Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għamlitx jew jekk hux qed tagħmel eżerċizzju biex tassigura li l-billboards li jinsabu fit-toroq arterjali u distributorji humiex konformi mal-Placing of Billboards and Advertising on the Road Regulations, b’referenza partikolari għall-Iskeda bl-isem Guidelines for the Safe Placing of Billboards, peress li jidher li hawn numru ta’ billboards fost il-ħafna li pproliferaw fl-aħħar sentejn u nofs li mhumiex konformi ma’ dawn il-linji gwida?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Transport Malta, flimkien mal-MEPA, qed iħejju tibdil fir-regolamenti kif ukoll tibdil fil-liġi li tirrigwarda t-tqegħid ta’ billboards, sabiex kull abbuż li jista’ jkun hemm jitnaqqas u finalment jiġi eradikat. F’każi fejn Transport Malta tara li hemm periklu kkawżat minn billboards dawn jiġu mneħħija b’mod immedjat. Transport Malta, flimkien mal-MEPA, kienu wkoll ħarġu avviż sabiex individwi jew kumpaniji li poġġew billboards mingħajr permess tal-awtoritajiet jirregolarizzaw is-sitwazzjoni jew ineħħuhom sa żmien stabbilit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-diversi stallazzjonijiet ta’ advertising boards li qed jiġu stallati f’diversi bankini,junctions u traffic islands madwar Malta u Għawdex għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet jew dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23145, ninfurmaha wkoll li Transport Malta toħroġ biss no objection u mhux l-approvazzjoni għal dawn l-istrutturi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-sistema fejn il-pubbliku jkun jista’ jibgħat messaġġ (sms) dwar vetturi li jkunu qegħdin iniġġżu b’mod eċċessiv għadhiex topera?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sistema għadha topera.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fi triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, minħabba li dawn mhux xogħlijiet li saru minn Transport Malta iżda mill-Water Services Corporation.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet li kienu għaddejjin fil-post indikat separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma ġie nfurmat il-klijent, fiz-żmien illi seħħ l-allegat inċident, is-sit in kwistjoni kienet taħt il-kontroll tal-kuntrattur. Għalhekk, dan kien ukoll responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri kollha opportuni biex tul l-andament tax-xogħlijiet ma jinħoloq l-ebda periklu. Għaldaqstant talbiet għal kumpens għandhom jiġu ndirizzati lilu.
Ta’ min wieħed iżid però li mill-analiżi li għamlet l-Awtorità jirriżulta li l-inċident seħħ kawża parzjali/totali ta’ nuqqas ta’ kura u attenzjoni xierqa da parti tax-xufier u kawża wkoll ta’ veloċità eċċessiva jew negligenza jew traskuraġni fis-sewqan. Rigward ‘il-wegħda’ li kien se jingħata xi flus bħalma forma ta’ kumpens dan ma jirriżultax lill-Awtorità. Id-dokumenti li ġew preżentati mill-attur huma dokumenti li jintalbu minn kull persuna li tagħmel claim ta’ dan it-tip mal-Awtorità. Il-preżentazzjoni ta’ dawn id-dokumenti bl-ebda mod ma fissret li din il-claim kienet se tiġi aċċettata iżda kienet biss parti minn proċess stabbilit biex tinfetaħ u tiġi studjata t-talba għall-kumpens. Fil-fatt wara li d-dokumenti ġew eżaminati minn Bord li jiltaqa’ fuq dawn il-claims, ġie deċiż li l-claim ma kinitx ġustifikata minħabba raġunijiet imsemmija iżjed ‘l fuq.
Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħlijiet li saru mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Cleansing Directorate fl-aħħar sentejn u nofs u jispjega kif dan id-Direttorat għamel avvanzi kbar anki fl-image tiegħu mal-pubbliku inġenerali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tindif huwa responsabbli minn tindif f’dawn is-setturi:
· Tindif ta’ Toroq arterjali u distributorji
· Tindif ta’ spazji pubbliċi li huma fir-responsabbilta’ tal-Gvern Ċentrali
· Tindif ta’ żoni turistiċi f’dawk iż-żoni maqbula bejn il-Ministeru tiegħi , il-Ministeru tat-Turiżmu u Kunsilli lokali konċernati
· Tindif ta’ bajjiet
· Tindif ta’ Latrini Pubbliċi li jaqgħu f’żoni tal-Gvern Ċentrali
· Tindif ta’ sistemi ta’ kanali li jilqgħu l-ilma tax-xita fit-toroq arterjali u distributorji
Apparti dan kollu jsir tindif regolari f’każijiet ta’ emergenza bħal wara maltempati, konkos u materjal tal-kostruzzjoni li jaqa’ f’diversi toroq minn trakkijiet, ġbir ta’ annimali mejta, tindif f’żoni fejn tintalab assistenza minn diversi Kunsilli Lokali, żoni fejn għadu jintrema ammont ta’ skart illegali, kif ukoll f’postijiet li jaslu minn talbiet ġenerali tal-pubbliku.
Matul dawn l-aħħar sentejn, ġie ntrodott freephone ġdid 1718, saret website ġdida garbyandtidy.org.mt, ġew introdotti mobile apps għal sistemi ta’ ios u android, kif ukoll sar investiment għal sistema ta’ IT interna sabiex l-ilmenti li jaslu mingħand il-pubbliku jiġu ndirizzzati fl-iqsar żmien possibli. Ġew irreġistrati mal-3,500 lment tul dawn l-aħħar 18- il xahar , fejn ġew solvuti 97% tal-każijiet kollha. Il-każijiet li baqa’ għadhom qed jiġu segwiti, u d-dewmien huwa dovut għal każijiet li jikkonċernaw artijiet privati. Kien hemm każijiet , fejn l-ilment kien ilu jiġi mwassal snin twal u qatt ma ttieħdet azzjoni.
Il-proċedura li qed nattwaw bħalissa, għandha skop wieħed biss, dak li nisimgħu u nsolvu l-weġgħat ta’ min jagħmel l-ilment.
Dan kollu jorbot ma’ inizjattivi li ttieħdu mal-kampanja edukattiva ‘Għalfejn Tħammeġ Pajjiżek?’, li preżentament qed issir ħidma kbira speċjalment fl-iskejjel permezz t’ messaġġi edukattivi bil-preżenza ta’ Garby and Tidy li huma ż-żewġ mascots uffiċjali in konnessjoni ma’ din il-kampanja. Ġie disinjat ktejjeb apposta li qed jitqassam lit-tfal, u bi pjaċir ngħid li anke kumpanija privata iffinanzjat l-ispiża tal-istampar tiegħu.
Sar investiment qawwi fil-ħaddiema, billi qed jiġu organizzati korsijiet interni ta’ kif għandu jsir tindif, ingħatat uniformi lill-ħaddiema kollha, kif ukoll sar rebranding promozzjonali fuq il-vetturi kollha tad-Direttorat. Ġew imħejjija u żviluppati diversi TV spots, li juru realtajiet li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema waqt il-ħidma tagħhom. L-iskop, huwa li jitwassal messaġġ edukattiv permezz ta’ dawn il-promos.
Għal darba oħra matul is-sena 2015 rajna żieda fl-iskart miżbur mit-toroq arterjali u bajjiet. Dan juri biċ-ċar, li l-ħaddiema qed iwettqu x-xogħol tagħhom, pero’ sfortunatament għad baqa’ parti mill-pubbliku li mhux qed tikkopera kif wieħed għandu jiddisponi minn rimi ta’ skart. Għal dawn l-aħħar sentejn kien hemm żieda sostanzjali fil-produttivita fix-xogħol tad-Direttorat, fejn fis-sena 2014 kien hemm żieda ta’ 51% fuq is-sena preċedenti, kif ukoll fis-sena 2015 reġa’ kien hemm żieda oħra ta’ 5% fuq is-sena 2014. Li jinġabru ‘l fuq minn 15,000 tunellata ta’ skart minn din l-entita’ governattiva, fl-opinjoni tiegħi, l-figuri jitkellmu weħidhom. Is-sezzjoni ta’ ħaddiema tat- tindif tat- toroq arterjali tieħu ħsieb ukoll li jsir tindif wara li jżarma l-monti f’diversi lokalitajiet, kif ukoll isir tindif u ħasil ta’ subways li għandna f’pajjiżna. Ħidma oħra hija dik ta’ tneħħija ta’ chewingum minn diversi żoni pedonali. Ix-xogżol kollu minn dawn il-żaddiema jsir b’mod manwali, kif ukoll addizzjonali jsir il-knis mekkaniżżat minn vetturi apposta.
Ħidma oħra importanti, hija t-tneħħija ta’ alka minn fuq il-bajjiet, li nistgħu ngħidu li l-ħidma fis-sena 2015 saret bi programm estensiv fejn intlaħqu l-miri stabbiliti oriġinarjament. Żdiedet konsiderevolment l-infrastruttura ta’ slielem tal-baħar fejn matul is-sena 2015 kien hemm żieda ta’ 35 sellum ġdid f’postijiet mitluba mill-pubbliku. B’hekk, issa għandna madwar 270 sellum li jitwaħħlu qabel l-istaġun tas-sajf tul il-kosta Maltija. Uħud minn dawn is-slielem, jibqgħu mwaħħla matul ix-xhur tax-xitwa sabiex jiġu akkomodati dawk il-persuni li jibqgħu jgħumu matul is-sena kollha, kif ukoll għal dawk l-għaddasa li jipprattikaw dan l-isport fix-xhur tax-xitwa. Ovvjament matul ix-xhur tas-sajf issir ħidma kontinwa bi frekwenzi addizzjonali fuq il-bajjiet kollha, b’attenzjoni partikolari tingħhata lill-bajjiet li għandhom status ta’ blue flag.
Suċċess ieħor, kien dak ta’ tindif f’żoni turistiċi, fejn għall-ewwel darba, taħt din l-amministrazzjoni, ingħatat għajnuna lill-Kunsilli Lokali f’dak li jirrigwarda tindif, li qegħda twassal f’ammont ta’ €1.2 miljun ewro fis-sena.
Dan huwa kollu addizzjonali ma’ dak li jsir mill-Kunsilli Lokali, u nista’ ngħid li għandna diversi talbiet mill-Kunsilli Lokali stess, sabiex iż-żoni stabbiliti li jitnaddfu mill-ħaddiema ta’ dan id-direttorat jiġu estiżi iktar. Dan għaliex huwa evidenti, li qed toħroġ d-differenza fejn isir tindif minn ħaddiema tal-Gvern kontra dak li jsir minn ħaddiema ta’ kuntratturi. Ta’ min jgħid li ma qagħdnix naraw u nagħżlu liema żoni ser innaddfu, bħal ma kien isir qabel. Inkludejna kull żona fil-pajjiż kemm in-naħa ta’ fuq, kif ukoll għall-ewwel darba l-irħula fin –naħa ta’ isfel. Qed nirreferi għal M’Scala, M’Xlokk, B’Buġia, Wied iż-Żurrieq u ż-żoni tal-Kottonera. Matul ix-xhur tas-sajf jsir ħasil regolari matul il-lejl fuq il-promenades u żoni turistiċi kollha. Inizjattiva li qed tħalli l-frott tagħha.
Il-programm t’a tindif ta’ sistemi ta’ kanali tal-ilma tax-xita fis-sena 2015, ħalla l-frott tiegħu ukoll. Ġew indirizzati dawk iż-żoni fejn jkun hemm għargħar meta tagħmel ix-xita. Fis-snin preċedenti kienu jitnaddfu biss l-ispralli tal-ilma tax-xita. Illum qegħdin innaddfu wkoll il-pajpijiet li jikkollegaw minn sprall għall-ieħor. Ħidma li ħalliet l-frott tagħha f’dawn l-aħħar xhur.
Matul is-sena 2015, sar investiment ta’ tisbieħ fil-latrina li tinsab fil-ġnien tal-Barrakka ta’ fuq.
F’dawn l-aħħar sentejn, sar investiment f’makkinarju speċjaliżżat li żgur qiegħed jgħin sabiex il-ħidma tkompli titjieb. Żidna l-kontenituri tal-iskart fit-toroq tagħna, fiż-żoni turistiċi kif ukoll fuq il-bajjiet.Tul dawn l-aħħar sentejn inxtraw diversi tipi ta’ kontenituri tal-iskart. Intefqu madwar € 120,000 f’kontenituri. Matul din is-sena dawn ser ikomplu jiżdiedu.
Dan li elenkajt hawn fuq huwa biss parti mill-inizzjativi u l-ħidma li ssir ta’ kuljum. Hemm rieda qawwija li nnaqqsu l-abbużi kemm jista jkun. Għal dan il-għan ukoll investejna f’CCTV cameras li twaħħlu f’postijiet li għadhom jattiraw rimi ta’ skart illegali. Fil-ġranet li ġejjin ser inkunu qed nżidu dawn il-faċilitajiet. Nistgħu ngħidu li fejn twaħħlu dawn il-cameras, is-sitwazzjoni tjiebet u għalhekk dan qed ikompli jimlina b’kuraġġ ħalli nagħmlu monitoraġġ ta’ iktar żoni.
Ninsab perswaz, li l-operat effiċċjenti ta’ kif qed jitmexxa u l-inizjattivi li qed jittieħdu f’dan id-direttorat, tejjeb konsiderevolment l-opinjoni pubblika dwar il-ħidma ta’ kif qed isir it-tindif. Dan huwa direttorat li sal-lum iħaddem miegħu 470 ħaddiem.
Direttorat tal-Marine, Storm Water and Valley Management
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għaddejjin mid-Direttorat tal-Marine, Storm Water and Valley Management Unit f’dan l-istaġun tax-xitwa u xi proġetti oħra f’diversi rħula madwar Malta huma fil-pipeline?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed isiru jew li hemm il-ħsieb li jsiru fis-snin li ġejjin mill-Marine, Storm Water and Valley Management Unit għall-Ministeru tiegħi kif ukoll proġetti għall-Ministeri oħra huwa kif ġej;
Sezzjoni Marittima
(1) Bini ta’
Watepolo Pitch
ġdid f’Marsaskala (f’isem l-OPM/MEDE)
(2) Bini ta’
Breakwater
f’Marsaxlokk (f’isem l-MSDEC)
(3) Tiswija u estensjoni ta’ moll fix-Xatt ta’ Santa Marija, Għajn Żejtuna, il-Mellieħa
(4) Xogħlijiet fuq skal ħdejn il-Maċina, l-Isla
(5) Tiswija tax-
Chalet
Sezzjoni għall-Kontroll tal-Ilma tax-Xita
(1) Xogħol ta’ bini u
finishes
fuq uffiċini u mħazen fil-Mosta biex jintużaw għall-manutenzjoni tal-Proġett għat-Taffija tal-Għargħar
(2) Bini ta’
culverts
f’Ħal Qormi u Ħaz-Zabbar b’rabta mal-Proġett għat-Taffija tal-Għargħar
(3) Bini ta’
culverts
fi Triq il-Kapuċċini, Triq Santa Filumena u fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja, il-Kalkara.
(4) Bini ta’
culverts
fi Triq is-Salina, Marsaskala
Sezzjoni għall-Immaniġġjar tal-Widien
(1) Studji għal riabilitazzjoni ta’ Wied Blandun, il-Fgura
(2) Pjan Integrat għat-Tisbieħ u l-Protezzjoni tal-Widien f’Malta
(3) Xogħlijiet ta’ konservazzjoni ambjentali f’Wied il-Qlejgħa, Rabat u Wied Għajn Rihana, Burmarrad (b’kollaborazzjoni mal-MEH)
(4) Xogħlijiet ta’ konservazzjoni tal-ilma f’Wied ir-Rum, Rabat
(5) Xogħolijiet ta’ konservazzjoni ambjentali f’Wied tal-Imselliet, Mġarr
(6) Xogħlijiet ta’ konservazzjoni ambjentali f’Wied Sant’Antnin, Marsaskala
(7) Xogħlijiet ta’ konservazzjoni f’Wied Liemu, Rabat
Direttorat tal-Projects Implementation Direcorate — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ xogħlijiet li għaddejjin mid-Direttorat tal-Projects Implementation Directorate fi ħdan il-Ministeru, inkluż lista ta’ proġetti nazzjonali li bħalissa għaddejja l-manutenzjoni tagħhom wara li dawn kienu lesti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ xoghlijiet li għaddejjin mid-Direttorat tal-Projects Implementation Directorate fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Barra dan ix-xogħol dan id-Direttorat jagħmel ukoll xogħol ta’ routine maintenance l-aktar fiż-żoni turistiċi li jaqgħu fir-responsabilità tal-Gvern ċentrali, fosthom;
1.Promenades ta’ Buġibba, Xemxija, Qawra, M’Xlokk, Sliema, San Ġiljan, Xgħajra, B’Buġia u Marsascala.
2. Il-proġett tad-Dock No.1 ġewwa Bormla.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ proġetti li huma taħt l-uffiċċju tar-Rehabilitation Projects Office u li huma għaddejjin bħalissa u proġetti oħrajn li huma fil-pipeline?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-proġetti kollha li saru, qed isiru u ppjanati li jsiru mill-Uffiċċju tal-Proġetti għar-Riabilitazzjoni matul din il-leġiżlatura. Il-lista tinkludi proġetti ta’ dan il-Ministeru kif ukoll proġetti għal Ministeri oħra.
Project Design and Engineering Directorate — proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ proġetti kurrenti u oħrajn li se jsiru li huma taħt l-uffiċċju tar-Project Design and Engineering Directorate fi ħdan il-Ministeru?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-proġetti kollha li saru, qed isiru u ppjanati li jsiru mill-Project Design & Engineering Directorate matul din il-leġiżlatura. Il-lista tinkludi proġetti ta’ dan il-Ministeru kif ukoll proġetti għall- Minsteri oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li saru fuq znieter ta’ knejjes minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, u fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet u liema parroċċi bbenefikaw? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-proġetti kollha taz-znieter li saru, qed isiru u ppjanati li jsiru mill-Project Design & Engineering Directorate matul din il-leġiżlatura. Ix-xogħol ġeneralment jikkonsisti fil-bidla ta’ pavimentar, ballavustrar u dawl dekorattiv.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21573, jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex it-traffic lights li jinsabu fi Triq il-Wied ġewwa Ħal Qormi jissewwew minnufih peress li għadhom ma ssewwewx u għalhekk issa ilhom diversi xhur ma jaħdmux b’periklu kbir għar-residenti tal-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights li jinsabu fi Triq il-Wied ġewwa Ħal Qormi ġew imsewwija.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk saritx venda tal-karozzi tal-linja fis-Swieqi? Jekk fl-affermattiv, f’liema triq saret u xi studju/stħarriġ sar qabel din il-venda ġiet ippożizzjonata fil-post li saret?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li dak li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għaliha bħala venda tal-karozzi tal-linja fis-Swieqi fil-fatt huwa post minn fejn ir-rotot li jservu lil din il-lokalità, jiġifieri ir-rotta 16 u 233 jibdew jew itemmu il-vjaġġ tagħhom. Ikun hemm ħinijiet fejn sabiex il-vjaġġ jibda fil-ħin skedat, il-karozzi tal-linja jistennew għal xi ħin fi Triq tal-Franċiż.
Infurmat ukoll li fil-preżent, Transport Malta flimkien mal-operatur tat-trasport pubbliku qed jevalwaw il-possibilità li jinstab post alternattiv fl-istess lokalità fejn il-karozzi tal-linja jkunu jistgħu jistennew il-ħin sabiex jibdew il-vjaġġ tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq Triq il-Ġojjin, (Kappara) San Ġwann? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jibda tali xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq Luqa f’Ħal Tarxien u Paola minħabba n-numru ta’ ilmenti li jidħlu kuljum dwar l-istat diżastruż ta’ din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti ta’ Triq Luqa li taqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta hija dik il-parti tat-triq li tinsab fuq in-naħa ta’ Santa Luċija. Il-manutenżjoni ta’ din il-parti tat-triq issir skont il-prijoritajiet, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi. Għall-parti l-oħra ta’ Triq Luqa nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta’ Triq il-Kosta jaħsibx għall-miżuri sabiex tiġi mħarrsa s-saħħa u s-sigurtà tas-sewwieqa? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn il-miżuri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Triq il-Kosta kien sa mill-bidu tad-disinn ppjanat li jkollu diversi aspetti li jħarsu b’mod aħjar is-saħħa u s-sigurta’ tas-sewwieqa u nies oħra li jużaw it-triq. Dawn jinkludu d-disinn innifsu ta’ allinjament tat-triq, livelli, karreġġjati, safety barriers, tabelli tat-traffiku, pedestrian crossings, linji u sinjali tat-traffiku, etc.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Junction tal-Addolorata fil-Marsa? X’benefiċċji mistenni jġib miegħu dan il-proġett għal dak li għandu x’jaqsam mat-traffiku tan-naħa t’isfel ta’ Malta? Jista’ jgħid jekk dan il-proġett hux se jibbenefika mill-Fondi Ewropej? U jekk iva, kemm se jammontaw dawn il-fondi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Marsa Junction ġie maqsum f’żewġ fażijiet. Ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi se jkunu qed jiffaċilitaw it-traffiku li min-naħa tal-ajruport (minn Triq Garibaldi) imur lejn il-Belt Valletta. Ix-xogħlijiet tat-tieni fażi se jiffaċilitaw it-traffiku għaddej fid-direzzjoni opposta kif ukoll il-junction ta’ ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata. L-Unjoni Ewropeja approvat l-ewwel fażi tal-proġett u se tkun qed toħroġ Eur38.8m li jirrapreżenta 85% ko-finanzjament. Bħalissa il-proġett qiegħed fil-proċess tal-MEPA filwaqt li qed isiru preparazzjonijiet għal tenders għal studji oħra li hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir mill-Gvern preżenti biex mezzi alternattivi tat-trasport, fosthom dak bil-baħar jingħataw promozzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar snin ittieħdu diversi miżuri u inizjattivi u fejn jidħlu mezzi oħra ta’ trasport alternattiv inkluż varji proġetti u proġetti pilota li saru fl-aħħar xhur in konnessjoni mal-attivitiajiet tal-Ġimgħa Ewropea dwar il-Mobilita’ u l-kampanja Do The Right Mix. Dawn il-proġetti pilota għadhom fi stadju ta’ implimentazzjoni f’dawk il-lokallijiet li diversi Kunsilli Lokali applikaw għad-diversi skemi rispettivi, fosthom l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ Transport on Demand għall-anzjani.
Ninforma wkoll li Transport Malta qiegħda fi studju ta’ riċerka għall-possibilita tal-introduzzjoni ta’ Mass Transort System għal-gżejjer Maltin kif ukoll bi preparament għal proġetti varji li se jiġu sottomessi għall-finanzjament tal-Fondi Strutturali Ewropej 2014-2020. Dawn jinkludu:
Numru ta’ Proġetti Ġodda
1. Proġett Nazzjonali għall-introduzzjoni tal-kunċett ta’
Electric Bicycle Sharing.
2. Disa’ proġetti pilota li jagħmlu parti minn sottomissjoni għal Fondi Ewropej taħt il- programm CIVITAS fosthom li jinkludu ġarr ta’ merkanzijja organizzata fil-Belt Valletta b’użu ta’ vetturi elettriċi u proġett pilota li jagħmel użu minn
mini buses
li jiġu kkonvertiti biex jaħdmu bil-gass u ttestjar ta servizz ċirkulari urban.
3. Riċerka u studju għal progett li jtejjeb l-aċċess minn Marsamxett għaċ-Ċentru Storiku tal-Belt Valetta għal min juża s-servizz tat-trasport pubbliku tal-baħar minn tas-Sliema għall-Belt
4. Proġett sabiex titkompla l-installazzjoni tan-
Network
ta’
Charging Points
madwar il-pajjiż kollu għall-użu tal-Vetturi Elettriċi li jlaħħaq l-ammont indikat mid-direttiva Ewropea rispettiva, inkluż l-installazzjoni tal-aħħar
Rapid Charging Stations
li hawn fis-suq suq b’kapaċita’ li jiċċarġjaw l-aħħar vetturi elettriċi fis-suq f’anqas minn 30 minuta.
5. L-introduzzjoi ta’ diversi
Sustainable Intermodal Transport
Hubs
f’diversi żoni madwar il-portijiet rispettivi.
6. Tfassil tat-tieni fażi għall-installazzjoni ta’ aktar miżuri magħrufa bħala
Intelligent Transport Systems,
inkluż aktar b
oards
elettroniċi, xogħol fuq in-
network
ta’
CCTV cameras
fit-toroq kollha arterjali u distributorji kif ukoll f’siti u infrastruttura relatati mas-servizzi tat-trasport pubbliku kif ukoll miżuri oħra li jtejbu s-saħħa u s-sigurta fir-toroq kif ukoll miżuri addizzjonali għat-titjieb fl-immaniġġjar tat-traffiku (it-tieni fażi).
7. Tfassil ta’ proġett pilota għall-introduzzjoni ta-użu tal-gass idroġenu bħala
fuel
alternattiv għat-trasport, bi proġett pilota li jinkludu
hydrogen station
u vetturi li jaħdmu b’din it-teknoloġija.
Introduzzjoni ta’ Sevizzi Ġodda
Tfasslet ukoll policy interna u sejħa għall-offerti għall-introduzzjoni tal-kunċett ta’ car sharing madwar il-pajjiż kollu kif ukoll inċentivi għall-kumpaniji li jippromwovu il-kunċett ta’ car pooling.
Nirreferi wkolll lill-Onorevoli Interpellant għall-miżuri addizzjonali mħabbra fl-aħħar budget, inkluz id-diversi grants li se jingħataw kemm lill-individwi kif ukoll NGOs u kumpanniji privati għal min juza vetturi li jagħmlu użu minn forom nodfa ta’ trasport.