Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18292 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tarxien — Siġar

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm tħawwlu siġar f'Ħal Tarxien mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-taħwil ta' siġar u xogħol ieħor ta' din in-natura f'din il-lokalita ma jaqax taħt ir-responsabbilta tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għaliex il-Kunsill Lokali għandu arranġamenti oħrajn.
Leg 9 PQ #18369 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish Farm — Permessi

Question

Jista' l-Ministru gjgħid meta ħareġ il-permess li tinbena fish farm 'il barra mill-ponta tal-Qawra? Għal liema tip ta' ħut inbniet din il-fish farm? X'tip ta' ikel hemm permess li jiġi mitmugħ il-ħut li se jitkabbar f'din il-fish farm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permess li qed jirreferi għalih kien inħareġ mill-Awtorita ta' l-Ippjanar fit-18 ta' Mejju 2000. Din id-deċiżjoni kienet ingħatat pubbliċita fil-"media" lokali kollha. Dan il-proġett jinvolvi trobbija ta' tonn. Dan it-tonn jintema vopi, sawrell, kavalli u tutli friski meta jkun hemm għall-bejgħ fil-pixkerija u tal-friża meta ma jkunx hemm għażla oħra.
Leg 9 PQ #18023 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali — Ħaxix/Frott

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17825?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-prezzijiet medji ta' kull kilo ħaxix u frott li daħlu fil-Pitkalija f'Ġunju 2000 huma dawn : Prezz Medju / Kilo Frott * 26c4Ħaxix 09c1 * Barra l-Frawli li hu per pallet.
Leg 9 PQ #18223 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet u aġenziji u istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabe ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda awtorita, korporazzjoni, aġenzija, istitut jew organizzazzjoni oħra li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #18021 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana min huma l-konsulenti tiegħu u tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd? X'salarji għandhom u/jew kuntratti? Kemm ilhom iservu bħala konsulenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru ta l-Agrikoltura u Sajd għandu dawn il-konsulenti. 1. Alain Le Breton (Head Fish Pathologist) li għandu salarju ta elfejn u ħamsa u tletin lira Maltin (Lm2035) fis-sena. Titħallas fismu l-Insurance Professjonali fi Franza sa massimu ta Lm876 fis-sena. Titħallas ukoll il-bolla tan-National Insurance fi Franza sa massimu ta Lm150 fis-sena. Ilu konsulent mill-1 ta April 1998. 2. Joseph Borg (Advisor fl-Agrikultura) li jaħdem għoxrin siegħa fil-ġimgħa u għandu salarju ta elfejn seba mija u disgħa u disgħin lira Maltin (Lm2799) fis-sena. Ilu konsulent mill-10 ta Mejju 2000. 3. Joseph Pirotta (Advisor fl-Agrikultura benfasi fuq l-esportazzjoni tal-patat ta l-ikel) li jaħdem tletin siegħa fil-ġimgħa u għandu salarju ta erba t elef seba mija u erbgħa u ħamsin lira Maltin (Lm4754) fis-sena. Ilu konsulent mis-7 ta Ġunju 2000. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jagħmel użu wkoll ta dawn l-avukati fuq xogħol relatat ma l-EU dwar liġijiet ġodda u vetting ta liġijiet eżistenti. NruDittaLiġiAmmont Imħallas (LM)1Europa Research & Consultancy ServiceFisheries Conservation Act1038.402Europa Research & Consultancy ServiceWine Act491.603Europa Research & Consultancy ServiceProducer Organisation Act1270.004Europa Research & Consultancy ServicePesticides Act592.005Europa Research & Consultancy ServicePlant Quarantine Act802.806ELPU (AVMT Ltd)Veterinary Services 6,976*7ELPU (AVMT Ltd)Legislation/StructuresAmmont mhux approvat sissa *Id-Ditta ta avukati ELPU tifforma parti mill-AVMT Ltd u għamlet xogħol relatat ma screening ta l-EU li għandu xjaqsam ma liġijiet ta Servizzi Veterinnarji. Jien infurmat li nħarġet sejħa għal persuni li kienu interessati jagħmlu dan ix-xogħol. Kull konsulent li gie mqabbad jagħmel dan ix-xogħol, intgħażel minn din il-lista u fuq il-kriterju li kien kompetenti li jagħti l-konsulenza tiegħu.
Leg 9 PQ #18022 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

APEX — NPAA

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bil-konsiderazzjonijiet tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd għas-suġġerimenti ta' diversi koperattivi li bgħatet l-APEX fir-rigward tan-NPAA? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-suġġerimenti u l-konsiderazzjonijiet li bgħatet l-APEX?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li nħareġ pubblikament id-draft tal-NPAA, il-Ministeru qieed jilqa' kull suġġeriment minn individwi jew korpi. Dawn is-suġġerimenti u r-rikomandazzjoni (li jkunu saru wara l-Impact Assessment) jiġu miżuna biex jiġi ppreparat l-NPAA finali.
Leg 9 PQ #18071 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Leg 9 PQ #18072 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Leg 9 PQ #18243 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Tkabbir ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-inizjattivi li d-dipartiment ta' l-agrikoltura qed jieħu favur it-tkabbir u t-tħaris tas-siġra tal-ħarub u s-siġra taż-żebbuġ f'pajjiżna? Hemm xi miżuri speċifiċi li qed jittieħdu biex tnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija (soil erosion) minbarra l-bini ta' ħitan tas-sejjieħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi s-sigar taż-żebbug qegħdin jiġu mkabbra fin-nursery ta' Saint Vincent de Paule u l-varjetajiet li jagħmlu huma tal-mejda u qed jiġu mlaqqmin fuq żebbuġ selvaġġ. Dwar is-sigar tal-ħarrub, dawn qegħdin jitkabbru ġo Wied Incita Nursery u t-taħwil isir f'żoni rurali. Wieħed mill-iskopijiet ta' taħwil li jsir ta' siġar u arbuxelli ornamentali madwar Malta, huwa biex il-ħamrija tinżamm f'postha u ma tintilifx.
Leg 9 PQ #18245 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy stabbilita jew lista ta' siġar, arbuxelli u pjanti oħra li jistgħu jitħawwlu f'postijiet pubbliċi, speċjalment nixtieq inkun naf ukoll x'inhi l-policy tad-dipartiment rigward is-siġra ta' l-acacia (mimosa pudica)?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17923 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm esperimentali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17657, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kawża li mietu daqstant annimali, fosthom fniek fil-farm esperimentali? X'ikkawża l-mewta tal-bagħal? X'ikkawża l-mewt tal-ħmir? X'razza kellhom dawn l-ispeċi? Se jiġu sostitwiti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond l-informazzjoni li jien tlabt lill-uffiċjali nkarigati, ħafna mill-imwiet imsemmija kienu jew ta' annimali tat-twelid jew xjuħ, speċjalment fil-każ tat-tjur, nagħaġ u mogħoż. Il-bagħal u l-ħmar mietu b'colic waqt li l-ħmara l-oħra kienet xiħa hafna. Dawn l-ispeci kienu komuni tal-lokal. Il-ħmara għandha il-felu tagħha. Rigward il-fniek, aħna ġejna milquta b'tip ta' enteritis li laqtet lill-Ewropa kollha inkluż Malta. Fuq din il-marda saru diversi studji u provi u sibna li l-użu ta' antibiotici ma' kienx ta' għajnuna waqt li l-użu ta' probiotics kien ta' għajnuna kbira. Ir-razez tal-fniek kienu dawk komuni u li tagħhom għandna ż-żgħar.
Leg 9 PQ #17935 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mogħoż — Demm tar-razza

Question

Jista' l-Ministru jinformana jekk tkomplix il-programm ta' riċerka fuq id-demm tar-razza tal-mogħża Maltija li kien beda taħt l-amministrazzjoni preċedenti mis-sezzjoni tobba veterinarji tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Fiex waslu u meta mistennija jiġu finalizzati? Kemm intnefqu flus s'issa għal dan il-proġett/għan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nibda billi ninforma lill-Onor. Interepellant illi l-programm sabiex il-mogħża Maltija terġa tigi kemm jista' jkun ġenetikament pura kien inbeda xi sitt snin ilu u mhux fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kif qed jgħid fid-domanda tiegħu. Dan il-programm tkompla minn sena għall-oħra. Illum għandna numru ta' mogħoż li huma kwazi mija fil-mija puri. Hemm il-ħsieb li dan il-programm jigi msaħħaħ fil-ġejjieni qrib bi proġett ieħor ta' bioteknologija ma' l-Universita ta' Malta. L-infiq li sar fuq dan il-proġett huwa biss parti zgħira mill-infiq normali sabiex tinżamm is-Sezzjoni tal-Mogħoz fl-Għammieri.
Leg 9 PQ #17997 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret ma' l-istitut ta' Bari dwar il-kontinwazzjoni tal-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Xi żviluppi kien hemm u xi progress sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saru numru konsiderevoli ta' laqgħat ma' l-Istitut Agronomiku tal-Mediterran tac-CIHEAM ta' Bari dwar diversi suġġetti pero prinċiparjament fuq il-proġett ta' serra sperimentali f'Tal-Kmand. Ma saret l-ebda laqa speċifika ma' l-Istitut ta' Bari fuq il-kontinwazzjoni tal-proġett tac-Chadwick Lakes mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.
Leg 9 PQ #17998 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm saru applikazzjonjiet lill-Planning Authority sabiex jitkompla l-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Xi żviluppi kien hemm u xi progress sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma saret l-ebda applikazzjoni lill-Planning Authority in konnessjoni mal-proġett ta' rijabilitazzjoni tac-Chadwick Lakes.
Leg 9 PQ #18064 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Leg 9 PQ #17921 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta/Libja — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li mill-5 ta' Settembru, 1998 ma żarx il-Libja sabiex ikompli n-negozjati tal-koperazzjoni tal-protokoll fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Libja? Jista' l-Ministru jgħid x'sar sabiex jitkomplew in-negozjati għall-bejgħ ta' 1,000 għoġol/baqar, kif ukoll yogurts tal-kumpanniji Libjani, kif jikkonfermaw il-minuti ta' dan il-protokoll?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma kienx hemm neċessita' li jien inżur il-Libja personalment sabiex inkompli d-diskussjoni fuq il-protokoll fl-oqsma tal-Biedja w Sajd. Fid-diskussjonijiet li saru ma kien hemm l-ebda riferenza all-bej ta' oġiela/baqar jew yogurts tal-kumpaniji Libjani.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ħallasx il-liċenzji tal-karozzi għal Belt ta' l-istaff tal-ministeru? Jekk iva, ta' min bid-dettalji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tħallset l-ebda liċenzja għall-Belt għall-karozzi ta' l-istaff tal-Ministeru.
Leg 9 PQ #18093 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Leg 9 PQ #17889 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Naxxar — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fin-Naxxar mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu? Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fin-Naxxar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu fin-Naxxar mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 kien ta' 1,818. It-tipi huma dawn li gej: Belladonna 10Boudlea 4Coprosma 10Cypress 31Daisy 34Dimorphoteca 25Diosma 3Duranta 1Echium 5Geraniums 288Hibiscus 55Juniperus 10Lantana 110Lavander 62Marigolds 200Myoporum 25Mrytle 70Oleander 30Pinus 10Pittosporum 220Rosemary 210Statice 200Stocks 200Tecoma 5 ------ 1,818 Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17883.