Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tat-tadam qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tat-tadam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tal-ħaxix frisk qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tal-ħaxix frisk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali ta' l-għasel qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni ta' l-għasel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pjan ta' kontinġenza li ħejja għall-industrija tat-tjur lokali f'każ ta' outbreak ta' l-avian flu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-pjan ta’ kontinġenza li tħejja f’każ ta’ outbreak ta’ l-influwenza tat-tjur jinkludi dan li ġej :
1. Deskrizzjoni ta’ l-azzjoni li trid tittieħed meta jiġi rrapportat xi każ suspettat ta’ l-influwenza tat-tjur.
2. L-investigazzjoni li ssir mill-Veterinarju u restrizzjoni tal-moviment li jista’ jiġi mpost fuq il-proprjetarji tal-holdings.
3. Proċedura li tiġi addottata f’każ ta’ konferma tal-preżenza ta’ l-influwenza patoġenika għolja.
4. Proċess ta’ protezzjoni u t-twaqqif ta’ żoni ta’ sorveljanza biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-virus.
5. Il-metodu ta’ depopolazzjoni tal-holding infettati.
6. Proċedura f’każ ta’ suspett tal-virus fil-Biċċerija.
7. Proċedura f’każ ta’ suspett tal-virus waqt show tat-tjur.
8. Proċedura f’każ ta’ suspett tal-virus waqt it-trasport tat-tjur minn post għall-ieħor.
9. Procedura ta’ vaċċinazzjoni tat-tjur kontra l-influwenza tat-tjur.
10. L-infurzar tal-proċeduri msemmija.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Ikliet u riċevimenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu Jannar 2004 - Settembru 2005 tħallsu Lm 6,785.19 f' hospitality f’ristoranti/lukandi li minnhom Lm 3,108 kienu spejjeż ta’ akkomodazzjoni.
Dawk 'l fuq minn Lm 150 huma sebgħa (7).
In vista tal-possibbilta' li l-ħamiem jista' iġorr il-virus ta' l-influwenza tat-tjur, jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-gvern, partikolarment dwar dawk il-ħamiem li jintbagħtu lejn Malta minn barra f'tiġrijiet kif ukoll dwar dawk il-ħamiem slavaġ li hawn jiġġerrew fi pjazez u toroq ta' Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14949.
Jista' il-Ministru jaħseb biex isir programm ta' avviżi, anke bi stickers sponsorjati, biex wieħed iżomm l-ambjent nadif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn-naħa ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), f'kull attività pubblika li tkun organizzata kif ukoll f'kull attività li ssir fl-iskejjel jitqassmu stickers favur ambjent nadif. Dawn jinkludu attivitajiet nazzjonali bħal fieri, bħal ma huma t-Trade Fair u l-Fiera ta' l-Ambjent, kif ukoll il-Jum Dinji għall-Ambjent. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) se tibda tqassam coasters (għal taħt it-tazzi). Dawn huma magħmulin minn materjal irriċiklat u se jkunu qed jippromwovu kampanja kontra r-rimi ta' skart imqabbla ma’ ħarsien ta' speċi ta' flora u fawna li jistgħu jinqerdu bir-rimi bl-addoċċ ta' skart.
Dan minbarra li wieħed jista' jsemmi wkoll il-pubbliċità li tingħata lil diversi inizjattivi li jittieħdu matul is-sena, li jippromwovu l-ambjent bħal ma huma l-Clean Up the World Campaign, il-ħelsien ta' fkieren maqbuda fil-konzijiet u x-xbiek, biex insemmi biss ftit eżempji.
Issa li l-periklu ta' l-avian flu qed jersaq lejn l-Ewropa, jista' il-Ministru jara x'jista' isir sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jikber ta' ħamiem selvaġġ fl-ibliet tagħna, l-aktar f'Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ma nħossx li Malta għandha tieħu deċiżjoni unilaterali dwar jekk għandiex tittieħed xi miżura drastika bħal din fuq il-ħamiem. Jien infurmat li l-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni Ewropea se jiddiskuti din il-kwistjoni fil-granet li ġejjin.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tat-tjur qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tat-tjur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni tal-Gvern hi dik kif hemm indikat fit-Trattat tas-Sħubija, jiġifieri l-klawżola ta’ salvagwardja tapplika għall-proodotti msemmija fl-iSpecial Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA) u tista’ tiġi applikata dejjem abbażi ta’ argumenti sodi u fatturi nnegabbli, għall-ewwel ħames snin mid-data ta’ sħubija.
Skond Avviż Legali 234/2004 importaturi qed jintalbu jipprovdu kopji ta’ formoli ta’ l-Intrastat u rċevuti (invoices) sabiex issir l-verifika neċessarja li l-informazzjoni relatata kollha qed tingħata lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO). Sussegwentament, bħala Ministeru, aħna noqgħodu fuq l-informazzjoni maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) dwar il-prodotti li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tal-majjal qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tal-majjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali tal-ħalib frisk qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni tal-ħalib frisk?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Jista' il-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-gvern dwar il-miżuri ta' salvagwarda mwiegħda biex jipproteġu l-industrija lokali taċ-ċanga friska qabel ir-referendum?
Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-monitoring reports li saru sabiex il-ministeru jkun aġġornat dwar id-distortion fis-suq lokali li kkawżat l-importazzjoni taċ-ċanga friska?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15001.
Dipartiment tas-servizzi veterinarji — Fuljett fuq l-influwenza tat-tjur
Question
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jagħti struzzjonijiet lid-dipartiment tas-servizzi veterinarji li jinħareġ leaflet ta' informazzjoni fuq l-influwenza tat-tjur li jitqassam f'kull dar f'Malta bħalma sar mid-dipartiment tas-saħħa fil-każ ta' l-influwenza pandemika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji fi ħdan dan il-Ministeru diġa ħarġet leaflet ta' informazzjoni li tqassmet lill-produtturi u lil dawk involuti fit-trobbija tat-tjur.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' azzjoni qed jieħu d-dipartiment biex jiġu spezzjonati tjur minħabba l-bird flu? Kemm saru testijiet fuq tajr selvaġġ din is-sena u x'tip ta' għasafar kienu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-dipartiment għandu 'on going' surveillance programme fuq il-farms tat-tjur.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14694, jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex se ssir waste transfer station ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn ġejja u f'liema stadju waslet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp tal-Waste Transfer Station qiegħed fl-istadju li jiġi konkluż il- proċess tal-permessi meħtieġa. Is-sit għadu dak li kien tħabbar qabel, jigifieri dak tal- Kus.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li huwa kkalkulat li ż-żieda ta’ 4ċ fuq il-prezz tal-fuel li rriżultat nhar it-3 ta’ Ottubru, 2005 hija kif muri hawn taħt:
1. Transport fuel madwar Lm 420 fis-xahar
2. Non-Transport fuel madwar Lm 1230 fix-xahar
Din iż-żieda huwa stmat li ser tiswa lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) Lm538 fit-tliet (3) xhur li ġejjin.
Kif ukoll, qed jiġi kkalkulat li l-ispiża ta' 4ċ fuq l-għoli tal-prezz tal-fuel ħa tiswa lill-kumpanija WasteServ Malta Limited ammont addizzjonali ta' Lm16,071.22 fis-sena.
Jista' il-Ministru jispjega kif il-MEPA ħalliet li jiġu stallati mat-80 billboard illegali madwar Malta mingħajr ebda kontroll ta' xejn? Il-Ministru mgħarraf li jista' ikun hemm periklu għall-pubbliku minħabba l-mod prekarju kuf uħud minn dawn il-billboards illegali ġew stallati?
Jista' il-Ministru jispjega fid-dettall x'passi beħsiebha tieħu l-MEPA biex tikkontrolla dan l-abbuż u kemm huwa mistenni li l-MEPA iddum sabiex jitneħħew dawn il-billboards illegali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bdiet tneħħi dawk il-billboards illegali u bdiet proprju minn dawk li hija qieset li setgħu jkunu ta' periklu għall-pubbliku. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) diġa ħadet passi kontra dawk il-billboards illegali bil-ħruġ ta' Enforcement Notice, u fil-ġranet li ġejjin ser tkun qed tara li l-avviż tagħha jiġi segwit.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li l-gvern ikkummissjona rigward il-kwalita' ta' l-applikazzjonijiet li jsiru lill-MEPA u r-rapporti li jsiru mid-direttorat ta' l-ippjanar li sar mill-konsulent Ingliż Leslie Robinson?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Minħabba konsiderazzjonijiet ambjentali din l-informazzjoni qed tingħata taħt forma ta’ compact disc.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14625 u jgħid jekk il-MEPA tistax tinvestiga jekk l-istabiliment li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux qed jopera bil-permessi kollha meħtieġa mingħandha għal dawn l-aħħar sentejn peress li l-istabiliment qed iqajjem dwejjaq kbar qalb ir-residenti ġirien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp imsemmi huwa kopert b'Avviż ta' Infurzar ECF322/04. Il-permess Numru 3459/03, għal estensjoni u tibdil fis-sit, ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fid-29 ta Settembru 2004.