’ operazzjonijiet pendenti, qed ninkludi biss lill-dawk il-pazjenti li f’din id-data kien għadhom ma ngħatawx appuntament.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ma teżisti ebda 'waiting list' għal każijiet urġenti.
Illum il-pazjent għandu l-għażla bejn servizz privat u servizz pubbliku. Dawk kollha li għamlu użu mis-servizz privat kienu potenzjalment klijenti tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jara li l-bdil tal-lożor fis-Sala M3 fl-isptar San Luqa jsir aktar spiss, peress li ħafna pażjenti qed jilmentaw li l-lożor idumu ma jinbiddlu ħafna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-allegazzjoni tal-Onor. Interpellant ma tirriżultax, għax il-bdil tal-lożor mhux biss isir fuq bażi regolari, imma wkoll skond il-bżonn individwali.
Jista' l-Ministru jikkonferma li biex tinfetah spiżerija ġdida, l-G.R.T.U. mhux tagħmel oggezjoni għal zoni maqtugħa mll-qalba tar-raħal jew belt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
La darba r-rapport tad-diskussjonijiet li saru bejn id-Divizjoni tas-Saħħa, l-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara għadu qed jiġi evalwat, ma nħossx li jkun pertinenti li niżvela x'fih f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u b'mod urġenti biex il-paga dovuta għax-xahar ta' Jannar 2001 lill-persuna li dettalji tagħha qed jintagħtu separatament tinħareġ mill-aktar fiss possibli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament tinħarġilha l-paga b'ċekk supplimentari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet/każi ta' Hepatitis C positive, sena b'sena, mindu bdiet issir din l-investigazzjoni f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Laboratorju tal-Viroloġija ġewwa l-Isptar San Luqa beda t-testijiet għal hepatitis C antibodies fl-aħħar tas-sena 1992. In-numru ta' testijiet li rriżultaw reactive huma arkivjati mis-sena 1994 l-hawn kif ġej:
1994 226
1995 198
1996 314
1997 448
1998 270
1999 304
2000 326
2001 sa l-aħħar ta' Jannar 14
Din l-istatistika tista tinkludi xi ripetizzjonijiet.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22663, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fuq il-mediċina Aldactone (25 mg) minħabba li kien qal li suppost tkun fuq is-suq għall-aħħar ta' dan ix-xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern irċevew din il-ġimgħa konsenja żgħira ta' pilloli Spiroloctone (25mg). Dawn il-pilloli qegħdin jitqassmu mill-Ispiżerija tal-
'
Outpatients
' ta' l-Isptar San Luqa. L-ordni kkonfermata fl-4 ta' Novembru 2000 ma'
'wholesaler'
Ingliż mistennija tasal Malta l-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministru jinfurmana dwar min jieħu ħsieb il-ħasil tat-toilets u maintenance ieħor simili fis-Sala M3 fl-isptar San Luqa?
Peress li f'din is-sala qiegħed ikun hemm ħafna ilmenti dwar nuqqas ta' iġene, jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ħasil u maintenance fl-isptar kollu u mhux fis-sala M3 biss isir fuq bażi regolari u skond il-ħtieġa.
Ma naf bl-ebda ilmenti speċifiċi dwar il-ward M3 u fuq spezzjoni għall għarrieda, ma rriżultax li hemm xi ħaġa differenti minn swali oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid xi provvista ta' mediċini għandna f'każ li xi serp velenuż milli jinżamm illegalment f'pajjiżna jigdem lil xi ħadd?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma tinżamx provvista ta' anti venoms għaliex dawn huma species specific. Dawn jinġiebu skond il-bżonn u l-ħtieġa.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu informazzjoni dwar it-tip ta' sriep li qed jinżammu illegalment, nitolbu jgħaddieha kunfidenzjalment lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-servizz fil-berġa tas-saħħa tal-gvern f'Tas-Sliema jitjieb peress li qed jasluli ħafna lmenti minn residenti Slimiżi, speċjalment fejn jirrigwarda s-servizz tat-tqassim tal-pilloli kif wkoll il-visti dwar il-pressjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja dejjem jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex is-servizz fil-bereġ tas-Saħħa tal-Gvern jkun l-aħjar li jista' jingħata bil-mezzi għad-dispożizzjoni tiegħu. Dan jinkludi wkoll il-Berġa ta' Tas-Sliema.
Il-pilloli li jiġu mal-Postal Medicine Section dejjem waslu fil-ħin u dejjem tqassmu kollha lil dawk li attendew għall-mediċini tagħhom. Xi kultant ikun hemm mediċini out of stock u għalhekk jista' jagħti l-każ li items bħal dawn ikunu nieqsa, iżda din hi l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.
Rigward il-vista tal-pressjoni, din hija fid-diskrezzjoni tat-tabib kemm spiss din għandha tiġi ċċekkjata. Il-pazjenti jingħataw kard li fuqha jkun hemm rekord tal-visti tal-pressjoni. Sfortunatament ċerti nies jidhrilhom li għandhom jippruvaw il-pressjoni kull ġimgħa jew meta jfettlilhom. Dan mhux aċċettabbli jekk ma jkunx hemm raġuni valida sanzjonata mit-tabib.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000, kemm-il darba ġie studjat hemmx livelli għoljin ta' raġġi radjoloġiċi fl-inħawi ta' l-Isptar San Luqa u l-Isptar Boffa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar l-introduzzjoni tas-sistema microwave flok l-inċineratur fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proċess biex tiddaħħal sistema li tuża teknoloġija 'non burn' minflok l-inċeneratur, waslet fil-fażi ta' evalwazzjoni. Għal dan il-għan inġiebu żewġ esperti Amerikani biex bil-pariri tagħhom jgħinu fl-aġġudikazzjoni ta' t-tender.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-canteen ta' Mount Carmel Hospital qed ikun magħluq meta xi persuna tkun bil-leave?
Jista' jgħid għaliex meta xi supervisors jidħlu overtime biex jagħmlu xogħol ta' cleaners mhux jidħlu ħaddiema oħra bi grad anqas biex jassistu fil-canteen sabiex il-pazjenti jisservew fl-isptar u mhux ikollhom joħorġu jixtru minn barra l-bini ta' l-isptar bil-periklu li dan iġib miegħu?
Jista' jieħu l-passi immedjatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dwar l-ewwel parti ta' d-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda numru 22681.
Dwar it-tieni parti infurmat li s-Supervisors ma jidħlux overtime fuq xogħol ta' cleaning imma fuq superviżjoni ta' ħaddiema li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' overtime.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tas-saħħa f'pajjiżna hux qed isegwu l-konkluzjonijiet ta' riċerka li saret fl-Ingilterra u fl-Isvezja li t-tilqim kontra l-measles, il-mumps u r-rubella jikkaġuna autisin fit-tfal?
B'liema mod qed isegwu din ir-riċerka? X'inhi r-reazzjoni tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq nassigura l-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tas-Saħħa, permezz tal-Kumitat Nazzjonali li jagħti pariri dwar it-tilqim, qiegħed isegwi kemm direttament kif ukoll indirettament (permezz tal-għajnuna teknika mingħand l-uffiċċju tal-Expanded Programme on Immunisation tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa) ir-rapporti ta' studji xjentifiċi li jiġi ppublikati dwar l-użu jew side-effects potenzjali tat-tilqim kollu.
Il-konklużjoni ta' studji li saru ġewwa l-Ingilterra u l-Iżvezja stabilixxew li għalkemm sabu illi kien hemm diversi side-effects minn din it-tilqima, dawn ma kienux serji u FL-EBDA KAŻ ma sabu li kien hemm tfal li żviluppaw l-autism jew xi kundizzjoni relatata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet major, intermediate and minor fit-teatri kollha fl-isptarijiet tal-gvern matul is-sena 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni dwar in-numru ta` operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech. Minn Jannar s'Ottubru tas-sena 2000 kien hemm total ta` 20627 operazzjonijiet irreġistrati fis-Surgical Operations Register. L-informazzjoni għax-xhur ta` Ottubru u Diċembru 2000 għadha qed tinġabar.
Il-klassifikazzjoni ta` l-operazzjonijiet bħala 'Major', 'Minor' u 'Intermediate' m'għadiex tintuża mill-impjegati ta` l-isptar li jaħdmu fit-'theatres'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi ta' CJD jew ekwivalenti rapportati fl-Isptar San Luqa u/jew f'xi ċentri tas-saħħa oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat illi mill-1997 'l hawn kellna każ wieħed ta` CJD li ġie notifikat lit-Taqsima Tħaris tal-Mard fl-1998.
Dan il-każ ma kienx tat-tip nvCJD, jiġifieri ma kienx relatat ma` konsum ta` laħam li kien infettat bil-BSE.