Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Kawżi maqtugħa
Question
Jista' l-Onorevoli Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji kontra xi dipartiment jew entita' governattiva u jagħti d-dettalji?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li minn meta twaqqaf it-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ Ingustizzji gew decizi 656 applikazzjoni.
Minn dawn 187 inqatghu favur Dipartimenti tal-Gvern u 203 inqatghu kontra, 113 favur entitajiet governattivi u 144 inqatghu kontra.
Kien hemm 9 applikazzjonijiet li kienu kemm kontra Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll entitajiet governattivi. Minn dawn 6 inqatghu favur id-Dipartimenti tal-Gvern/Entitajiet Governattivi u 3 kontra.
B’kollox 306 favur Dipartimenti tal-Gvern/Entiatjiet Governattivi u 350 kontra.
Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ l-applikazzjonijiet decizi mit-Tribunal.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta matul din il-leġislatura ġiet mgħoddija minnu r-responsabilita' tal-E-Government lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
“e-Government” tqieghed fid-dekasteru tal-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali fl-4 ta’ Dicembru 2000.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari 37097 u cioe` jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-diskussjonijiet li għaddejjin bejn il-Gvern Malti u l-kumpanniji barranin dwar il-pipeline tal-gass li huwa proġettat li jgħaddi bejn il-kosta ta' l-Afrika ta' fuq u Sqallija? Dan ser jgħaddi minn Malta u nkunu nistgħu nieħdu fergħa minnha jew ikollha tgħaddi fergħa oħra minn Sqallija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-istqarrijiet ghall-istampa mahruga mid-Dipartiment ta’ l-informazzjoni numri 020 u 021 ta’ din is-sena.
Ninsab infurmat li l-istudju minn ENI Spa ghadu mhux finalizzat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nri. 37109 u 36836 u r-risposti li ngħataw, jista' l-Prim Ministru jagħti d-data preċiża meta l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku tat direttiva biex ħatriet fil-Korp tal-Pulizija ma jsirux aktar fuq rikkmandazzjoni diretta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fl-4 ta’ Settembru 2000, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kienet infurmat lill-Kummissarju tal-Pulizija li hatriet fir-rank ta’ Superintendent kellhom jibdew isiru wara sejha ghall-applikazzjonijiet u process ta’ ghazla.
Fil-kaz ta’ hatriet fir-rank ta’ Assistant Kummissarju, il-Kummissjoni tat direttiva simili fit-18 ta’ Setembru 2002.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn fl-aħħar eżami għal-senior principals il-kandidati ntalbu jiktbu isimhom minflok index number?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li wara r-rapprezentazzjonijiet li kienu saru, kien gie deciz li l-process ta’ l-ghazla ghall-hatra ta’ “Senior Principals” ma jibqax jiehu l-forma ta’ ezami tradizzjonali.
Ghalhekk meta harget sejha ohra ghall-applikazzjonijiet fil-grad ta’ “Senior Principal” fl-1997, il-process ta’ l-ghazla ha l-forma ta’ “extended interview” li kien jikkonsisti f’diskussjoni bejn il-kandidati fi gruppi, rapport bil-miktub bl-Ingliz u iehor bil-Malti minn kull kandidat dwar id-diskussjoni u intervista individwali.
Billi r-rapport bil-miktub kien parti integrali mill-process tal-“extended interview” u mhux ezami separat, ma kienx hemm lok li l-kandidati jinghataw “index number”.
Il-proceduri li ntuzaw din id-darba kienu identici ghal dawk li ntuzaw fil-process ta’ l-ghazla ghall-hatra ta’ “Senior Principals” li sar fl-1997.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija numru 36905?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mill-Agent Kummissarju Elettorali Principali li ghall-fini ta’ l-elezzonijiet lokali, it-toroq imsemmija jaghmlu mal-lokalità ta’ Attard filwaqt li ghall-fini ta’ elezzjonijiet generali l-istess toroq jaghmlu mal-lokalità ta’ Lija, fit-Tmien Distrett Elettorali.
Ninsab infurmat li:
- Saru rikorsi quddiem l-Ufficjal Revizur, biex it-toroq imsemmija jitpoggew fis-Seba’ Distrett Elettorali fir-rigward tar-registru ta’ Ottubru 2002;
- Ghar-rigward ta’ registri elettorali tal-futur, it-toroq imsemmija ser jitpoggew mas-Seba’ Distrett Elettorali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista` l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li qed jgħassu l-immigranti klandestini humiex imlaqqma kontra mard li jittieħed bħall-hepatitis u tuberculosi fost mard ieħor.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kull suldat li ghandu kuntatt mal-klandestini huwa mlaqqam jew qieghed jitlaqqam kontra l-hepatite u t-tuberkulosi u mard iehor. Permezz ta’ programm ta’ tilqim u “screening” li beda fl-2001, hafna membri tal-Forzi Armati huma mlaqqma kontra mard li jittiehed.
Jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm fir-relazzjonijiet ta' pajjiżna maċ-Ċina senjatament minn dak li kienu r-riżultati ta' l-aħħar żjara tiegħu fiċ-Ċina?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-laqghat li kelli mal-President tar-Repubblika Popolari tac-Cina, mal-Prim Ministru, mas-Sindki ta’ Shanghai u ta’ Suzhou u mad-Deputat Gvernatur tal-Provincja ta’ Zhang Su iddiskutejt il-possibilità li jitkattru l-kuntatti u l-koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi b’mod partikolari bl-uzu tal-facilitajiet tat-tarznari u tat-“transhipment” f’Malta.
Indirizzajt zewg “Business Fora” f’Beijing u Shanghai fejn heggejt kumpaniji Cinizi juzaw Malta bhala bazi li minnha jkunu jistghu jilhqu swieq fl-Ewropa, L-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.
Malta iffirmat zewg Ftehim ta’ Koperazzjoni mal-Gvern Ciniz, wiehed fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni u l-iehor fil-qasam tax-Xjenza u Teknologija.
Il-Gvern Ciniz wera l-apprezzament tieghu li Malta ser tivvota favur il-kandidatura ta’ Shanghai biex tospita l-World Expo 2010.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-MPO milli tagħti l-approvazzjoni tagħha sabiex persuni li kienu fis-servizz ċivili li ġew trasferiti għal MEPA u f'din l-azjenda jista' jkunu żejda, ma' jiġux trasferiti mill-ġdid f'dipartiment li hemm verament bżonnhom minħabba l-ispeċjalita` tax-xogħol tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Talbiet li jsiru minn haddiema li huma ‘detailed’ ma’ Awtoritajiet jew Korporazzjonijiet ghal trasfiment lura fis-Servizz Pubbliku jigu kkunsidrati fuq il-meriti taghhom u skond il-htigijiet tas-Servizz.
Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji tal-persuni kollha li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku, cioe' mal-Gvern u ma' entitajiet u korporazzjonijiet li fihom il-Gvern għandu interess u dan għall-perjodu bejn Novembru ta' l-1998 u Ottubru 2002, sena b'sena, u kategorija b'kategorija ta' ħaddiema/personnel ingaġġati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qeghda tingabar u tinghata twegiba f’xi seduta ohra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba s-sajjieda Maltin u Għawdxin talbu l-protezzjoni tal-forzi armati ta' pajjiżna sabiex jassistuhom u jipproteġuhom waqt is-sajd tagħhom minħabba periklu u inkonvenjenti oħra li kkawżalhom sajjieda barranin matul dawn l-aħħar erba' snin sena b'sena?
X'sapport ingħataw meta talbu din l-għajnuna u kemm-il darba ġiet rifjutata u x'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
In-numru ta’ sejhiet lill-Forzi Armati ta’ Malta ghal ghajnuna minn sajjieda Maltin fi kwistjonijiet ma’ sajjieda barranin waqt li kienu jistadu, kienu tliet darbiet fl-2001 u tnejn din is-sena sas-17 ta’ Settembru.
F’kull kaz, sa fejn kien possibli, intbaghtu mezzi tal-ajru u tal-bahar biex izommu sorveljanza u joffru deterrent biex jipprotegu s-sajjieda Maltin u biex tingabar evidenza sabiex l-awtoritajiet Maltin ikunu f’pozizzjoni li jsegwu l-kaz ma’ Gvernijiet barranin.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il round ta' ammunition ta' small weapons intuża f'sessjonijiet ta' taħriġ mill Forzi Armati ta' Malta matul is-sena 2001? U kemm-il shell intużat mill-kanuni fl-istess perjodu għall-istess għan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jidhirlix li l-informazzjoni ghandha tkun ippubblikata.
X'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar ħaddiema li jaħdmu mal-water services corporation u li jixtiequ jmorru jaħdmu mal-gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-kundizzjonijiet tal-haddiema tal-Gvern li huma “detailed” mal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma huma regolati minn Att Nru XXIII tal-1991 (Parti V).
Talbiet li jsiru minn dawn il-haddiema ghal trasferiment jigu kkunsidrati fuq il-meriti taghhom, u skond il-htigijiet tas-Servizz Pubbliku.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ħarġet u meta għalqet it-tender għal security systems għall-berġa ta' Kastilja? Kemm daħlu tenders u kemm kienu l-offerti tagħhom? Meta ġiet deċiża din it-tender u min ħadha? Kemm ser jiswa x-xogħol? X'inhi r-raġuni li ġiet mogħtija lill-kuntrattur imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien ninsab infurmat li s-sejha ghall-offerti giet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit-22 ta’ Jannar 2002 u d-data ta’ l-gheluq kienet il-5 ta’ Marzu 2002. Din ta’ l-ahhar giet estiza sas-26 ta’ Marzu 2002. It-“tender” harget f’isem l-Ufficcju tal-Prim Ministru mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi l-mistoqsijiet l-ohra lill-Ministru responsabbli.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għall-fini ta' elezzjonijiet lokali kif ukoll għall-elezzjoni ġenerali minn liema lokalita' u distrett elettorali jiffurmaw parti Triq iż-Żnuber, Daħlet il-Oleandri, Daħlet iċ-Ċipress u triq il-Punsjetta, kollha fil-limiti ta' Ħ'Attard?
Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li għandhom degree jew diploma universitarja? X'inhi u x'rank għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bhalissa hemm hmistax-il membru tal-Forzi Armati li ghandhom diploma jew “degree” Universitarja. Dawn ivarjaw bejn ufficjali u suldati kif muri fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn jingħad li kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-29 ta’ Ottubru 2002, is-sezzjoni tal-“Explosives Ordinance Disposal” tal-Forzi Armati giet mghajta 57 darba fuq “bomb hoaxes”. Kien hemm kaz wiehed biss li nstab materjal li jixbah bomba, li fih ma kien hemm l-ebda splussiv.
Jidhirli l-informazzjoni fejn saru tfittxijiet ma ghandhiex tkun ippublikata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances din is-sena lill-personnel ta' l-armata u kemm għandhom pendenti.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bejn l-1 ta’ Jannar u t-3 ta’ Settembru ta’ din is-sena thallsu b’kollox Lm790,137 f’“allowances” lill-membri tal-Forzi Armati. Uhud mill-“allowances” jithallsu mal-paga fl-ahhar tax-xahar, filwaqt li ohrajn jithallsu kull tliet xhur. Jien infurmat li ma hemm l-ebda hlas ta’ “allowances” pendenti.
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 35735 li kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u jgħid kemm kien hemm persuni li din is-sena applikaw biex jidħlu jgħallmu t-Taljan f'xi skola tal-gvern? Min kienu l-persuni li applikaw? B'liema kwalifiki? Min ġie aċċettat? B'liema kwalifiki?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li l-process ta’ l-ghazla ta’ Ghalliema (inkluz Ghalliema tat-Taljan) li nbeda bis-sejha ghall-applikazzjonijiet tal-31 ta’ Mejju, 2002, ghadu mhux konkluz. Dan l-ezercizzju jinvolvi l-ipprocessar ta’ 697 applikazzjoni ghal ghalliema ta’ 32 suggett.
Kien hemm 21 applikazzjoni ghall-post ta’ Ghalliem tat-Taljan u r-rizultat tal-“interviews” jigi ppubblikat kif dan ikun approvat mill-Kummissjoni.