B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari numru 14728, jista' jgħid x'passi se jieħu kontra minn kien responsabbli li għamel dawn l-ispejjeż kollha bla permess bil-quddiem tal-Ministeru tal-Finanzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qabel ma jittieħdu xi passi kontra min jagħmel spejjes bla ma l-ewwel jieħu l-permess tal-Ministeru tal-Finanzi, l-ewwel jiġi determinat jekk ikunx hemm ġustifikazzjoni adeguata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14464 għax-xahar ta' Marzu 2000 u tista' tagħti l-informazzjoni ta' l-istess oġġetti impurtati għall-perijodu Jannar - Marzu 1999?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li n-nomenklatura tat-tariffa tad-dwana nbidlet mill-ewwel ta` Frar 2000, dawk is-subintestaturi li kienu nħolqu speċifikament għal oġġetti li qabel kienu jħallsu it-taxxa tal-`levy` (u li issa ġew eżenti), tneħħew. Għaldaqstant dawn l-oġġetti issa huma kklassifikati flimkien ma` oġġetti oħra li ma kinux iħallsu din it-taxxa, u mhux possibbli tiddistingwi bejniethom fejn jidħol valur ta` importazzjoni.
Jista` jingħata biss il-valur ta` dawk l-oġġetti li kienu minn qabel klassifikati għalihom fit-tariffa u għalhekk għadhom jistgħu jiġu identifikati.
Il-valur ta` dawn l-oġġetti għal Marzu 2000 kien Lm952,551.
Importazzjoni ta` oġġetti li fuqhom tħallset il-levy fil-1999 u li m`għadhomx taxxabbli fl-2000 huma :
Jannar Lm552,703
Frar Lm582,150
Marzu Lm1,123,698
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-lottu għandux il-ħsieb li jintroduċi xi logħba jew lotterija oħra?
Jista' jgħid ukoll jekk sarux xi diskussjonijiet dwar il-possibbilta' li dan id-dipartiment jiġi privatizzat? Jekk iva, ma' min saru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda ħsieb li d-Dipartiment tal-Lottu jintroduċi xi logħba jew lotterija oħra.
Dwar il-possibilta` li d-Dipartiment tal-Lottu jiġi privatizzat il-Gvern għadu bil-ħsieb tal-amministrazzjoni preċedenti u minn żmien għal żmien jaġġorna l-pożizjoni sakemm tittieħed deċiżjoni finali.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15237 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara għaliex l-anzjan, li ismu qed jintbagħat separatament, għadu jirċievi l-pensjoni tal-pulizija bin-nieqes wara li ilu 32 sena pensjonant? Jista' jagħti r-raġunijiet għal dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jirriżultali li l-ex-membru tal-pulizija li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Membru rċieva l-pensjoni kkommutat `sħiħa` meta rtira mis-servizz u dan għax kellu servizz sħiħ, jiġifieri 25 sena.
Minbarra dan, ta` min jgħid li l-individwu kkonċernat gawda għal darbtejn (jiġifieri fl-1968 u fl-1970) minn `Aġġustament ta` Anomaliji` u minn `Reviżjoni ta` Salarji` rispettivament li gawda minnhom il-Korp tal-Pulizija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15300 il-figuri jinkludu taxxa mħallsa mill-kumpanniji tal-professjonijiet indikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 15300, l-figura ta` taxxa mħallsa minn professjonisti fl-1999 ma tinkludix xi taxxa tad-dħul li tħallset minn kumpanniji tal-professjonisti.
F`dan ir-rigward it-taxxa li tħallset minn dawn il-kumpaniji tal-professjonisti hija :
1. Legal Activities Lm17,991
2. Accounting & Auditing Lm60,593
3. Architects & Engineering activities Lm73,487
4. Medical Practice Lm03,512
5. Dental Practice Lm10,610
6. Veterinary Service -
Total Lm166,193
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hemm xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lill-individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) lil minn ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (ċ) kemm swew fi flus Maltin; u (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġibija hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjeta' tal-ministeru jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min qed jintużaw; (2) minn meta bdew jintużaw; (3) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (4) kemm swew fi flus Maltin; (5) xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li b'kollox l-awtoritajiet Maltin diġa' taw permess lill-HSBC biex jibagħtu barra minn Malta Lm30 miljun f'fund investment?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min jixtieq iqiegħed il-flus ġo `Investment Fund` li huwa awtorizzat jinvesti barra minn Malta jista` jagħmel dan bla permess sal-limitu ta` investiment li kull individwu adult Malti jista` jagħmel f`munita barranija kull sena. Fil-preżent dan il-limitu hu ta` Lm 15,000. Għaldaqstant il-`Fund Managers` m`għandhomx bżonn permess biex jibgħatu barra minn Malta flus bħal dawn.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jintervjeni sabiex il-persuna minn Ħal Tarxien, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jieħu l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u li ilhom pendenti għal tliet snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-persuna mill-Fgura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jirċievi l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, liema arretrati ilhom dovuti mill-1993 u jammontaw għal kważi Lm1,700?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li wara li d-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ tenders biex jinxtraw minn kuntrattur l-karti A4 bil-watermark MG, liema proċess għadu għaddej, intefgħet tender minn kuntrattur partikolari li poġġa prezz baxx ħafna li allura jista' jagħti lok għal abbuż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prezzijiet mitfugħa b`rispons għall-avviż CT 48\2000 `Period Contract for the Supply of Xerographic Paper` ġew ippublikati fin-Notice Board tad-Dipartiment tal-Kuntratti fl-istess jum li għalqu l-offerti jiġifieri 7 ta` Marzu 2000.
Għaldaqstant mhux il-każ li nikkonferma jew le jekk intefax xi prezz baxx għax il-prezzijiet huma ppubblikati, jista` jarahom kullħadd u sta` għal min jarahom jiddeċiedi jekk xi prezz huwiex baxx ħafna jew le.
Inżid ngħid li f`każ bħal dawn mhux il-prezz biss li jgħodd imma l-kwalita` tal-karta li tkun qed tiġi offruta. Ma l-offerta kellhom jintbgħatu kampjuni tal-karta u dawn il-kampjuni jintbgħatu lill-Laboratorju Nazzjonali biex jiġu ttestjati viz-a-viz l-ispeċifikazzjonijiet ta` l-offerta. Ma tiġi aċċettata l-ebda offerta jekk il-kampjun ma jgħaddix mit-test.
Naħseb li jkun tajjeb niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant illi meta jiġi deċiż min se jingħata l-kuntratt u toħroġ il-`Letter of Acceptance` id-Direttur tal-Kuntratti joħroġ ċirkulari lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u l-Korpi Parastatali fejn jinformhom min hu l-kuntrattur, il-prezzijiet aċċettati, il-fatt li l-karta trid tkun `water marked` bill-GM u li kultant żmien kampjuni tal-karti li jinxtraw għandhom jiġu mingħuta għat-`testing` mill-ġdid biex jiġi żgurat li l-karta tkun l-istess kwalita` bħall dik li biha ntrebaħ il-kuntratt.
L-ebda kap ta` Dipartiment ma jista` jixtri karta, f`dan il-każ għall-`photocopy` jekk mhux mingħand il-kuntrattur approvat mill-Gvern u bil-prezz u l-kwalita` aċċettati inkluża l-`watermark`.
Nikkonkludi billi ngħid li prezz għoli ma jfissirx l-eliminazzjoni ta` l-abbuż. L-abbuż jinqered jekk il-kapijiet tad-Dipartimenti u l-Korporazzjonijiet Parastatali jimxu mad-Direttivi li jkun hemm fiċ-ċirkolari msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu reġgħet daħlet il-VAT kemm intalbu refunds mit-turisti li jkunu xtraw oġġetti f'Malta u jkunu siefru bihom? Jista' jagħti l-figuri għall-ewwel xahrejn ta' din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar talbiet għal ħlas lura tal-VAT lill-persuni li ma jkunux residenti f`Malta fuq oġġetti li jkunu xtraw f`Malta, huwa kif ġej :
Perjodu Numru ta` Applikazzjonijiet Ammont Mitlub
Għal Ħlas Lura
Mill-1 ta` Lulju 1999 3,103 Lm176,931.20
(meta bdiet l-Iskema)
sad-29 ta` Frar 2000
Bejn l-1 ta` Jannar u 327 Lm13,726.97
d-29 ta` Frar 2000
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu l-VAT ġiet imposta fuq petrol, diesel, eċċ. fl-aħħar budget kemm kien hemm talbiet għal rifużjoni tat-taxxa minn kumpanniji? X'inhu t-total ta' flus involut s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu ma jistax jingħata peress li fid-denunzji tat-taxxa, t-talbiet għal refużjoni tal-VAT fuq xiri ta` petrol u diesel minn persuni reġistrati, inkluż kumpanniji, mhumiex separati minn talbietal refużjoni fuq xiri jew spejjeż oħra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari numru 14728, jista' jgħid x'passi se jieħu kontra minn kien responsabbli li għamel dawn l-ispejjeż kollha bla permess bil-quddiem tal-Ministeru tal-Finanzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15030?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` taxxa li nġabar matul is-sena 1999 mis-setturi tal-professjonisti fil-prattika privata tal-professjoni tagħhom huwa kif ġej :
1. Legal Activities Lm 630,813
2. Accounting & Auditing Lm 268,392
3. Architects & Engineering Lm 319,852
4. Medical practice Lm 532,911
5. Dental practice Lm 83,010
6. Veterinary activities Lm 12,661
Taxxa Totali Lm 1,847,639
Dan l-ammont huwa it-taxxa kollha li tħallset mis-setturi indikati u jinkludi taxxa li tħallset fl-1999 għal xi arretrati tas-snin ta` qabel, iżda ma jinkudix xi taxxa li setgħet tħallset taħt is-sistema ta` l-FSS minn xi impieg fl-1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ miljuni minn Malta għaċ-Channel Islands, l-HSBC permezz ta' l-iskema ta' investiment li nieda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-banek li joperaw f`Malta jistgħu jinvestu l-fondi tal-klijenti tagħhom fl-iskemi ta` investiment awtorizzati, u jistgħu jibagħtu barra minn Malta f`isem klijent ammont ta` flus li ma jisboqx il-limitu stipulat fl-Att dwar il-Kontoll fuq il-Kambju tal-1972. Bħalissa dan il-limitu hu ta` Lm15,000 fis-sena. Individwu jista` wkoll jinvesti f`dawn l-iskemi, u mingħajr limitu, dawk il-bilanċi li diġa jżomm f`muniti barranin.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li skond l-`Investment Services Guidelines` maħruġ mill-MFSC, il-`Funds` li għandhom il-liċenzja biex jbiegħu f`Malta għandhom l-obbligu li jippubblikaw, għall-inqas darba fis-sena, dettali dwar il-progress ta` l-investimenti tagħhom.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-HSBC humiex iġibu l-istationery u l-printing minn barra minn Malta, u saħansitra ħaddiema barranin biex waħħlu t-tabelli l-ġodda mal-faċċata tal-friegħi tal-bank?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-HSBC huwa bank privat u għalhekk nisuġerixxi lill-Onorevoli Membru jgħaddi l-Mistoqsija lill-Bank direttament.
Jista' l-Ministru jgħid x'sistema qed titmexxa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fuq il-ħlasijiet ta' refunds tat-taxxa lit-taxpayers? Meta huwa maħsub li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jiġi aġġornat fuq dawn il-ħlasijiet li wħud minnhom imorru lura s-snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-refunds imħallsa matul sena huma limitati mill-ammont ivvutat fil-Parlament. Din is-sistema nbidlet mis-sena ta` stima 1999 fejn issa, bis-sistema ta` `self assessement` ir-refunds jitħallsu sa sitt xhur mir-return li jagħmel it-taxpayer.
Għas-snin qabel is-sena ta` stima 1999, prijorita tingħata kif ġej :
a) jekk is-sena li għaliha jeżisti xi `refund` tkun se tiġi preskritta;
b) każijiet ta` pensjonanti;
c) każijiet umanitarji fosthom każijiet ta` mard;
d) it-`taxpayer` ikun aġġornat fil-mili ta` formoli u `assessements`;
e) `refunds` għas-snin l-aktar imbegħda.
Ammonti ta` `refunds` ta` inqas minn Lm100 ġeneralment jitħallsu fi żmien qasir u regolarment.