Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC, Enemalta u Maltacom

Question

Jistgħu jittieħdu inizjattivi biex enti bħal korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, l-Enemalta u l-Maltacom ikunu iżjed sensittivi lejn il-bżonnijiet ta' l-industrija turistika fiż-żoni turistiċi meta jagħmlu x-xogħlijiet pubbliċi tagħhom u joqogħdu iżjed attenti biex jimmaniġġaw aħjar ix-xogħol li jagħmlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm-il KSI kif ukoll l-Enemalta huma konxji u sensittivi għall-bżonnijiet ta' l-Industrija turistika. Ix-xogħolijiet neċessarji jsiru skond ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ta' l-Awtoritajiet kompetenti - inkluża dik tat-Turiżmu. Hija policy stabbilita li waqt dawn ix-xogħolijiet jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibli, kullimkien. Ta' min jgħid ukoll illi kemm jista jkun xogħolijiet ta' natura strateġika fiż-żoni turistiċi jsiru fix-xhur kwieti tax-xitwa imma wieħed irid jifhem ukoll li xi xogħolijiet mhux ippjanati jinqalgħu minn ħin għall-ieħor.

Holiday Inn

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fil-Holiday Inn illum? X'inhu l-futur ta' dawn il-ħaddiema kemm-il darba l-lukanda tagħlaq għal xi perijodu partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onoroveli membru li l-kumpanija Tigne' Development Co. Ltd, li tagħha hi l-lukanda Holiday Inn Crowne Plaza Malta, għandha (13) tlettax-il ħaddiem fuq kuntratt definit li jagħlaq fil-31 ta' Marzu 2006, u (118) mija u tmintax-il ħaddiem ieħor fuq kuntratt indefinit. Rigward għat-tieni parti tad-domanda, nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposti li tajt lilu fuq diversi domandi supplementari li għamilli riċentament.

Tas-sliema — Promenade

Question

Jista' il-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għaliex l-ilma fil-ġibjun ta' taħt il-monument li hemm fil-promenade ta' Tas-Sliema (quddiem it-Tower Palace Hotel) hu kkontaminat bid-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tagħmel l-investigazjonijiet dwar l-ilment imsemmi.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Ex ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ex ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ li llum jiffurmaw parti mill-WSC? Dawn għadhom ħaddiema tal-gvern jew ġew inkorporati mal-WSC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ ġew detailed mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma skond l-Artiklu 38 ta' l-Att 355 li jirregola l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.

Ricasoli — SmartCity@Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se jsir sabiex il-fabbriki f'Ricasoli industrial estate jiġu evakwati sabiex jintużaw fil-proġett ta' SmartCity@Malta? F'liema zona industrijali se jintbagħtu dawn il-fabbriki? Meta se jibda l-proċess ta' evakwar u allokazzjoni tal-fabbriki?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li hemm 22 kumpanija li bejniethom qed iħaddmu 291 impjegat u li qed jokkupaw 22 minn 24 sit li hemm f'Ricasoli. Bħal ' issa beda l-proċess tad-diskussjonijiet biex isiru magħrufa l-eżiġenzi ta' l-inkwilini, u dan qed isir, fost affarijiet oħra, a bażi tal-kundizzjonijiet u responsabilitajiet li kienu ġew miftehma meta ingħatat lilhom il-fabbrika.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel Co.

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal kull sena mill-1992 'il hawn x'kien id-dħul tal-Gozo Channel Co mill-bejgħ ta' biljetti għat-trasport ta' vetturi ta' merkanzija (a) minn/għal Sa Maison u (b) minn/għaċ-Ċirkewwa? Kemm saru vjaġġi minn u għal Sa Maison? Kemm kienet l-ispiża totali għat-tħaddim tas-servizz ta' Sa Maison u x'kienu l-komponenti ta' l-ispiża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Attard — Industrial Space

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP f'Ħ'Attard? Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li skond informazzjoni mgħoddija lil Malta Enterprise mill-Malta Industrial Parks Ltd., l-ispazju okkupat mill-industrija f'Ħat-Attard huwa ta' 21,098 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total ta' ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm20,262. Minħabba kunfidenzjalita' ma' tistax tingħata informazzjoni individwali.

Ricasoli — Industrial Space

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP fir-Ricasoli? Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispazju okkupat mill-industrija f'Ricasoli huwa ta' 42,067 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total tal-ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm157,699. Minħabba kunfidenzjalita' ma tistax tingħata informazzjoni individwali.

San Ġwann — Industrial Space

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar proprjeta' li għandha mikrija bħala industrial space l-ME/MIP f'San Ġwann? Xi spazju hu okkupat għall-industrija? Xi kwalita' ta' xogħol jagħmlu u x'inhu l-ħlas ta' kera fis-sena għal kull waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li skond informazzjoni mgħoddija lil Malta Enterprise mill-Malta Industrial Parks Ltd., (l-organiżżazzjoni responsabbli mill-ispazju industrijali pubbliku f'Malta), l-ispazju okkupat mill-industrija f'San Ġwann huwa ta' 117,032 metru kwadru. Ix-xogħol li jagħmlu huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total tal-ħlas ta' kera annwali huwa ta' Lm311,315. Minħabba kunfidenzjalita' ma tistax tingħata informazzjoni individwali.

Tarzna tal-Marsa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru bħalissa fit-tarzna tal-Marsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa, fit-Tarzna tal-Marsa, qegħda titħejja, tinbena' u tintrama' "Power Generator Barge" li ser tintuża fi żvilupp ta' tagħmir għat-tiftix taż-żejt fil-Baħar Kaspju. Dan huwa proġett fit-tul li fih qed jaħdmu nies imħarrġa mit-tarznari, u esperti mibgħuta mill-klijent. Barra minn hekk, qiegħed jitkompla x-xogħol fuq baga ta' l-irmiġġ li tintuża fil-baħar miftuħ.

Dingli — Rabat Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-fossa li hemm fl-inħawi ta' Kennedy House, Rabat Road, Dingli li sservi għal ħames familji, mhijiex titbattal regolarment bil-konsegwenza li qiegħda tfur u tagħmel ħafna ħsara fir-raba' tal-madwar?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma se tinstalla "suction hose" biex tiffaċilita t-tbattil ta' din il-fossa b'mod regolari għax din l-fossa tinsab fi sqaq privat.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17814 u jgħid jekk fid-dawl tas-surcharges fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma li ġew introdotti dan l-aħħar u minħabba dawn il-piżijiet ġodda, għamilx arranġamenti ma' l-industrija u ma min iħaddem (jew mar-rappreżentanti tagħhom), jiġifieri mat-tarznari, fabbriki, lukandi u ristoranti kif ukoll ma SME's oħrajn biex dawn ikunu jistgħu "jistaggerjaw" il-pagamenti tagħhom jew inkella xi arranġamenti simili mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma? Jekk le, jista' jgħidilna jekk hijiex l-intenzjoni li jgħin dawn is-setturi b'dan il-mod?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żebbiegħ — Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal it-tendering process tas-sistema tad-drenaġġ fiż-Żebbiegħ, limiti ta' l-Imġarr, Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li, issa li l-MEPA approvat il-permessi meħtieġa biex ikun jista jsir dan ix-xogħol, il-kuntrattur ingħata l-ordni biex jibda x-xogħol b'effett mis-17 ta' April 2006.