Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani li kellhom is-servizz tal-Home Help interrott, sospiż jew imwaqqaf mill-1 ta' Jannar sal-lum? Jista' jgħid kemm kienu dawk l-anzjani li kellhom dan is-servizz interrott, sospiż jew imwaqqaf xahar b’xahar? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani għadhom bla servizz, kemm ilhom bla servizz u għaliex għadhom bla servizz? Jista' jgħid ukoll meta ser jingħatalhom lura dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif normalment jiġri kull sena, kien hemm total ta’ 909 anzjan li kellhom is-Servizz tal-Home Help interrott, sospiż jew imwaqqaf mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum. It-total ta’ anzjani minn dawn li sal-lum għadhom mingħajr is-servizz huwa ta’ 125 bl-iktar każ li ilu huwa mill-14 ta’ Settembru 2015 u l-inqas każ li ilu huwa mit-18 ta’ Novembru 2015.
Huwa ppjanat li din il-problema ta’ kull sena tissolva malli jibda jibda jopera l-kuntrattur il-ġdid.
Ħaddiema ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa, tindif jew sigurtà — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20798 u jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ dħul f’Dar tal-Anzjani jew f’post għall-persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ma jixtieqx li jidħol f’Dar tal-Anzjani imma jixtieq li l-ammont ta’ sigħat ta’ Home Help li għandu jiżdied?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tibbenifika mill-massimu tas-sigħat skont kif irrakomanda l-Bord, wara li ġew ikkonsidrati l-fatturi kollha.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri qiegħda tieħu l-Aġenzija Sapport sabiex tirrefletti l-linji gwida tal-United Nations Convention On The Rights Of Persons With Disabilities (2006) (UNCRPD) (2006) u n-National Disability Policy (2015)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija SAPPORT qed toffri Servizz fil-Komunita maghruf bhala ‘Independent Community Living’, fejn persuni b’diżabilita li ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom, għandhom iċ-ċans li jgħixu b’mod indipendenti fil-komunita’ minflok jidħlu ġo residenza. Dawn l-individwi qed jiġu assisti finanzjarjament sabiex ikunu jistgħu jimpjegaw assistenti personali biex jgħinuhom fil-bżonnijiet tagħhom ta’ matul il-jum.
Barra minn dan, il-persuni b’di¿abilita li jkollhom bżonn ammont żgħir ta’ siegħat ta’ assistenza matul il-ġimgħa għandhom iċ-ċans li ju¿aw is-servizz ta’ ‘
Direct Payment
’.
Il-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija Sapport, minn naħa tagħhom, jassiguraw li jiġu mħarsa id-Drittijiet ta’ Persuni b’di¿abilita skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, iċ-ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni b’diżabiltà qed jorganizzaw programmi li huma mmirati biex jiġu segwiti l-linji gwida tal-Konvenzjoni u in-
National Disability Policy.
Dawn il-programmi jinkludu dawn il-punti li ġejjin:
· Ħiliet neċessarji biex wieħed għix ħajja indipendenti;
· Inklu¿joni fil-komunità;
· Edukazzjoni bażika skont l-abbiltajiet tal-klijenti;
· Ħiliet bażiċi li hemm bżonn għall-impjieg;
· Parteċipazzjoni kulturali;
· Parteċipazzjoni fl-isports;
·
Recreation and Leisure
;
· Gruppi ta’
self advocacy;
Il-ħidma ta’ kuljum li s-Sapport twettaq mar-residenti u l-klijenti tagħha, l-Aġenzija tagħmlu biex tgħin lill-persuni b’di¿abilita’ ikunu membri attivi fis-soċjeta’, u dan permezz ta’ sapport kontinwu biex persuni b’diżabilita’ jiġu mgħejuna jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jieħdu sehem b’mod attiv fil-komunita’.
Jista' l-Ministru jgħid x’tibdil qiegħed isir fir-residenzi kurrenti u b’liema mod residenzi tal-futur ser ikunu qegħdin jimxu mal-istandards nazzjonali tal-persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Aġenzija Sapport diġa’ qiegħda tħaddan numru ta’ miżuri li huma allineati fl-istandards nazzjonali tal- persuni b’diżabilità. Dawn jinkludu:
· Iffokar fl-involviment tal-klijent tul il-proċess kollu tal-aċċess għas-servizz residenzjali (fejn huwa possibli), li jibda minn meta l-klijent jagħzel jekk iridx imur joqgħod ġo residenza partikolari, kif ukoll jagħzel ma’ min irid immur jgħix;
· Qabel tibda it- tranżizzjoni għal-residenza, il-persuna tittieħed tara it-tali residenza hekk biex hi tkun tista’ tagħmel għazla informata;
· Fejn huwa possibli, il-klijent ikun involut f’ kull parti tal-proċess tat-tranżizzjoni, fejn saħansitra il- proċess ikun totalment adattat skond il-bżonn u x- xewqat tal- persuna u mhux viċe versa. Barra minn hekk, waqt il-proċess tat- tranżizzjoni, il- persuna tingħata key worker (leader, social worker, jew xi professjonist ieħor) li jservi bħala punt ta’ referenza;
· Mill-bidu nett, qabel tinfetaħ residenza, l-għażla tal-klijenti għal dik ir-residenza tiġi meqjusa b’ reqqa kbira biex tkun żgurata l-kompatibilità ta’ bejniethom;
· Il-ħaddiema ta’l-Aġenzija Sapport jiġu mħarrġa b’reqqa kbira biex dawn jipprovdu servizz li jagħti sapport lill-klijent li jmur lill hinn mill-kura;
· L-Aġenzija Sapport tagħraf lill-klijenti tagħha huma dinamiċi u għaldaqstant is- servizz f’ kull residenza tagħha mhux biss huwa ippjanat individwalment skont il- b¿onnijiet uniċi ta’ kull klijent, iżda jdur u jinbidel mal-klijent;
· L-Aġenzija Sapport qatt ma għamlet distinzjoni bejn klijenti fuq bażi ta’ reliġjon, orjentazzjoni sesswali, identita’ tal-ġeneru jew
background
kulturali ieħor;
· L- ebda klijent ma jiġi eskluż mill-possiblita’ li jkun ġo residenza, l-anqas għall-raġunijiet ta’ mġieba diffiċli;
· Kull klijent li jagħmel użu mis-servizz residenzjali jsirlu
Service Agreement
biex b’ hekk id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ kull wieħed jiġu mħarsa u rispettati;
· L- Aġenzija tagħraf li l-familja hija parti importanti mill-ħajja tal-klijent u għaldaqstant tappoġġja kull residfenti (fejn m’ hemmx raġuni mod ieħor) biex i¿omm relazzjoni tajba mal- familjari u ħbieb;
· L-Aġenzija Sapport tagħraf li s-sesswalita’ hija parti importanti mill-ħajja ta’ kull persuna u għaldaqstant tagħti sapport lil klijenti tagħha biex ikollhom ħajja sesswali li ma tpoġġihomx f’ riskju ta’ mard jew ċirkustanzi perikoluzi oħra;
· L-Aġenzija Sapport tagħraf li kull klijent għandu dritt għall-privatezza tiegħu u tagħmel minn kollox biex din tiġi rispettata;
· L- Aġenzija taħdem biex il-klijenti jilħqu l-potenzjal tagħhom, anke f’ din li hi indipendenza. Għaldaqstant tagħraf l-importanza li tagħti sapport lil dawk il-klijenti li jiġuhom opportunitajiet u jagħzlu li jmorru joqgħodu waħedhom;
· L-Aġenzija Sapport tagħraf finalment li huwa importanti li wieħed jinvesti fit-taħrig għall- ħaddiema tagħha biex b’ hekk ikun offrut lill-klijenti servizz ta’ kwalita’.
Persuni li qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-Kommunità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’tibdil kien hemm fin-numru ta’ nies li qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tal-Komunità f’dawn l-aħħar tliet (3) snin, mill-2012?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f''seduta oħra.
Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule — podiatrists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jingħatawx servizzi ta’ social worker fl-Outpatients gewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule iżda nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li għadni kif tajt għal Mistoqsija Parlamentari tagħha stess numru 20592.
Residenza San Vinċenz de Paule – Speech Language Pathologists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech language pathologists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hemm tmien speech language pathologists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule fejn is-servizz qed jinghata:
· Zewg (2 ) persuni fuq bazi full time
· Waħda (1) fuq bazi ta’ reduced hours
· Ħamsa (5) jiġu San Vincenz tlett (3) darbiet fil-ġimgħa.
Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule – Speech Language Pathologists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech language pathologists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jingħatawx servizzi ta’ speech language pathologists fl-Outpatients gewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule iżda nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li għadni kif tajt għal Mistoqsija Parlamentari tagħha stess numru 20596.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex jaħdem il-programm iffinanzjat mill-UE Fead (Fund for European Aid to the Most Deprived)? Jekk iva, jista’ jgħid meta beda, kif qed jitqassam dan l-ikel u liema huma ċ-ċentri f’Malta u f’Għawdex li fihom qed isir dan it-tqassim? Jista jgħid min hu l-fornitur tal-prodotti li qed jiġu mqassma u min huma l-partner organisations li qed iqassmu dan l-ikel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċeduri amministrattivi ġew iffinalizzati u f’Diċembru li ġej dawk kollha intitolati għall-għotja ta’ ikel taħt dan il-Programm ser jirċievu ittra li tinfurmahom meta u minn fejn għandhom jiġbru il-pakkett/i tal-ikel tagħhom. L-ikel ser jiġi mqassam minn numru ta’ ċentri mifruxa f’lokaltajiet differenti f’Malta kif ukoll minn ċentru ieħor f’Għawdex.
Il-fornitur tal-ikel huwa Vivian Corporation Ltd filwaqt illi l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali hija l-
partner organisation
li ser tqassam dan l-ikel.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – reklamar dwar il-Budget 2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radju, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals kif ukoll dawk bħala google adverts, sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru, in konnessjoni ma’ materja li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għadaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20908, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jinbdew ix-xogħlijiet estensivi li hemm bżonn issir fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fi Triq Ħal Qormi fil-Ħamrun? Jista’ jgħid x’qed isir mill-Awtorità tad-Djar sabiex fil-frattemp u sakemm isiru x-xogħlijiet kollha, jitneħħa l-periklu li jeżisti f’din il-blokka?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif diġa’ ngħad fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 20908, bħalissa qed jiġi kkompilat tender document, bil-għan li tinħareġ sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena d-dieħla. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew hekk kif jingħata l-kuntratt tax-xogħlijiet. Fil-frattemp, diġà ttieħdu xi miżuri ta’ tiswijiet ta’ soqfa fejn kien meħtieġ.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20796, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan in-night shelter li nfetaħ fis-6 ta’ Novembru li għadda f’Casa Francesco, huwiex tal-privat jew tal-Gvern?