Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex minkejja li twessat it-triq neċessarja, it-trasport pubbliku ma ġiex estiż għar-residenti ta' Għar Barka r-Rabat?
Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja mar-residenti ta' Għar Barka r-Rabat tiġi rimedjata bla aktar telf ta' żmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minkejja li saru laqgħat ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku biex tiġi riżolta din it-talba, jidher li għad hemm xi problemi minn naħa tas-sidien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti bħal issa dovuti lill-kuntratturi tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kuntratturi kollha qed jirċievu pagamenti regolari għal xogħol li qed jagħmlu u għalhekk m`hemmx ħlasijiet pendenti f`dan ir-rigward.
Ta` min jinnota li peress li issa jkun qiegħed joqrob it-tmiem tas-sena finanzjarja, l-kuntratturi u d-Dipartimenti ikunu qed jagħlqu ħafna mill-kontijiet u għalhekk ikun hemm diversi claims qed jiġu vverifikati minn diversi Dipatimenti tal-Gvern ikkonċernati fuq dan ix-xogħol sabiex il-ħlasijiet ikunu jistgħu jsiru.
Jista' l-Ministru jgħid x' prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-Maltapost fid-dawl tal-attakki bioloġiċi globali permezz tal-posta dan l-aħħar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat, li appena bdew l-attakki bijoloġiċi globali permezz tas-servizzi postali, Maltapost mill-ewwel ħadet il-passi kollha biex tilqa’ kontrihom, u saru kuntatti minnufih mal-Unjoni Postali Universali u ma’ diversi amministrazzjonijiet postali , fosthom dik ta’ l-Istati Uniti.
Maltapost imxew fuq il-linji ta’ gwida li ntbagħtulhom, u bħala l-ewwel pass qassmu ngwanti tal-plastik u dust masks lill-impjegati li jkollhom kuntatt ma’ ittri w oġġetti postali.
Is-sitwazzjoni bħalissa hi li wara li ġew idenifikati xi ittri bi trab ta’ natura mhux magħrufa, il-fergħat tal-posta fejn instabu ingħalqu fuq struzzjonijiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sakemm isir magħruf ir-riżultat fuq dan it-trab.
Maltapost qed tagħmel dak kollu possibbli biex tissalvagwardja kemm lill-impjegati tagħha kif ukoll lill-pubbliku fiċ-ċirkostanzi preżenti.
Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-PQ 28947 x' sab id-Dipartiment tat-Toroq u x' soluzzjoni qed jipproponi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għaddej bix-xogħol biex jistabilixxi fejn sejjer dan l-ilma.
Ta` min jinnota illi s-sena l-oħra d-dħulijiet u l-katusi li hemm fil-post tnaddfu mid-Dipartiment tat-Toroq, u mill-ġranet tax-xita li kellna minn dak inhar `l hawn ma deherx li kien hemm għargħar f`dik l-area.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tkomplija tas-surfacing ta' N/S in Carmel Str, Ħaż-Żabbar, parti żgħira li qiegħda quddiem żewġt idjar biss u hi ta' inkonvenjent għal dawn il-familji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa għamel surveys tal-lokalita' biex fejn hemm bżonn tittieħed l-art biex it-toroq ikunu jistgħu jinfetħu u jsiru kollha, għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant ikun jista' jsir meta l-proċess jitlesta'.
Jista' l-Ministru jara li Triq il-Kurunell Mas ġewwa Ħal Tarxien, li minnha diġa għaddew is-servizzi neċessarji kollha, tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li l-istat diżastruż u atroċi tagħha, li ilu snin kbar, qed joħloq mhux biss inkonvenjenti serji iżda periklu wkoll għas-saħħa u ħajjet ir-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet le ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jara li Triq Leonard Abela f' Ħal Tarxien, li minnha ilhom li għaddew is-servizzi neċessarji, tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li l-istat diżastruż u atroċi tagħha, li ilu hekk għal snin twal, qed joħloq mhux biss inkonvenjenti serji, iżda wkoll periklu għas-saħħa tar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta' toroq simili ma Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkosultat bid-deċiżjoni li numru ta' toroq fiż-żona tal-Laqxija f' Birkirkara jsiru one-way b' inkonvenjent kbir għall-diversi residenti ta' dina z-zona?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li tali konsultazzjoni ssir mal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jżommu konsultazzjoni pubblika mir-residenti taż-żoni tal-Laqxija (Birkirkara) għar-rigward it-tibdil fl-aċċess tal-karozzi f' diversi toroq ta' din iż-żona?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali nforma lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku li t-tibdil kien ġie ppubblikat fil-magazine tal-Kunsill f`April ta` l-1998 fejn il-pubbliku kien ġie mistieden jagħti l-kummenti tiegħu dwar il-proposti.
(a) Filwaqt li niringrazzja lill-Ministru tat-Trasport għat-tweġiba 28855 jista' jgħid jekk ir-rakkomandazzjoni li għamel il-Bord li jagħti pariri biex id-disinn tal-bolla bix-xbiha tal-Madonna tal-Grazzja tiġi inkorporata fis-sett tal-bolli tal-Milied 2001 u li l-Ministru għadda lill-Maltapost, ġietx aċċettata jew le?
(b) Fil-każ negattiv għaliex il-Ministru approva disinji li ma jaqblux ma din ir-rakkomandazzjoni li saret wara li l-Bord studja d-dokumenti ippreżentati u mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra mal-PQ 27785?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bureau Filateliku tal-kumpanija Maltapost ma jħossx li għandha tintlaqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Bord li jagħti pariri dwar id-disinn tal-bolli dwar il-Madonna tal-Grazzja. Il-Kumpanija qalet li d-deċiżjoni ttieħdet fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali u fuq aspettattivi tal-filatelisti, kemm lokali kif ukoll barranin.
Bħalissa sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinqalgħu għaliex il-Bord li jagħti pariri dwar id-disinn tal-bolli huwa sempliċiment Bord konsultattiv imwaqqaf b'mod amministrattiv u mhux b'saħħa ta' ligi.
Il-Ligi dwar il Posta li għandna bħalissa quddiem il-Parlament se tkun tipprovdi biex il-Bord ikun imwaqqaf b'saħħa tal-ligi stess u jkollu proviżjonijiet ċari dwar ir-relazzjonijiet li għandhom jitħaddmu bejn l-istess Bord, il-Kumpanija li toħrog il-bolli u l-Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser titlesta Sisters Street ġewwa Ħal Tarxien issa li ilha maqlugħa għal dawn l-aħħar xhur u dan b'inkonvenjent għar-residenti kollha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'Sisters Street, Ħal Tarxien kien jinkludi tqegħid ta' mains ġodda ta' l-ilma u xi xogħolijiet ta' culverts li issa tlestew. Fil-preżent qed isiru l-bankini u dan ix-xogħol ta' l-asfalt tat-triq għandu jkun lest sa l-ewwel nofs ta' Novembru.
Jista' l-Ministru jistħarreġ u japprova servizz tal-karozzi tal-linja aktar spissi fl-inħawi ta' Santa Margherita l-Mosta peress li s-servizz kull siegħa mhux jakkomoda l-bżonnijiet tar-residenti? Jista' jara li dawn l-arranġamenti jsiru qabel tibda x-xitwa? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-servizz li jingħata preżentament fl-inħawi ta` Santa Margherita huwa dak skond l-iskeda hawn taħt. l-Awtorita` ser tara ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku kif jista` jkun aħjar dan is-servizz.
Rotta 157
Mill-Belt għall-Mosta (Santa Margherita)
Via - Floriana, Hamrun, Milend, Sta Venera (Psaila Street), B'kara
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (Matul is-sena kollha)
Tluq mill-Belt
Dħ
ul/Tluq minn Sta. Margherita
Dħ
ul ġ
ol-Belt
7:10 Rotta 57
7:45
8:20
8:10 Rotta 57
8:45
9:20
9:10
9:45
10:20
10:10
10:45
11:20
11:10
11:45
12:20
12:10
12:45
13:20
13:10
13:45
14:20
14:10
14:45
15:20
15:10
15:45
16:20
16:10
16:45
17:20
17:10
17:45
18:20
18:10
18:45
19:20
19:10
19:45
20:20
Sibtijiet
Tluq mill-Belt
Dħ
ul/Tluq minn Sta. Margherita
Dħ
ul ġ
ol-Belt
8:10 Rotta 57
8:45
9:20
9:10
9:45
10:20
10:10
10:45
11:20
11:10
11:45
12:20
12:10
12:45
13:20
13:10
13:45
14:20
Rotta 57 VIA Msida
Ħin bejn wieħed u ieħor:
Mill-Belt għal Santa Margherita (Mosta) - Floriana (3 minuti), Hamrun (7 minuti), Milend (10 minuti), Sta. Venera (Psaila Street) (15 il-minuta), B'Kara (18 il-minuta), Mosta (35 minuta).
Santa Margherita (Mosta) għal Belt - B'Kara (5 minuti), Sta. Venera (Psaila Street) (11 il-minuta), Milend (15 il-minuta), Hamrun (20 minuta) Floriana (25 minuta) Valletta Terminus (35 minuta).
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol fuq Misraħ il-Fortizza, Pembroke? X'ko-ordinazzjoni qed issir mal-entitajiet u korporazzjonijiet governattivi biex jiġi żgurat li dan ix-xogħol ma jintefax lura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'Misraħ il-Fortizza hemm sebgħin fil-mija (70%) tax-xogħol tal-bankini li huwa lest.
Fil-preżent qed issir verifika tal-linja li ġiet mogħtija għat-triq biex ix-xogħol ikun jista' jitkompla.
Hija sine qua non li għat-twettieq ta' kull proġett tad-Dipartiment tat-Toroq isiru konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet governattivi biex jiġi żgurat li kollox ikun qed isir kif meħtieġ.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jorħsu l-liċenzji tal-motorcycles biex jinkorangixxi aktar is-sewqan ta' dawn il-vetturi, biex jonqsu il-konsum tal-fuel u jonqos ukoll it-tniġġis ta' l-ambjent? Jista' l-Ministru jikkunsidra ukoll li tgħola l-eta' tas-sewqan ta' ċerti muturi ta' kapaċita għolja biex jiġu evitati aktar inċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-liċenzji tat-triq għal motorcycles ilhom ma jiżdiedu mill-1993, waqt li l-liċenzji tal-karozzi żdiedu darbtejn fl-1997 u 1998.
Il-liċenzja tal-motorcycles kienet dejjem daqs dik ta' l-ewwel klassi tal-karozzi. Din ma baqgħatx hekk mill-1997 meta l-ewwel klassi saret Lm22 u fl-1998 saret Lm30.
Għaldaqstant wieħed jista' jgħid li diġa' hemm differenza sostanzjali bejn il-ħlas għal liċenzji tal-motorcycles u dawk tal-karozzi.
Fir-regolamenti tas-sewqan il-ġodda, li ser jiġu ppubblikati aktar tard dan ix-xahar, biex wieħed ikun jista' jsuq ċerti motorcycles ta' kapaċita għolja, jiġifieri b'saħħa li taqbeż 25kW (33bhp) jew b'ratio bejn saħħa u piż li jaqbeż 0.16kW/kg jew motorcycles bis-sidecar b'ratio bejn saħħa u piż li jaqbeż 0.16kW/kg, irid ikollu jew 21 sena jew sentejn esperjenza ta' sewqan ta' motorcycle b'inqas saħħa.
Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu l-parking lanes għall-muturi, peress li s-sewwieqa ta' dawn il-muturi rari jsibu fejn jipparkjaw u fuq kollox iħallsu l-liċenzja kważi daqs karozza u fejn ikun hemm parking lots dawn jispiċċaw jieħdu spazju daqs karozza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-liġi ma tagħmel ebda distinzjoni bejn mutur u karozza tant li vettura mħaddma b'qawwa mekkanika hija diskritta bħala vettura bil-mutur, għaldaqstant m'hemm ebda restrizzjoni għal motor cycles biex jużaw post ta' parkeġġ użat minn karozza.
Ta' min isemmi iżda li l-liġi titlob li meta jiġu pparkjati motor cycles dawn m'għandhomx jiġu pparkjati paraleli mal-bankina jew ħajt ta' triq, iżda għandhom jiġu pparkjati f'angolu ta' mhux anqas minn 45 grad għal dik il-bankina jew ħajt.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-liċenzja tal-karozzi (jiġifieri dawn li jkunu mwaħħla mal-windscreen) ser joħorġu bla ma jkun hemm informazzjoni personali jiġifieri bla isem u bla indirizz?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-liċenzja tal-vetturi, jiġifieri l-windscreen disc, bdew joħorġu mingħajr id-dettalji personali mit-12 ta' Settembru, 2001. Dan ifisser li minn din id-data, kull min iġedded il-liċenzja, din tinħariġlu mingħajr dettalji personali, jiġifieri l-isem u l-indirizz.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-iStreet Naming Committee jagħti isem lill-parti tal-Qasam tal-Bini tal-Gvern Ta' Xbiex li tagħmel ma' Church Street Msida?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol fuq Triq May Butcher, l-Iklin billi minħabba fid-djuq preżenti tagħha lanqas hemm fejn tista issir bankina? Huwa ippjanat li tittieħed parti mill-għalqa fil-qrib biex ikun jista' jintlaħaq dan l-għan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali qablu li x-xogħol f`din it-triq għandu jingħata prijorita' u d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji biex ix-xogħol ikun jista` jitwettaq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tħallew il-katusi tad-drenaġġ li kien hemm qabel quddiem id-djar sweet hearth u dar No. 11 f'Hompesh Rd, Fgura meta f'mistoqsija parlamentari nru. 25294, diġa kien hemm indikazzjoni li f'din il-parti partikolari teżisti problema għax il-katusi dojoq u ma jlaħħqux mad-domanda u l-kwantita tad-drenaġġ li jinżel minnhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25294.
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq f`dan ir-rigward jagħmel ix-xogħol kif ikun ordnat mid-Dipartiment tad-Drenaġġ li f`dan il-każ ma ħasx illi kien hemm il-bżonn li jinbidlu l-katusi fil-lokalita` quddiem il-postijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant.