Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri miftuħa – immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent persuni u immigranti irregolari fiċ-Ċentri miftuħa? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentri ta’ Detenzjoni – persuni u immigranti irregolari

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16285, jista’ l-Ministru jgħid meta waslu f’pajjiżna l-persuni u immigranti irregolari li huma preżentement fiċ-ċentri ta’ detenzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Detention Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati detention officers fis-sena 2013 u fis-sena 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 ma ġewx ngaġġati detention officers filwaqt li matul is-sena 2014 ġew ngaġġati erbgħin persuni f’Mejju, wara li nħarġet sejħa pubblika.

Korp tal-Pulizija – linji gwida – persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija għandux linji gwida ċari dwar imġiba tagħhom fil-konfront ta’ persuni b’diżabilità, inkluż dawk li għandhom problemi ta’ saħħa mentali? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-linji gwida?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li għal dak li jirrigwarda persuni b’diżabbilita’, inkluż dawk li għandhom problemi ta’ saħħa mentali, il-Korp tal-Pulizija fil-kurrikulu tat- taħriġ għar-rekluti, surġenti u spetturi kadetti, għandu ‘units’ apposta li jiġu mgħallma fl-Akkademja tal-Pulizija fuq dan is-suġġett. Dawn ġeneralment jingħataw mir-‘Richmond Foundation’. Barra minn hekk, fil-Kodiċi ta’ Etika tal-Korp tal-Pulizija, hemm indikat bħala parti mill-obbligi li l-membri tal-Korp tal-Pulizija għandhom lejn is-soċjetà, l- attenzjoni speċjali lil dawk il-gruppi hekk imsejħa vunerabbli (il-minorreni, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità, etċ) li minħabba ċ-ċirkustanzi speċjali li jinsabu fihom, jinħtieġu protezzjoni akbar minn ħaddieħor (paġna 8 tal-Kodiċi t’Etika). Il-protezzjoni ta’ dawn il-persuni tinsab b’ċertu dettal f’artikolu 17 tar-Raba’ Skeda tal-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164), jiġifieri l-Kodiċi ta’ Prattika għall-Interrogazzjoni mill-Pulizija. Barra min dan il-Korp tal-Pulizija qiegħed f’kuntatt mal-Kummissarju dwar is-Saħħa Mentali, sabiex jiġu ddraftjati ordnijiet ta’ proċedura (SOPs) għall-membri tal-Korp għal dak li għandu x’jaqsam mal-Att dwar is-Saħħa Mentali (Kap. 525).

Priġunieri b’diżabilità – taħriġ lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ sar għall-ħaddiema li jaħdmu ma’ priġunieri b’diżabilità inkluż dawk bi problemi ta’ saħħa mentali u ma’ dawk li jfittxu l-ażil? Fiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ? Hemm xi kodiċi ta’ prattika fejn il-ħaddiema jridu josservaw waqt dmirijiethom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Priġunieri li jbagħtu minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali, jitqiegħdu ġewwa l-Forensic Unit fl-isptar Monte Carmeli, wara li jkunu eżaminati mill-psikjatra tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Tajjeb jingħad li għadd ta’ professjonisti fosthom infermiera, tobba, psikologi u psikjatra jaqdu dmirijiethom sabiex is-saħħa mentali tal-priġunier tkun salvagwardjata. Fir-rigward tal-priġuniera li qed ifittxu l-ażil, dawn jindirizzaw l-bżonnijiet tagħhom primarjament is-sezzjoni tal-ħaddiema soċjali kif ukoll il-psikologi tal-istess faċilità. L-imsemmija professjonisti huma kollha mħarġa fil-professjoni tagħhom. Tajjeb jingħad ukoll li fil-Forensic Unit l-uffiċjali korrettivi huma primarjament ikkonċernati fejn tidħol sigurta’ tal-istess Unit, liema uffiċjali huma imħarġa f’dan ir-rigward. Bħala kodiċi ta’ prattika, l-imsemmija professjonisti jsegwu il-kodiċi ta’ prattika li jirriżulta mill-professjoni tagħhom. Fir-rigward ta’ kodiċi ta’ prattika tal-uffiċjali korrettivi, dawn isegwu r-Regolamenti tal-Ħabs.

Pulizija – tow trucks

Question

Billi skont risposta parlamentari preċedenti ntqal li l-pulizija għandha tliet tow trucks u spazju fejn tpoġġi l-karozzi li jistgħu jiġu towed, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx spazju fil-post fejn hemm il-karozzi stored, biex b'hekk jiġi assigurat li hemm spazju fejn jintefgħu numru kbir ta' vetturi li hemm abbandunati fit-toroq tagħna u mingħajr ma għandhom il-liċenzja mħallsa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-pulizija għandha spazju biżżejjed fejn tpoġġi l-karozzi li jistgħu jiġu towed meta jinstabu abbandunati fit-toroq, inkluż dawk li m’għandhomx il-liċenzja mħallsa’.

Att tar-Reġistru Pubbliku – ġurament ta’ uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema data ħadu l-ġurament imsemmi fl-artiklu 3(4) tal-Att tar-Reġistru Pubbliku l-uffiċjali msemmija fl-artiklu 3 u ċjoè d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u l-Assistenti Diretturi tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġurament imsemmi fl-artiklu 3(4) tal-Att tar-Reġistru Pubbliku l-uffiċjali msemmija fl-artiklu 3 u ċjoè d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u l-Assistenti Diretturi tiegħu, ittieħed nhar it-2 ta’ Ġunju 2015. Ninformah ukoll li xejn ma jindika li fil-passat ittieħdu ġuramenti simili meta saru tali ħatriet.

Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data — pubblikazzjoni tar-rapport ta' inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fid-data li fiha qed issir din l-interpellanza kien għadu ma ottemperax ruħu mad-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data li ngħatatlu ġimgħatejn ilu biex jippubblika dak li ilu jwiegħed li se jippubblika u ċjoè ir-rapport tal-inkjesta dwar l-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ir-rapport ġie ppubblikat kif imwiegħed.

Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali – xogħol extra mill-Pulizija -

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija mhux ser jibqgħu jagħmlu xogħol extra mad-Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali mill-4 ta' Mejju 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 15881.

Pulizija stazzjonati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati f’Għawdex, x’inhu r-rank tagħhom u f’liema taqsimiet huma stazzjonati? Jista’ jgħid meta ser jittieħdu pulizija minn Malta lejn Għawdex biex jiżdiedu l-pulizija f’Għawdex u kemm hemm bżonn li jmorru pulizija lejn Għawdex biex ikun hemm il-full complement?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm mija u tnejn u tletin (132) uffiċjal tal-pulizija stazzjonati f’Għawdex, f’ranks kif jidher fit tabella ‘A’ li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess uffiċċjali huma stazzjonati kif jidher fit-tabela ‘B’. Infurmat illi il-compliment ta’ pulizija f’Ghawdex ivarja skond l-esigenzi tas-servizz.

Ċitazzjonijiet tat-traffiku mogħtija f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet tat-traffiku mill-Pulizija f’Għawdex matul is-sena 2013, is-sena 2014 u din is-sena sallum? Jista’ jaqsam dawn iċ-ċitazzjonjiet skont il-lokalità li ngħataw fihom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li insab infurmat illi ċitazzjonijiet tat-traffiku li ngħataw mill-Pulizija f’Għawdex matul is-snin 2013 u 2014 u matul din is-sena sallum kien kif jidher fit tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif mitlub mill-Onor. interpellant il-figuri taċ-ċitazzjonjiet, huma mqassma skont il-lokalità li ngħataw fihom.

Tneħħija ta' karozzi abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija għandhiex mod ta' kif tassigura li vetturi li jkunu abbandunati jiġu mneħħija minn fejn ikunu, u dan biex ma jkunux ta' periklu, ma jkunux sors ta' ħmieġ madwarhom u lanqas ma jtellfu l-ispazju għall-parkeġġi? Billi f'lokalitajiet bħalma huma San Pawl il-Baħar, qed ikun hemm bosta diffikultajiet minħabba karozzi abbandunati, jista' jassigura li l-pulizja jkollhom fejn jitqiegħdu dawn il-karozzi biex jiġu liberati bosta spazji ta' parkeġġ li jinsabu moħlija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Mechanical and Tranpsort Section tal-Korp, hemm tlett tow trucks li jintu¿aw biex jitneħħew vetturi li jkunu abbandunati, li fost ingombri oħra jkunu qed jieħdu spazji ta’ parkġġ fil-lokalitajiet kollha. Dawn il-vetturi jittieħdu u jinzammu fil-garaxx tal-Pulizija fil-Furjana u meta jkunu hemm, isir dak kollu meħtieġ biex jinstab is-sid, Dan wara li jħallas il-multi relatati u jirregolarizza ruħu mal-liġi, jingħata il-vettura lura. Ta’ min isemmi illi anke il-Kunsilli Lokali għandhom il-poter bil-liġi, biex separatament mil-Pulizija jneħħu vetturi abbandunati ukoll.

Reġistru tal-Artijiet – investiment fil-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar fil-bini tar-Reġistru tal-Artijiet fl-aħħar sentejn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ivestiment fid-dipartimenti jinkludi mmodernizzar fis-sistemi tal-arja kkundizzjonata, rinovar tal-uffiċini, xogħol ta’ plumbing, xogħol maħsub sabiex jipprovdi aċċessibiltà għal persuni b’diżabbiltà u proġetti oħra ta’ manutenzjoni ġenerali.

Reġistru tal-Artijiet — stat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-binja tar-Reġistru tal-Artijiet qiegħda titħalla fl-istat ta’ abbandun li hi, tant li qed tiġi pperikolata s-sigurtà tad-dokumenti li jinsabu fih minħabba l-faċilità li biha persuni għandhom aċċess għall-binja, skont kif rappurtat u jidher fil-ħarġa ta’ In-Nazzjon tas-17 ta’ April 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15750.

Forzi Armati ta' Malta — general order għall full colonels

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx general order fl-Armata fl-aħħar jiem biex jiżdied in-numru ta' full colonels fil-Forzi Armati ta' Malta? Jekk iva, kemm se jkun in-numru totali issa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-General Order li qed jirreferi ghaliha ma hargitx biex jizdiedu il-full Colonels, imma sabiex taghmel revizjoni tal-Organizzazjoni tal-Forza li tkun tista’ tilqa’ iktar ghall-esigenzi ta’ llum. Din ir-revizjoni rat lok ta’ full Colonel wiehed biss addizjonali, liema grad marbut ma’ din il-kariga ghadu vakanti.

Mosta – Santa Margerita — splussivi

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk l-isplussivi li qed jintu¿aw ġewwa l-barriera qrib Santa Margerita, l-Mosta, humiex ta’ saħħa skont il-liġi minħabba l-fatt li residenti ġewwa din iż-żona qed jħossu li dawn t-theżżiżiet huma qawwija ħafna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċċju ta’ l-Armi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija joħroġ permessi sabiex jinġarr l-isplussiv u sabiex issir il-blasting f’dawk il-barrieri awtorizzati mill-Awtorita tar-Riżorsi. Ghalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat għal aktar dettalji.

Pulizija — Rapporti dwar kaċċa illegali fir-rebbiegħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellhom rapporti l-Pulizija dwar kaċċa illegali fir-rebbiegħa li għaddiet anke wara li għalaq l-istaġun? F’liema lokalitajiet kienu? Dwar xiex kienu r-rapporti? F’kemm-il każ ġew konklużi l-investigazzjonijiet? Kemm tressqu nies il-Qorti? Kemm għad iridu jitressqu? Kemm tressqu kaċċaturi akkużati li sparaw għal tajr protett jew instabilhom tajr protett? Kemm kien hemm każi ta’ snieter misruqa? Kemm instabu ħatja u x’weħlu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Iż-Żurrieq — Bar - permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16468, f'każ li ċerti permessi li kellhom għand il-pulizija ma għaddewx għand l-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta, jista' l-Ministru jpoġġi l-permessi relatati mal-bar lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq il-Mejda tal-Kamra u ċjoè: (a) kopja tal-firem oriġinali (Neighbours' Consent); (b) kopja tal-applikazzjoni oriġinali tal-PAPB jew MEPA; (c) il-permess taċ-Change of Use maħruġ mill-MEPA jew PABS; (d) kopja tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija; u (e) kopja tal-liċenzja oriġinali tal-Kummissarju tal-Pulizija (Trade Licence)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – inċident bejn detenuti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16380, jista’ l-Ministru: (a) jispeċifika d-data eżatta meta fix-xahar ta’ April 2015 seħħ inċident li għalih issir referenza; (b) jgħid min huma l-uffiċjali li għamlu rapport dwar l-inċidenti sabiex jittieħdu l-passi kontra l-priġunieri involuti; (c) jgħid preċiżament bid-data meta sar dan ir-rapport mill-uffiċjali sabiex jittieħdu passi; (d) jgħid min iċċertifika l-ġrieħi tal-priġunier li safa vittma tal-inċident u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat maħruġ fuq il-Mejda tal-Kamra; (e) jgħid f’liema data l-każ tal-priġunier vittma ġie riferut lil min ħareġ ċ-ċertifikat mediku; (f) jgħid f’liema diviżjoni seħħ l-inċident; (g) jikkonferma li l-inċident seħħ fid-diviżjoni tal-ħabs li ma kinitx id-diviżjoni fejn l-aggressuri qegħdin jinżammu fil-ħabs; (h) jispjega kif l-aggressuri kellhom aċċess għad-diviżjoni fejn seħħet l-aggressjoni; (i) jgħid jekk f’dan l-inċident irriżultawx xi nuqqasijiet fl-amministrazzjoni tal-ħabs u jekk iva, x’kienu dawn in-nuqqasijiet u min wieġeb għalihom; (j) jgħid min mill-awtoritajiet tal-ħabs bl-isem tal-uffiċjal/i ddeċieda li ma jsirx rapport lill-Pulizija dwar dan il-każ; (k) jgħid x’passi ttieħdu kontra l-aggressuri f’dan il-każ; (l) jgħid jirriżultax mottiv għal dan l-inċident; u (m) jgħid meta ġie a konjizzjoni tiegħu dan l-inċident u minn min? Jista’ jwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (ABELA, CARMELO)

B’żieda mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16380 ninforma lill-Onor. Interpellant li data kienet nhar it-23 ta’ April 2015. L-uffiċjal li għamel ir-rapport kien l-istess uffiċjal li kien inkarigat mid-diviżjoni u tali rapport sar dakinhar stess. Ninformah ukoll li l-inċident sar f’diviżjoni 1 u ma nikkonfermax li ma kinitx id-diviżjoni fejn l-agrssuri qegħdin jinżammu fil-ħabs. Lil priġunier involut iċċertifikah dak inhar stess ta l-inċident wieħed mit-tobba stazzjonati fil-Faċilita stess, fejn kellu grieħi ħfif. L-għada reġa ġie invistat minn tabib ieħor stazzjonat ġewwa l-Faċilita, fejn għal darba oħra ġie ċertifikat ġrieħi ħfief.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Position of Senior Manager: International Affairs

Question

Jista’ l-Ministru jisġjega għaliex fil-call HR/MHAS No 2/2015 – Position of Senior Manager (International Affairs) fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, bħala waħda mill-conditions for the duration of the assignment hemm miktub fi klawsola 2.4 li ‘the position of the Senior Manager is politically restricted’? X’irid ifisser biha ‘politically restricted’?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li politically restricted tfisser li uffiċjal Governattiv ma jistax jieħu sehem f’attivitajiet politici meta jinħatar fis-skala 5 ‘il fuq. Il-kunċett ta’ politically restricted fil-call tas-Senior Manager, International Affairs hija ġejja mid-Direttiva 5 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-24 ta’ Frar 2011, mill -Public Administration Act, fejn skont paragrafu 2.4 fi kliem ieħor tgħid li dawk li jokkupaw pozizzjonijiet fis-skala 5 ‘l fuq huma kkunsidrati bħala politically restricted minħabba li huma postijiet Manigerjali. Ukoll skeda A ta’ l-istess Direttiva tgħid li skali 1 sa 5 huma politically restricted minbarra dawk li huma mniżżla fil-lista ta’ l-istess skeda. Il-call ta’ Senior Manager, International Affairs mhiex f’din il-lista hu għalhekk hija kkunsidrata bħala politically restricted.