Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13406 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Latrini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinfetħu l-latrini li jagħmlu parti mill-embellishment f'Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12692 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment għall-Ambjent — Agro Industrija lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn bejn id-Dipartiment għall-Ambjent u l-agro industrija lokali sabiex ikunu stabbiliti l-bidliet li din l-industrija trid twettaq ħalli tkun konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet ta' l-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea? Meta saru u liema huma dawk l-iżvantaġġi li l-aktar li se jolqtu ħażin lil din l-industrija lokali sabiex tkun konformi mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea? Meta se jkomplu dawn il-laqgħat matul is-sena 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-obbligi ambjentali li jolqtu l-industrija ġew diskussi f'diversi laqgħat li saru mal-Federazzjoni ta' l-Industrija, mal-GRTU u mal-Kamra tal-Kummerċ. Dawn il-laqgħat għadhom sejrin u l-iskop hu preċiżament biex jiġi stabbilit l-impatt fuq is-settur ta' l-Industrija u l-Kummerċ kollu.
Leg 9 PQ #12796 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Qbid ta' għasafar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għasafar u ħlejjaq oħra nqabdu mid-dipartiment matul is-sena 1999 u x'sar minnhom wara li nqabdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jaqbad l-ebda tip ta' għasafar jew ħlejjaq oħra. L-Uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jgħinu lill-Dipartimenti oħra, fosthom il-Pulizija u d-Dwana, biex jidentifikaw l-ispeċi u jinformawhom liema huma protetti u liema mhumiex. Għalhekk minbarra l-fatt li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jaqbadx għasafar u ħlejjaq oħra, lanqas ma jżomm la għasafar u ħlejjaq oħra. Dawn jinżammu mid-Dipartimenti konċernati.
Leg 9 PQ #13119 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Senglea — Triq San Ġużepp - Dar Nru. 60

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fil-main tad-drenaġġ quddiem id-dar 60, Triq San Ġużepp, Senglea, peress li d-drenaġġ ta' din id-dar mhux qed jgħaddi minħabba sad fil-main?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex jinvestiga dan l-ilment.
Leg 9 PQ #13123 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuġa — Bajja ta' San Ġorġ - Latrini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqgħu l-latrini l-qodma li hemm fil-Bajja ta' San Ġorġ, f'Birżebbuġa issa li tlestew dawk ġodda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-latrini l-qodma li hemm fil-bajja ta' San Ġorġ, f'Birżebbuġa ser jitwaqqgħu kif ikunu qed jiffunzjonaw dawk ġodda.
Leg 9 PQ #13125 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St.James Cavalier — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti għall-inawgurazzjoni tas-St. James Cavalier? Fejn saru dawn ir-riċevimenti, kemm kienu mistiedna nies għal kull riċevimenti u kemm sewa flus kull riċeviment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għall-inawgurazzjoni ta' St. James Cavalier sar "Welcome Drink" għall-ispiża ta' Lm638.00. Għal dan il-"Welcome Drink" kienu mistiedna l-Ministri tal-Gvern, l-ogħla uffiċjali ta' l-istess Gvern u s-Segretarjati tal-Ministeru għall-Ambjent, kif ukoll tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Fl-10 ta' Jannar, sar ukoll riċeviment ta' ringrazzjament għal madwar l-erba' mitt ħaddiem, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat li ħadmu fuq il-proġett. L-ispiża kienet ta' Lm1,450. Dawn ir-riċevimenti saru f'St. James Cavalier stess.
Leg 9 PQ #13174 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini — Rapport annwali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industija tal-Bini?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini.
Leg 9 PQ #13176 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Kalkara tal-Ġir

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta dettaljata tal-bini eżistenti tal-Kalkara tal-Ġir f'Ħaż-Żebbuġ li hija proprjeta' tal-Gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba.
Leg 9 PQ #13187 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Vjal Cottonier - Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jaċċetta li inġenji kbar jipparkjaw fi Vjal Cottonier, il-Fgura liema vetturi qed iħallu ta' kuljum ammont kbir ta' żjut tal-makni fl-art, wara li s-sid iċaqlaqhom filgħodu, bil-konsegwenza li dan iż-żejt imur maż-żraben ta'dawk li jkollhom jgħaddu minn hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13275 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi jista' hemm in segwitu għaż-żjara tiegħu jew aħjar mixja ta' xogħol fiż-Żurrieq għar-rigward ta' proġett ta' Mitħna tax-Xarolla u miżbla ta' Wied Fulija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li smajt is-suġġerimenti tal-Kunsill Lokali u l-proposti li għamlu u dawn qed jiġu kunsidrati.
Leg 9 PQ #12691 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment għall-Ambjent — Koperattivi Nazzjonali tal-Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm saru laqgħat bejn id-Dipartiment għall-Ambjent u l-koperattivi nazzjonali tal-bdiewa, raħħala/ produtturi u sajjieda matul l-1999 sabiex ikunu stabbiliti l-bidliet li jridu jsiru sabiex is-setturi lokali tal-biedja u sajd ikunu konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet ta'l-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea? Meta saru dawn il-laqgħat mal-koperattivi u liema huma l-iżvantaġġi li l-aktar li se jolqtu ħażin lil dawn is-setturi skond il-liġijiet eċċ. preżenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sa issa l-obbligi ambjentali fir-rigward tas-settur tal-biedja ġew diskussi mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #13015 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid/Fgura — Wied Blandun - Tindif

Question

Jista'l-Minstru jgħid meta se jibda jitnaddaf Wied Blandun f'Raħal Ġdid/Fgura? Hemm ħsieb li dan il-wied jiġi żviluppat? Jekk iva, x'tip ta' żvilupp hu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12403 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Karozzi mikrija

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11184 u 12177, jista' l-Ministru jgħid jekk karozza tal-marka Fiesta bil-kulur abjad mikrija mill-ministeru tiegħu mingħand is-Swift Garage bin-numru BAK 483, fis-6 ta' Novembru, 1999 għal ħabta tas-6.00 p.m. kenitx involuta f'kolliżjoni tat-traffiku ma' karozza tat-tip Pajero? Jista' l-Ministru jgħid minn min dakinhar tal-kollużjoni din il-karozza suppost kienet qed tintuża u fil-fatt waqt li saret il-kollużjoni msemmija hawn fuq minn min kienet qed tintuża? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru fuq dan l-inċident mill-pulizija, mill-insurance u mill-ministeru lil Swift Garage?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalma diġa' infurmajt lill-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija numru 11184, il-karozzi mikrija lid-Dipartiment huma kollha koperti b'polza ta' sikurezza "fully comprehensive" inkluż ukoll l-"excess" u kull kolliżjoni tiġi rranġata bejn il-Garage li jikri l-karozza, f'dan il-każ Swift Garage u bejn it-terza persuna li miegħu tkun saret il-kolliżjoni. Għaldaqstant ir-rapporti ta' dawn l-inċidenti, kemm tal-Pulizija u kemm ta' l-Insurance jintalbu mill-garage propjetarju tal-karozza dirett, u l-Ministeru jew id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi li miegħu sar il-kuntratt tal-kiri, ma jidħol xejn f'dawn il-kwestjonijiet jew rapporti li huma meqjusa propjeta' tal-garage imsemmi u għalhekk privati u kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #12728 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni, lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda donazzjoni ta' vetturi lill-Ministeru għall-Ambjent u Dipartimenti u Taqsimiet li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #12717 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema u minn liema dipartiment tad-divizjoni tax-xogħlijiet pubbliċi ħadmu fuq il-proġett ta' St James Cavallier? Kemm ħadmu sigħat ta' overtime dawn il-ħaddiema fuq dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn meta beda l-proġett ta' St. James Cavalier, jiġifieri lejn l-aħħar ta' l-1995, sa l-aħħar ta' Diċembru 1999 kien hemm madwar 19-il ħaddiem mill-Architectural Consultancy Services Unit li prattikament ħadmu kontinwament fuq dan il-proġett. Barra dan kien hemm madwar 25 ħaddiem ieħor mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, madwar 15-il ħaddiem mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u madwar 10 ħaddiema mill-ewwel distrett li ħadmu fuq dan il-proġett f'xi żmien jew ieħor. Mhux eskluż li kien hemm numru ta' ħaddiema oħra li ħadmu fuq il-Proġett minn żmien għal żmien kif kien jirrikjedi x-xogħol iżda li ma damux aktar minn ftit ġranet kull wieħed. Bejniethom dawn il-ħaddiema ħadmu 14,110 siegħa ta' overtime fuq dan il-proġett.
Leg 9 PQ #12719 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi hemmx periti li għandhom permess li jaħdmu fil-privat? Jekk fl-affermattiv, min huma dawn il-periti u fuq liema kriterji ngħataw dan il-permess? X'jiġri f'każ li perit li m'għandux permess jinqabad jipprattika mal-privat waqt il-ħin tax-xogħol mal-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-periti fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet li għandhom permess jaħdmu fil-privat huma: * Robert Fenech - permess biex jaħdem fil-privat bħala 'Graphic Artist'. * Lawrence Buttigieg - permess biex jaħdem fil-privat bħala 'Artist and Art Instructor'. F'każ li perit jinqabad jipprattika mal-privat waqt il-ħin tax-xogħol, jinbdew proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tiegħu sew jekk dan ikollu jew ma jkollux permess biex jaħdem fil-privat.
Leg 9 PQ #12745 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

Ħarsien ta' l-Ambjent

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex kumpannija f'Malta li tirriċikla l-karti u li kienet tuża siti fil-RDC qabel 1996, u li ġie tterminat l-arranġament tiegħu mill-amministrazzjoni preċedenti hemmx il-ħsieb li terġa' tingħata l-istess għajnuna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Billi l-kumpaniji kummerċjali jirċievu l-għajnuna mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12751 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol (ġranet, nies tax-xogħol) fuq Triq 10 ta' Awissu, 1798 (bejn il-Mina ta' Hompesch, Żabbar u r-roundabout lejn it-triq taż-Żejtun) fuq il-culverts u jidhirlux li r-riżultati xorta baqgħu ħżiena ħafna? Jista' jgħid jekk id-dipartiment hux se jikkonsidra soluzzjoni oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #12752 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Girdle Road

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12429, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta ġie riferut il-każ (tal-miżbla ta' Girdle Rd, Żabbar) lill-Unit għall-Ambjent Aħjar, x'sar s'issa u x'inhuma l-pjanijiet biex din il-problema titneħħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-każ imqajjem mill-Onorevoli Interpellant kien riferut lill-Unit Għal Ambjent Aħjar b'komunikazzjoni ddatata 13 ta' Jannar 2000. L-istess Unit ivverifika li l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar kien qed jikklerja din it-triq regolarment.
Leg 9 PQ #12758 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid — Paola Hill - Rampa

Question

Jista' l-Ministru jara li rampa li hemm f'Paola Hill, Raħal Ġdid quddiem l-istage lejn il-Belt 'il fuq mill-pompa tal-petrol ta' Grech & Ellul, tinżebagħ peress li hija perikoluża u din it-triq imsemmija taqa' taħt il-gvern ċentrali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant tiġi nkluża fil-programm tax-xogħol.