Jista' il-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-faċilitajiet sportivi li hemm fil-Kulleġġ San Benedittu f'Ħal Kirkop jibdew jintużaw ukoll mill-komunita', inkluż mill-istudenti ta' l-iskola primarja ta' Ħal Kirkop?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kulleġġ San Benedittu u l-Kunsill Malti għall-iSport qegħdin f'laqgħat biex ifasslu ftehim dwar kif il-faċilitajiet sportivi tal-Kulleġġ, waqt li jintużaw mill-aktar possibli mill-istudenti, jkunu jistgħu ukoll jintużaw mill-pubbliku inġenerali f'ħinijet fejn ma jkunx qed jintuża mill-iskola.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti mill-ministeru jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni mis-sena 2000 sal-lum li huma marbuta mal-qasam edukattiv? X'kienu dawn ir-rapporti u kemm ġie jqum kull rapport?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Wara li rċevejt bosta lmenti minn numru ta' ġenituri dwar tliet klassijiet li hemm fl-iskola primarja "B" tal-Fgura, jista' il-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni tant meħtieġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bi ftehim mal-Kap ta' l-iskola, ix-xogħol imsemmi diġa' kien ippjanat li jsir dan is-sajf mill-ħaddiema tat-Technical Services Branch.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar ta' applikazzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mal-MCAST bħala part-time lecturer fil-qasam ta' 3D Design Product Industrial?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-MCAST ma ħareġ l-ebda sejħa għal applikazzjonijiet għal part-time lecturer fi 3D Design Product Industrial, iżda qed jipproċessa tliet applikazzjonijiet ta' pożizzjonijiet full-time fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17311, peress li jiena ma tlabtu l-ebda assigurazzjoni, jista' il-Ministru jgħidli x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u enti, awtoritajiet u organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex kull sena mill-2006 sa l-2008? Peress li dan hu tagħrif ta' importanza u premura għal Għawdex, jista' issa jekk jogħġbu jagħtini l-informazzjoni mitluba?
Response (GALEA, LOUIS)
L-iżviluppi li qed iseħħu fl-edukazzjoni f'Malta u Għawdex huma indikazzjoni ċara ta' l-iżvilupp li għandna nistennew fis-snin imsemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu fin-numru l-istudenti bniet u subien fit-tieni sena tas-sekondarja u tal-junior lyceum li għażlu s-suġġetti tal-bioloġija u l-kimika mis-sena 1995 sas-sena 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 4086 u 3641 studenti fit-tieni sena tas-sekondarja u tal-Junior Lyceum għażlu s-suġġetti tal-bijoloġija u kimika rispettivament fis-snin imsemmija. Dettalji ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li t-team tal-football ta' Ta' Xbiex jingħata jew jiġi allokat biċċa art sabiex ikollhom post fejn jirrikreaw irwieħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sal-lum il-Kunsill Malti għall-Isport m'għandu l-ebda talba mill-klabb imsemmi b'dettalji dwar indikazzjoni ta' post jew art tal-Gvern li l-klabb iħoss li jista' jkun adatt għall-iskop tagħhom biex id-Dipartiment ta' l-Artijiet ikun jista' jibda jikkonsidra l-proposta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17277 dwar spezzjonijiet fl-iskejjel ta' l-Ingliż, jista' il-Ministru jgħid x'irriżulta mill-ispezzjonijiet uffiċjali li saru fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta l-Bord ta' Sorveljanza tat-Tagħlim ta' l-Ingliż bħala Lingwa Barranija għamel spezzjonijiet uffiċjali fl-iskejjel ġodda sab li dawn kienu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet mistennija minnhom, għalhekk ħarġilhom il-liċenzja sabiex joperaw.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19189 u 19464 u jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ddeċidiet li tneħħi l-ispazji fil-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li kienu jintużaw b'mod tajjeb għal skopijiet edukattivi?
Għaliex id-diviżjoni qed tinjora lit-tmexxija ta' l-iskola, il-kunsill ta' l-iskola u x-xewqa ta' l-istudenti u l-ġenituri f'deċiżjoni bħal din?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li għadni qed niġbor l-informazzjoni mitluba tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19440 dwar in-nefqa tal-FTS f'Għawdex. Jista' jekk jogħġbu issa jagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-investiment li l-Gvern għamel fl-iskejjel ta' l-Istat f'Għawdex mill-2000 sal-31 ta' Diċembru, 2005 jammonta għal Lm 1,125,208.48 maqsumin hekk:
2000 - Lm 212,962.00
2001 - Lm 138,844.00
2002 - Lm 354,296.98
2003 - Lm 136,132.60
2004 - Lm 157,241.90
2005 - Lm 125,731.00
Filwaqt li wieħed japprezza x-xogħol għaqli u meħtieġ li qed isir fir-riġenerazzjoni ta' l-iskejjel tagħha, jista' il-Ministru jgħid meta se tinbeda u tinfetaħ l-iskola primarja ġdida ta' Pembroke?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandix tagħrif ġdid x'inżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17203 f'Seduta 355.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huma mistennija li jiggradwaw B.Ed mill-Universita' din is-sena? F'liema suġġetti? Hemm vakanzi għalihom fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti mistennija li jiggradwaw B.Ed (Hons) din is-sena huwa ta' 186.It-tagħrif mitlub dwar f'liema suġġetti se jiggradwaw ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tagħrif dwar vakanzi fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ikun jista' jingħata aktar qrib il-bidu tas-sena skolastika.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-programm INT (Irrid Nagħżel Tajjeb)? Jikkonferma li dan il-programm se jitwaqqaf u l-għalliema ġew mogħtija parir sabiex isibu post ieħor? Jista' jgħid kemm hemm għalliema li qed jagħtu s-servizz tagħhom f'dan il-programm? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-istudenti li mill-2003 sas-sena 2006, sena b'sena separatament, attendew għal dan il-programm?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa intqal fit-tweġiba għal Mistoqsija numru 19429, dawn is-seminars li huma parti mill-programm tal-PSD, ġew evalwati u d-Dipartiment tal-Kurrikulu iddeċieda li jkun ħafna aktar effettiv jekk dawn is-seminars ikunu organizzati fuq bażi ta' skola jew Kulleġġ. Kien hemm 8 għalliema jagħtu s-servizz tagħhom f'dawn is-seminars.
In-numru ta' studenti li attendew għal dan il-programm kien hekk :-
Sena Akkademika Subien Bniet Total
2003/04 1366 1664 3030
2004/05 1681 1589 3270
2005/06 1603 1606 3209
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn skejjel primarji u sekondarji tal-gvern li huma mingħajr kap minħabba li jew il-kap diġa' spiċċa jew inkella se jispiċċa qabel tibda s-sena skolastika li jmiss?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' vakanzi ta' kapijiet fl-iskejjel Primarji u Sekondarji ta' l-Istat sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss hu ta' 15 fl-iskejjel primarji, 8 fil-livell sekondarju, u 1 fil-livell post-sekondarju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-ministeru u/jew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni matul is-sena 2005 u s-sena 2006 separatament? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi arranġamenti speċjali ma' l-aġenti minn fejn ġew mixtrija dawn il-karozzi? Jekk fl-affermattiv, x'kienu dawn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni nxtrat karozza waħda fl-2005 u oħra fl-2006 kif jipprovdi l-kuntratt għall-kariga ta' Segretarju Permanenti u ta' Direttur.
Informat ukoll li nxtraw 3 karozzi fl-2005 mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għall-istess raġuni u li ma nxtrat l-ebda karozza fl-2006.
Ma kien hemm l-ebda arranġament speċjali ma' l-aġenti minn fejn ġew mixtrija dawn il-karozzi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru tat-taħriġ tas-Swatar hux proprjeta' tal-gvern? Jista' jgħid ukoll min hu responsabbli mit-tmexxija tal-post u ċ-ċentru tas-Swatar?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l -Onor. Membru jirreferi l-l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.