Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Għawdex – akkomodazzjoni turistika – Eco Contribution
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 32056, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema proġetti jew inizjattivi ser jintużaw il-flus miġbura mill-Eco-contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika f’Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-flus miġbura mill-Eco-Contribution fuq akkomodazzjoni turistika f’Għawdex, jidħlu ġewwa fond wieħed li huwa ring-fenced u li japplika għall-gzejjer Maltin. Proġetti u inizjattivi jiġu deċiżi minn Bord apposta bl-involviment tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA).
MTA — liċenzji għal restaurants, take aways u stabilimenti tal-ikel
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji biex joperaw restaurants , take aways u stabilimenti oħra tal-ikel li huma awtorizzati mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu (MTA) biex jagħmlu dan, f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u San Ġiljan, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32055 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kien akkumpanjat? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni jonqoshom li jiġu mħallsa wara li l-Grievance Unit li twaqqaf fl-Air Malta, lesta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumpanija Air Malta onorat il-ħlasijiet kollha li ġew rakkomandati mill-“Grievance Unit”, ad eċċezzjoni ta’ numru żgħir ta’ individwi li qed jikkontestaw id-deċiżjoni tal-“Grievance Board”.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma nħossx li huwa prudenti li wieħed jagħti nformazzjoni ta’ natura personali u jiżvela ammonti speċifiċi individwali, apparti r-ramifikazzjonijiet ta’ dan in-konnessjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Kap 440 tal-Liġijiet ta’ Malta. Nżid ngħid illi l-performance bonuses jingħataw fuq kriterji stabbiliti u a bażi ta’ riżultati miksuba f’konformità stretta mal-kuntratti li l-uffiċjali għandhom fil-pożizzjoni li jokkupaw hekk kif del resto kienet il-prassi taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Filwaqt li għaddew kważi sentejn mindu sar ir-rapport minn perit skont kif kienet infurmata din il-Kamra, illum il-Ministru għadu tal-istess fehma bħalma kien dakinhar, li l-Palazz ta' Selmun m'għandux il-ħtieġa li jsirlu restawr jew manutenzjoni fuqu, anke konxji tal-fatt li dan huwa sit b'valur storiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar rapport illi sar fejn ġiet evalwata is-sitwazzjoni tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun huwa datat 28 ta’ Jannar 2016. Naċċerta lill-Interpellant illi fir-rigward ta’ manutenzjoni, il-kundizzjoni attwali ta’ dan il-wirt storiku għadha fl-istess stat stutturali bħal ma ġie rappurtat f’diversi Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti.
Lukanda Selmun Palace – diskussjonijiet dwar il-bejgħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' dik li sa ftit ta’ snin ilu kienet il-Lukanda Selmun Palace?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi żmien qasir ser jinħareġ proċess kompetittiv dwar Selmun. L-użu ser ikun wieħed turistiku, jiġifieri li jinkludi niċeċ ta’ akkomodazzjoni ġodda u dan f’konformita’ ma policy speċifika li ġiet adottatta mill-MEPA għal dan is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern dwar il-binja li sa ftit snin ilu kienet il-Lukanda Selmun Palace, jekk hux se tibqa' fuq l-istess linji li kienet qabel (bħala lukanda) inkella hux se jikkunsidra li jibdel l-użu ta' din il-binja? Jekk il-Gvern qed jikkunsidra li jibdel il-funzjoni tal-użu, jista' allura jgħid x'inhuma l-possibiltajiet li qed jikkunsidra l-Gvern?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 32618, datata 3 ta’ April 2017.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22660 li ngħatat f'Jannar 2016 b'rabta ma' xogħol ta' restawr fuq il-Palazz ta' Selmun, jista' l-Ministru jghid min kien il-perit / espert li tqabbad sabiex jevalwa s-sitwazzjoni ta' dan is-sit storiku u fl-istess waqt jistax il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar aċċenn għalih fil-Parlament, preċiżament fil-15 ta' Lulju 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-aħħar rapport illi sar fejn ġiet evalwata is-sitwazzjoni tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun huwa datat 28 ta’ Jannar 2016. Dan ir-rapport huwa aġġornament fuq dak illi qed jirreferi għalih l-Interpellant.
Dan ir-rapport ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li qed jiġu esplorati alternattivi għall-futur tal-Palazz ta’ Selmun u għaldaqstant informazzjoni f’dan l-istadju hija kummerċjalment sensittiva. Inserraħ ras l-Interpellant illi l-perit li tqabbad mill-kumpanija Air Malta sabiex jagħmel l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-Palazz huwa wieħed professjonali u li ilu jiġi mqabbad sa minn amministrazzjoni preċedenti, u li għamel spezzjoni dettaljata ferm tal-bini internament u esterjorment.
Ministeru għat-Turiżmu — Persons of trust - kariga
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31157, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx iktar persons of trust apparti dawk elenkati fit-tweġiba tiegħu, u dan peress li uża l-kelma "jinkludu"?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx iktar persons of trust apparti dawk elenkati fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 31157.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti min-Norveġja li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-risponsabbilta’ politika tal-Ministru tal-Finanzi, din id-domanda Parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mir-Russja li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-risponsabbilta’ politika tal-Ministru tal-Finanzi, din id-domanda Parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mill-Ukrajna li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-risponsabbilta’ politika tal-Ministru tal-Finanzi, din id-domanda Parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mill-Polonja li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017, xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-risponsabbilta’ politika tal-Ministru tal-Finanzi, din id-domanda Parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti mill-Awstrija li żaru Malta fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016, Jannar 2017 u Frar 2017 xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jaqa’ taħt ir-risponsabbilta’ politika tal-Ministru tal-Finanzi, din id-domanda Parlamentari għandha tiġi rivolta lill-Ministru kkonċernat.