Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36660 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Biċċerija — Impjegati Ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li dan l-aħħar daħlu fil-biċċerija mat-30 ħaddiem ieħor? Jista' jgħid fuq liema kriterju daħlu dawn il-ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li d-Divizjoni ta’ l-Ikel u Attivita Veterinaja ghandha 17-il “Trainee Butcher” li ddahhlu dan l-ahhar biex jaghmlu “Trainee Butchers Course” ta’ sena, bi ftehim mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig. Dawn bdew it-tahrig taghhom wara li saru “interviews” minn fost dawk li qed jirregistraw ghax-xoghol.
Leg 9 PQ #36606 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'għarfien qed tingħata s-sengħa/snajja tal-membri fl-armata, fl-għoti tal-promozzjonijiet? Huwa minnu li l-kwalifiki akkademiċi qed jingħataw l-importanza assoluta fl-għoti tal-promozzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li s-snajja rikonoxxuti mill-Forzi Armati jinghataw l-istess gharfien fil-principju daqs kwalifiki akkademici. Fil-fatt l-ghola marka totali li suldat jista’ jgib kemm ghal kwalifiki akkademici kif ukoll fis-sezzjoni ghas-snajja hija ta’ mitt punt. Ghaldaqstant, mhux minnu li l-kwalifiki akkademici qed jinghataw importanza assoluta fl-ghoti tal-promozzjonijiet.
Leg 9 PQ #36489 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Boards

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn boards madwar Malta u Għawdex li jġibu l-kliem saħħaħna pajjiżna? Kemm ġew iqumu dawn il-boards?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bhalissa hawn tnax-il “billboard” bil-kliem ‘Sahhahna Pajjizna’ madwar Malta u Ghawdex. Dawn il-“billboards” swew Lm740 (inkluz VAT) il-wahda.
Leg 9 PQ #36597 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kull sena kemm kien in-numru ta' ħaddiema mpjegati fis-servizz pubbliku fil-grad ta' skrivan, uffiċjal eżekuttiv, assistent prinċipal, prinċipal u principal anzjan fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba flimkien ma’ xi dettalji ohra li jaghtu stampa aktar kompleta.
Leg 9 PQ #36599 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Vacation Leave

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il ġurnata qabel ħaddiem tal-gvern għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-vacation leave? Jista' jgħid ukoll jistax xi ministeru jew dipartiment itawwal dan il-perijodu arbitrarjament? Jekk fl-affermattiv, dan jista' jaqbad u jagħmel hekk bla ma jitlob permess ta' ħadd lanqas ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“Public Service Management Code”, sezzjoni 4.2.2, jaghmilha cara li huwa l-kap tad-dipartiment li jawtorizza l-“vacation leave” u li ghandu r-responsabbiltà li jara li jsiru arrangamenti xierqa biex ix-xoghol tal-haddiem li japplika ghall-“leave” jsir. Ghalhekk m’hemmx regola generali dwar kemm-il gurnata qabel il-haddiem irid japplika u lanqas ma hemm regola li tghid kif isiru l-arrangamenti jew jinbiddlu. Il-“vacation leave” jittiehed bi qbil mal-kap tad-dipartiment, u jigi approvat skond l-esigenzi tax-xoghol tad-dipartiment ikkoncernat.
Leg 9 PQ #35895 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm klandestini miżmuma mill-armata illum? Kemm huma nisa, irġiel u tfal, kemm ilhom hawn? Kemm minn dawn intbagħtu lura pajjiżhom din is-sena? Kemm qed jiswew lill-pajjiż kull wieħed fuq medda ta' ġimgħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fl-4 ta’ Ottubru, l-Forzi Armati kellhom 343 imigrant taht il-harsien taghhom f’ “barracks” militari. Dawn kienu jikkonsistu f’137 ragel, 101 nisa u 105 itfal. Uhud minn dawn ilhom f’Malta minn Marzu ta’ din is-sena. Ohrajn waslu f’Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru. Huwa stmat li ikel, medicini u bzonnijiet personali, kull immigrant qieghed jiswa lill-Armata s-somma ta’ Lm9.85c0 fil-gimgha, minbarra s-salarji tal-membri tal-Forzi Armati li jkollhom xoghol konness mal-klandestini kif ukoll spejjes tat-transport u akkomadazzjoni. Rigward kemm imigranti ntbaghtu lura pajjizhom, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #35897 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Billi dan l-aħħar numru ta' suldati weġgħu fuq xogħol meta mezz ta' trasport ta' l-armata kien involut f'inċident tat-traffiku, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawn humiex inxurjati u jekk iva, kif inhuma inxurjati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bhal haddiema ohra mal-Gvern, il-membri tal-Forzi Armati mhumiex assigurati taht xi polza ta’ assigurazzjoni.
Leg 9 PQ #35899 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM Patrols — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġew interċettati opri tal-baħar li fuqhom kien hemm klandestini (immigranti) waqt patrols regolari tal-forzi armati din is-sena? Kemm saru interċetazzjonijiet wara rapporti minn persuni ċivili jew mill-pulizija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-bidu tas-sena sal-25 ta’ Ottubru kien kemm tlettax-il kaz fejn gew intercettati opri tal-bahar li fuqhom kien hemm immigranti klandestini. Kien hemm zewg intercettazzjonijiet li sehhew minn ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta li kien fuq patrol ta’ rutina u minn “helicopter” tal-Missjoni Militari Taljana li kien fuq tahrig. L-intercettazzjonijiet l-ohra kollha sehhew wara rapporti minn persuni anonimi, sajjieda u persuni ohra li identifikaw ruhhom jew mat-Turretta tal-Palazz jew “Malta Radio” jew mal-Pulizija.
Leg 9 PQ #36414 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Assistant Director

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-uffiċċjali tal-gvern li ġew maħtura bħala assistant director wara l-aħħar sejħa maħruġa permezz ta' OPM circular 125/2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #35876 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Efficiency Bonus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw flus bħala efficiency bonus lill-membri tal-armata s-sena l-oħra u kif ingħataw?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ammont ta’ “performance bonus” li nghata lill-ufficjali tal-Forzi Armati s-sena l-ohra kien ta’ Lm8,506.55c0. Dan inghata lill-ufficjali kollha li ghandhom rank ta’ Logutenent Kurunell ‘il fuq, kif ukoll lill-“Assistant Director” (Financial Administration).
Leg 9 PQ #35877 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mill-flus ivvotati għall-armata s-sena l-oħra baqgħu ma' ntużawx? Għaliex kienu ivvutati dawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-vot kollu tal-Forzi Armati ghas-sena 2001 kien jammonta ghal total ta’ LM12,261,000 bhala spiza rikurrenti u Lm400,000 bhala spiza kapitali. Minn dawn ma ntefqux Lm69,663 f’rikurrenti u Lm169,900 f’kapitali. Dan l-ammont ta’ l-ahhar ma ntefaqx minhabba li damu biex waslu il-kontijiet tal-“Microwave link” u hlasijiet li kellhom x’jaqsmu max-Xatt ta’ Haywharf.
Leg 9 PQ #36337 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistant Principals

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk b'segwitu tar-risposta tal-mistoqsija 33028 datata 6 ta' Mejju 2002, fil-fatt inħatrux jew le l-assistant principals b'effett lura minn Novembru 2001 u dan fil-kaz tal-persuni li isimhom qiegħed jintbagħat separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-process biex 68 Ufficjali Ezekuttivi jinhatru Assistenti Principali b’effett minn Novembru, 2001 ghadu ghaddej. 37 minn dawn mistennija jinhatru f’qasir zmien.
Leg 9 PQ #36372 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Civil Protection — Personnel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm xi ingaġġ ta' personnel minn barra ċ-ċivil mas-civil protection?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma hemmx hsieb li fil-futur immedjat isir ingagg mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili minn barra c-Civil.
Leg 9 PQ #36460 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Performance Management Programmes

Question

Nagħmel riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 36101. Kif qal tajjeb il-Prim Ministru qed nirreferi għall-impjegati li b'riżultat tal-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-unions f'Awissu 2001 ser ikun possibli li ċerti uffiċjali fis-servizz pubbliku ġewwa Għawdex ser igawdu minn paga għola konnessa ma' skala għola minn dik li jinsabu fiha. Billi dawn l-impjegati għandhom ir-rakkomandazzjoni meħtieġa fl-aħħar tliet performance management programmes (PMP's) qabel id-data li fiha jkunu intitolati għall-progression, u billi ħafna minn dawn il-PMP's ilhom mimlija u lesti għal iktar minn 6 xhur u b'hekk l-eżerċizzju ilu mitmum għal żmien twil, jista' il-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni dawn il-PMP's qed jinżammu mill-ministeru għal Għawdex? Jaf li minħabba t-traskuraġni żejda min-naħa tal-ministeru, il-proċess fejn jidħlu impjegati fis-servizz pubbliku f'Għawdex huwa wieqaf u x'passi se jieħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-“Performance Management Programmes” (PMPs) u r-rapporti l-ohra konnesi maghhom ta’ mpjegati Ghawdxin fis-Servizz Pubbliku illi huma ntitolati ghal skali ta’ salarji oghla minn dawk li qeghdin fihom skond il-Ftehim mal-“Unions” ta’ Awissu 2001, ghandhom jaslu l-“Management and Personnel Office” fi zmien qasir biex ikunu ipprocessati flimkien ma’ PMPs ohrajn
Leg 9 PQ #35874 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Suldati Nisa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati nisa llum? X'rank għandhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu fl-armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-numru ta’ nisa suldati, ir-rank li ghandhom u t-tip ta’ xoghol maghmul minnhom huwa kif muri hawn taht: a. Rank Kaptan - 1 Bumbardier - 1 Lance Bumbardier - 14 Gunner - 19 Total - 35
Leg 9 PQ #36029 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati — Imigranti Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min kien l-uffiċjal inkarigat mis-suldati li akkumpanjaw lill-immigranti illegali li ntbagħtu lura l-Eritrea nhar 1 ta' Ottubru? Sar xi rapport minn dan l-uffiċjal dwar rapport li sar minn suldat li kienet tnaqqsitlu l-lembuba tas-servizz li wara nstabet fl-istess post li kien qiegħed bil-qegħda l-istess suldat? Minnu li dan l-istess uffiċjal ordna li ħadd ma jinżel minn fuq l-ajruplan qabel ma tinstab din il-lembuba iżda kien hemm kemm pulizijia u suldati xorta niżlu fost għajjat u kliem ħażin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-lembuba li l-Onorevoli Interpellant irrefera ghaliha ma nstabitx ghal xi hin fil-post li thalliet waqt il-vjagg lura mill-Eritrea. Din il-lembuba nstabet meta s-suldati u l-pulizija kienu nizlin lura minn fuq l-ajruplan. Ghaldaqstant ma nhassitx il-htiega li jsiru xi investigazzjonijiet ulterjuri.
Leg 9 PQ #36039 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati — Immigranti Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-suldati li jakkumpanjaw lill-immigranti illegali lura lejn pajjiżhom jagħmlu dan fuq bażi volontarja? Jingħataw xi kumpens extra talli jagħmlu dan ix-xogħol? Jekk ma jinstabux voluntieri x'isir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-suldati li akkumpanjaw lill-immigranti illegali lura lejn l-Eritrea ma kienux fuq bazi volontarja. Mhux ser jinghata kumpens “extra” lill-ufficjali u s-suldati li ghamlu dan ix-xoghol.
Leg 9 PQ #36144 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma narax il-htiega li tingabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Izda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kaz partikulari, nitolbu jaghmel mistoqsija specifika.
Leg 9 PQ #36008 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35407, kemm kien in-numru ta' mobile phones fil-fatt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ “mobile phones” hu ta’ 48 li minnhom 23 huma proprjetà tal-Gvern. 25 “mobile phones” ohra huma proprjetà ta’ l-ufficjali tad-Dipatiment tal-“Management Efficiency Unit” u ta’ l-“Internal Audit” li tinghatalhom “top-up card” mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #35859 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex qed jinjora l-fatt li l-UE kkonfermat fir-rapporti tagħha li l-Gvern Nazzjonalista la għandu pjan għall-iżvilupp rurali tal-gżejjer u lanqas il-kapaċita' amministrattiva tant li jirriżulta li qed jitwettqu xogħlijiet ta' qerda tal-karatteristika rurali tal-ħitan tas-sejjieħ li nsibu fil-gżejjer tagħna, kif ġara u qed jiġri fil-bypass ta' l-Imtarfa kif ukoll f'dawk tan-Naxxar, ta' Burmarrad u tas-Salini, fost oħrajn? Għaliex qiegħda ssir din il-qerda tal-karatteristiċi rurali tal-gżejjer tagħna minkejja l-kritika ta' l-oppożizzjoni Laburista?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuggerixxi li l-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.