Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vapuri Iżraeliti li matul din is-sena ssewwew fit-Tarzna? Kemm kien hemm vapuri Iżraeliti li riedu jsewwu fit-tarzna iżda imbagħad ħassru l-ordni għat-tiswija? Għal liema raġunijiet ? Meta tħassru dawn l-ordnijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul din is-sena ma kien hemm l-ebda vapur Izraelit li ssewwa fit-Tarzna. Kien hemm żewġ vapuri li kienu ser jissewwew fit-Tarzna iżda ħassru l-ordni għat-tiswija.
Ordni minnhom tħassret peress li l-bacir ma kienx a dispozizzjoni (availableĊ fiż-żmien li s-sidien tal-vapur riedu jagħmlu t-tiswijiet. Din l-ordni tħassret fis-27 ta' Awissu 2001.
L-ordni l-oħra tħassret fl-4 ta' Settembru 2001 mingħajr ma ingħatat raġuni speċifika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li dan l-aħħar terminaw l-apprendistat tagħhom TAS mit-tarzna ta' Bormla? F' liema qasam ħadu l-apprentistat tagħhom? Kellha bżonnhom it-tarzna? X' kundizzjonijiet ġew offruti bħala impjieg mat-tarzna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm zgħazagħ li dan l-aħħar temmew l-apprendistat tagħhom TAS fit-Tarzna ta' Bormla.
Jista' l-Ministru jgħid peress li l-kont tad-dawl u il-ilma pendenti skond l-account nru. 925270860/4 huma għoli, jista' d-Dipartiment jara li l-kont ikun rivedut peress li l-pagament ta' qabel kien kważi bin-nofs?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-meter ta' l-elettriku fil-fond relattiv kien ġie mibdul. Ma dan kollu, il-konsum li nħadem fuq qari attwali, baqa' bejn wieħed u ieħor l-istess. Jidher li l-konsumatrici qed ikollha kontijiet aktar baxxi għall-perjodu tas-sajf. Għaldaqstant ma hemm l-ebda każ ta' reviżjoni.
Jista' l-Ministru jara jekk il-kont invoice no. 1730, 30/7/0001 CA 0182 huwiex tajjeb għaliex ix-xogħol li sar għand il-persuna li qed insemmi separatament sar fis-6/1/99 qabel ma ħarġet il-legal notice 58/99.
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant giet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika relattiva.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk
1) kumpanija privata ingħatatx spazju fl-Institute of Water Technology.
2) jekk fl-affermattiv,
(a) dan sar wara li ġie approvat mill-bord tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
(b) inħarġu tenders għal din il-kirja?
(c) kemm hi l-kera kull sena?
3) X'inhuma l-attivitajiet ta' din il-kumpanija u x'jisimha l-kumpanija?
4) għal-liema skop ingħata dan l-ispazju ?
5) hemm ħsieb li faċilita bħal din tingħata lill-kumpaniji oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x' azzjoni ttieħdet għall-kont tal-ilma esaġerat li reċiviet il-persuna mill-Isla li dettalji tagħha jidhru hawn taħt?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li l-ilment dwar il-kont in kwistjoni diġa' ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-persuna indikata fil-mistoqsija jew rappreżentant tagħha.
Jekk dan huwa l-każ, nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni qed teżamina l-kont u jekk jinstab li fih żball isir l-aġġustament relattiv.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex jinbidel il-cable tad-dawl li hemm ma' Block 11 Hubbard Flats Bormla, peress li ilu jiġi rrapurtat ix-xhur u f' risposta mill-Ministru ntqal li kellu issir investigazzjoni li fil-fatt saret, il-ħsara nstabet u ġiet konfernata,u xorta ma' sar xejn b' detriment għar-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ħsara li hemm fil-linja msemmija kienet ġiet irranġata dakinhar stess li ġiet irrapurtata. Hemm il-ħsieb li l-linja tinbidel. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri għat-tiswija u kemm inbnew vapuri fil-Malta Drydocks i) bejn ottubru 1996 u Settembru 1998 ii) bejn Settembru 1998 u Awissu 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Ottubru 1996 u t-30 ta' Settembru 1998, fit-Tarzna ta' Malta sar xogħol ta' tiswija fuq 223 vapur, filwaqt li bejn l-1 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Awissu 2000, in-numru ta' vapuri li sar xogħol fuqhom kien jammonta għal 360.
Matul id-dati msemmija ma nbena l-ebda vapur fit-Tarzna ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Maltacom li huma 'on secondment' ma' xi kumpanija jew entita' oħra?
Min huma dawn il-ħaddiema u liema hi l-kumpanija jew l-entita' li qed jaħdmu magħha fil-preżent?
Kemm ilhom 'on secondment' u xi ħlas u benefiċċji qed jieħdu?
Jista' jgħid ukoll meta dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu mal-Maltacom?
Jista' l-Ministru jgħid x'metodoloġija tintuża għall-kumpilazzjoni tal-figuri tal-GDP? Kien hemm xi tibdil dan l-aħħar? Kif tispjega il-fatt li jirriżultaw xejriet differenti bejn il-GDP balances tal-goods and services u il- 1st quarter balance of payments accounts?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-metodoloġija tal-Prodott Gross Domestiku hija deskritta kemm fil-pubblikazzjoni tan-National Accounts kif ukoll fil-pubblikazzjoni "Sources and Methods" dwar l-istess sett ta' statistika.
Il-Prodott Gross Domestiku jiġi ffissat mill-"income side" u wara li l- "expenditure side" tinħadem b'mod indipendenti, din tiġi rikonċiljata ma' l-"income side". Il-bilanċi msemmija fil-bilanċ tal-pagamenti u l-Prodott Gross Domestiku qiegħdin jinħadmu skond metodoloġija differenti u huma t-tnejn negattivi. Dawn jinħadmu skond it-tagħrif fl-idejn fiż-żmien tal-kumpilazzjoni tagħhom u huma ndikati bħala proviżorji u suġġetti għal tibdil. Fil-fatt, il-bilanċi msemmija nħadmu u ġew ippubblikati fi żmien differenti minn xulxin.
Jista' l-Ministru jgħid fil-Freeport Terminal hemm apparat li jkejjel raġġi radioattivi li potenzjalment li ikunu jistgħu joriġinaw minn oġġetti ġo containers?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li barra mill-gate tal-Freeport Terminal hemm apparat li jkejjel ir-raġġi radioattivi. Dan l-apparat huwa taħt ir-responsabbilta' tad-Dwana.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda, full-time, part-time jew b'kuntratt mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (inkluż l-I.W.T.)? F'liema kariġa u x-xogħol qegħdin jagħmlu dawn il-ħaddiema ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema part-time mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (inkluż l-I.W.T)?
F'liema grad u xogħol qegħdin dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Enemalta għandha tower ladders biex il-ħaddiema tal-Gvern ikunu jistu jagħmlu x-xogħol tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma għandha l-ebda tower ladders sabiex jiġu utilizzati mill-ħaddiema tal-Gvern. It-tower ladders li għandha l-Korporazzjoni huma għall-użu tal-ħaddiema tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jissewwew il-bozoz li hemm fuq il-bibien 77 u 107 fi Triq P. P. Caruana Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fuq il-bieb 4 Sqaq Xandru Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 28013?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-policy tal-MIMCOL dwar użu ta' aġenti ta' l-assikurazzjoni minn dejjem kienet bħal użu ta' servizzi oħra, jiġifieri li l-kumpaniji sussidjarji tagħha jitolbu kwotazzjonijiet għal kwalunkwe servizz mingħand tnejn jew aktar ditti li jipprovdu s-servizz. Dik id-ditta li toffri l-aħjar kundizzjonijiet u prezzijiet tkun mitluba tipprovdi s-servizz lill-kumpanija.
Rigward il-kumpanija ta' l-insurance broker sussidjarja tas-Sea Malta, din qed tikkompeti fis-suq ma' l-insurance brokers l-oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex kanna ta' l-ilma jew mela li ħiereġ l-ilma minnu u li jinsab quddiem il-Każin tal-Banda tal-Karmnu tal-Balluta fi Triq Sant Elena, Sliema issirlu l-manutenazzjoni meħtieġa, peress li dan il-leakage ilu diversi ġimgħat?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.