Legislature:
Category:
Reset
Active:

Double decker buses

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx diskrepanza bejn id-drittijiet ta' operaturi barranin ta' double deckers u d-drittijiet ta' operaturi Maltin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19897.

Kalibrazzjoni ta' speed cameras

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jara li kull speed camera tkun kalibrata kif suppost? Kull meta jsir l-iċċekjar fuqhom? Meta saret l-aħħar kalibrazzjoni ta' kull speed camera li qed topera bħalissa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-kalibrazzjoni tar-radar unit ta' l-ispeed cameras issir f'isem min jipprovdi s-servizz minn laboratorji akkreditati Ewropej f'konformità sħiħa ma' l-aħjar prattiċi sostenuti mill-Kummissjoni Ewropea. Iċ-ċertifikati tal-kalibrazzjoni huma validi għal perjodu ta' 12-il xhar u l-Awtorità dwar it-Trasport bl-għajnuna ta' l-Awtorità Maltija għall-Istandards tivverifika ċ-ċertifikat ta' kalibrazzjoni qabel ma' speed camera tiġi stallata u tibda topera. L-aħħar kalibrazzjoni ta' kull speed camera saret kif gej: Triq is-Sebħ, Ħal Qormi (westbound): 7 ta' Novembru, 2005 Triq is-Sebħ, Ħal Qormi (eastbound): 22 ta' Novembru, 2005 Triq Reġjonali (in-naħa ta' San Ġiljan): 22 ta' Novembru, 2005 Triq Reġjonali (in-naħa ta' San Ġwann): 22 ta' Novembru, 2005 Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ (westbound): 10 ta' Mejju, 2006 Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ (eastbound): 22 ta' Novembru, 2005 Triq in-Nutar Zarb, Ħ'Attard: 10 ta' Mejju, 2006 Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar: 7 ta' Novembru, 2005 * * Din l-ispeed camera kienet trasferita dan l-aħħar mix-Xemxija għal Triq Burmarrad

Ħaż-Żabbar — Triq Prof. J G Baldacchino

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir resurfacing ta' Triq Profs J.G. Baldacchino f'Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hawn fuq msemmija tagħmel parti mill-lista ta’ toroq li l-ADT identifikat għal programm għall-bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali. L-uffiċjali tal-ADT qegħdin jistudjaw ix-xogħlijiet meħtieġa f'din it-triq minħabba problemi ta' livelli u possibilitajiet ta' esproprjazzjoni li fiha din it-triq.

ADT

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19876 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19625, jista' il-Ministru ġentilment iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li l-ADT għamlet lill-ETC fis-17 ta' Marzu 2004 u jgħid f'liema data ġie impjegat bħala manager ma' l-ADT u bħala assistent personali fil-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ċitazzjonijiet — Speed Cameras

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19873 u jgħid: Peress li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 19598 il-Ministru qal minkejja li l-ADT m'għamlet tajjeb għall-ebda ċitazzjoni ta' speed cameras fl-istess nifs qal li madankollu kien hemm ċirkostanzi fejn kellha tħallas xi ċitazzjonijiet, jista' il-Ministru jgħid lil min inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet u x'kien l-ammont f'kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minħabba li dawn l-uffiċjali jkunu qegħdin jużaw karozzi mikrija l-kumpanija tal-karozzi tal-kiri tħallas iċ-ċitazzjonijiet f'isem l-ADT u l-ADT tirkupra l-flus minn għand l-uffiċjali.

ADT — Biljetti għall-Ivvjaġġar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19876 u jgħid: Jikkonferma l-Ministru li membru tal-bord ta' l-ADT kien ġie investigat dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar fi ħdan l-istess awtortia'? Jista' jgħid x'kien irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19853.
Leg 10 PQ #19998 Sitting 412 2006-07-07 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kien il-manager tal-unit ta' l-eżaminaturi fl-ADT li ta r-riżenja tiegħu? Kemm kien ilu f'din il-kariga, b'liema salarju u perks oħra? Hux minnu li għas-sena li għaddiet ingħata l-performance bonus? Għal kemm kien jikkonsisti dan il-bonus extra u x'kienu r-riżultati li akkwista matul is-sena li għaddiet u li allura wasslu għall-għoti ta' dan il-bonus?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Mellieħa — Triq in-Nixxiegħa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19953 u jgħid jekk Triq in-Nixxiegħa ġewwa l-Mellieħa hijiex taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali jew tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tistudja ir-responsabilita' għax-xogħlijiet fuq Triq in-Nixxiegħa u toroq oħra fil-Mellieħa fid-dawl tad-deċiżjonijiet li ħadet il-Qorti rigward kawżi dwar l-istess toroq.

Ħal-Luqa — Vjal l-Avjazzjoni

Question

Tista' l-awtorita' dwar it-trasport taċċerta li l-kuntrattur jew kuntratturi li qed jaħdmu fi Vjal l-Avjazzjoni Ċivili, Ħal-Luqa (triq li tagħti għall-airport) ikollu d-dwal li hemm fuq il-blokok li qed jaqsmu t-triq jixgħelu għax fil-preżent m'hemmx lanqas waħda minnhom mixgħula u billi t-triq hi mudlama u billi hemm traffic diversion jista' faċilment isir inċident? Possibbli l-ADT taċċerta li dan isir mill-aktar fis possibbli?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ADT timmoniterja regolarment l-apparat tal-immaniġjar tat-traffiku fuq proġetti fejn ikun qed isiru x-xogħlijiet. Dan ma jfissirx li mankanzi li jinqalgħu minn żmien għall-żmien l-ADT ssir taf bihom mill-ewwel. Mankanzi tan-natura li indika l-Onorevoli Interpellant jistgħu jseħħu għax l-batteriji tad-dwal jinħela u dan jista' jseħħ meta ma jkunx hemm uffiċjali tal-ADT fuq is-sit. Il-kuntrattur, bħal f'każi simili fil-preżent ġie mgħarraf biex jirranġa l-apparat.

Importazzjoni ta' karrijiet tal-funerali

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tixtieq timporta karru tal-funerali second hand li jkun f'kondizzjoni tajba jistax jagħmel dan u jingħatax il-liċenzja biex jaħdem bih?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li fid-dawl ta’ żviluppi riċenti bħalissa qed jiġi studjat l-operat u regolamentazzjoni tal-liċenzji tal-karrijiet tal-mejtin.

Trasferiment ta' coaches

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li fil-każ tat-trasferiment ta' coach antika ma waħda ġdida, it-taxxa marbuta mal-valuation tal-coach il-ġdida tiġi mneħħija ladarba t-taxxa fuq il-valur ta' dak il-coach tkun diġa' tħallset meta oriġinarjament inxtrat il-coach li issa qed tiġi kkonsidrata bħala antika? Jaħseb il-Ministru li dan għandu jgħin biex jitħaffef il-proċess tal-bdil tal-coaches l-antiki ma dawk ġodda? Meta wieħed jikkonsidra li skond risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi f'dawn l-aħħar sentejn tbiddlet biss coach waħda, possibbli l-gvern jikkonsidra dan is-suġġeriment li għandu jgħin biex il-flotta ta' coaches antika tkun modernizzata b'servizz aħjar lit-turisti u li fuq kollox huma ta' anqas ħsara għall-ambjent?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li fir-rigward ta’ bdil ta’ coaches eżistenti ma’ coaches ġodda teżisti diġà ordni ta’ eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni. Kopja tal- exemption order qegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Birkirkara — Triq Ġużeppi Xuereb

Question

Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Ġużeppi Xuereb, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:- Triq it-Tempji Megalitiċi Triq Notabile ( phase D ) Triq Grosseto Triq Gaffiti Navali Triq Luiġi Onofio Triq is-Sienja Triq l-Ibagħal Triq l-Għabex Barra minn hekk ingħata t- tender għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla. L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.

Birkirkara — Triq Ġużeppa Psaila

Question

Jista' il-Ministru jgħid - (billi jagħti data konkreta) għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Ġużeppa Psaila, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:- Triq it-Tempji Megalitiċi Triq Notabile ( phase D ) Triq Grosseto Triq Gaffiti Navali Triq Luiġi Onofio Triq is-Sienja Triq l-Ibagħal Triq l-Għabex Barra minn hekk ingħata t- tender għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla. L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.

Birkirkara — Triq Ġanni Attard

Question

Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Ġanni Attard, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:- Triq it-Tempji Megalitiċi Triq Notabile ( phase D ) Triq Grosseto Triq Gaffiti Navali Triq Luiġi Onofio Triq is-Sienja Triq l-Ibagħal Triq l-Għabex Barra minn hekk ingħata t- tender għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla. L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.

Birkirkara — Triq Girgor Gatt

Question

Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Girgor Gatt, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:- Triq it-Tempji Megalitiċi Triq Notabile ( phase D ) Triq Grosseto Triq Gaffiti Navali Triq Luiġi Onofio Triq is-Sienja Triq l-Ibagħal Triq l-Għabex Barra minn hekk ingħata t- tender għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla. L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.

ADT — Biljetti ta' l-Ivjaġġar

Question

Jikkonferma l-Ministru li membru tal-bord ta' l-ADT kien ġie investigat dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivjaġġar fi ħdan l-istess awtortia'? Jista' jgħid x'kien irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li wara li saru allegazzjonijiet fuq membru tal-Bord ta' l-ADT dwar abbużi fl-użu ta' biljetti ta' l-ivvjaġġar, kienet saret investigazzjoni interna. Minn din l-investigazzjoni irriżulta li ma kien hemm l-ebda abbuż, anzi irriżulta li l-prezz tal-flight kien inqas minn dak li kien jintnefaq normalment għal vjaġġi simili.

Double decker buses

Question

Peress li kien hawn operaturi barranin li operaw double deckers hawn Malta u peress li dawn jistgħu, meta jridu, joperaw hawn Malta, ma jidhirlux il-Ministru li din hija inġustizzja ma' l-operaturi Maltin u abbuż mill-ADT li dawn l-operaturi Maltin m'humiex permessi joperaw? Jekk dan mhux inġustizzja u abbuż, jista' il-Ministru jispjega dan l-aġir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li ma teżisti l-ebda diskrepanza bejn id-drittijiet ta’ operaturi barranin ta’ double deckers u d-drittijiet ta’ operaturi Maltin. Bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, daħlu fis-seħħ regoli komuni dwar il-ġarr stradali internazzjonali ta’ passiġġieri, jiġifieri r-Regolamenti tal-Kunsill 684/92 u 11/98. Dawn ir-regolamenti, li jgħoddu għall-pajjiżi membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, jippermettu li dawk l-operaturi kollha koperti b’liċenza tal-Komunità jkollhom aċċess sħiħ fis-suq internazzjonali biex joperaw servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri minn pajjiż għal ieħor fl-Unjoni Ewropea. Waqt li jkun f’pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea, operatur mhux stabbilit f’dak il-pajjiż jista’ jwettaq servizzi temporanji, magħrufa bħala kabotaġġ, għal perijodu ristrett ta’ żmien u dan skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill 12/98. Skond il-leġislazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, is-servizzi kollha għall-ġarr internazzjonali ta’ passiġġieri jridu jsiru bl-użu ta’ vetturi li jikkonformaw mal-liġijiet tal-Komunità dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi tal-vetturi. Tibdil riċenti li sar f’dawn il-liġijiet dwar il-piżijiet u dimensjonijiet massimi tal-vetturi (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/7/KE li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE) daħlu fis-seħħ ukoll f’Malta tard is-sena li għaddiet. Bit-tibdil li sar fir-regolamenti tagħna, l-għoli massimu ta’ 4 metri fir-rigward ta’ vetturi tal-passiġġieri, li sa dak iż-żmien kien japplika biss għal vetturi użati għal servizzi internazzjonali, beda jgħodd ukoll għal vetturi reġistrati lokalment u użati esklusivament f’Malta. Ma teżisti ebda diskriminazzjoni fil-leġislazzjoni Maltija bejn vetturi għall-ġarr ta’ passiġġieri reġistrati f’Malta u dawk reġistrati f’pajjiż ieħor imsieħeb fl-Unjoni Ewropea. Ir-restrizzjonijiet li ġew stabbiliti mill-awtoritajiet fl-użu ta’ vetturi ta’ ċertu għoli fl-ibliet u fl-irħula kif ukoll f’postijiet ta’ interess naturali speċjali jgħoddu l-istess kemm għal vetturi reġistrati f’Malta kif ukoll dawk reġistrati f’pajjiż ieħor waqt li jkunu qegħdin jiċċirkolaw f’Malta.

Birkirkara — Triq Vitorjo Cassar

Question

Jista' il-Ministru jagħti d-data ta meta se jinbeda x-xogħol ta' resurfacing b'mod konkret fi Triq Vitorjo Cassar Birkirkara li tant ilu mistenni mir-residenti li joqogħdu hemmhekk?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali.

ADT — Dispatchers

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19626 u ġentilment jinformana għal liema raġuni l-ADT ġabret l-ispecial licence tad-dispatchers li jaħdmu magħha? Possibbli jivverifika jekk l-ADT kellhiex dritt li tagħmel dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqija parlamentari numru 19808.

Vintage Coach

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19776, billi l-Ministru jaf sew x'qed jitlob is-sid in kwestjoni, jiġifieri li jkun jista' jimporta coach ġdid u modern, airconditioned u attrezzat kif suppost li jużah bil-pjanċi ta' dan il-coach l-antik u l-coach l-antik jingħata l-liċenzja ta' vintage coach billi hemm domanda mill-operaturi tat-turisti għall-coach vintage fil-ġarr ta' turisti? Jista' il-Ministru allura jgħid jekk dan hux possibbli? Għaliex qed tinstab daqstant problema li dan is-sid jingħata permess biex dan il-coach li hu tan-1960s u hu l-uniku wieħed daqshekk antik Malta jkun jista' jużah bħala vintage coach filwaqt li jkun jista' jimporta wieħed modern minfloku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-operatur li għalih qed jirriferi l-Onorevoli Interpellant, bħal kull operatur ieħor fis-settur tal-coaches, jaf li jeżisti ftehim bejn il-Gvern u l-Unschedules Bus Service li sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet ċara li s-suq lokali jirrikjedi, n-numru ta' permessi ta' coaches ma jiżdiedx. Għaldaqstant l-ADT tħoss, li fiċ-ċirkostanzi, lill-operatur konċernat ma jistax jinħariġlu permess addizzjonali ma’ dawk li diġà għandu.