B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37537 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-OPM biex joħroġ il-promozzjonijiet fl-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-promozzjoijiet fl-Armata johorgu skond il-Att dwar il-Forzi Armati u r-Regolamenti ta’ l-1970 dwar il-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Membri fil-Forzi Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Ninforma lill-Onorevoli Membru li f’dawn l-ahhar sentejn inhargu mhux inqas minn 459 promozzjoni u li l-Gvern mhux ser jibqa’ lura milli japprova l-ghoti ta’ aktar promozzjonijiet fl-Armata skond il-ligi u r-regolamenti msemmija hawn fuq.
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistosija parlamentari numru 37532?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi hemm tmienja u tletin “Social Worker” fis-Servizz Pubbliku. Dawn huma mqassmin kif muri fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi konkreti ħa l-gvern biex jirrimedja għan-nuqqasijiet tal-MSU/MITTS fit-tmexxija tal-proġett ta' l-iSchool Information System (SIS) kif joħroġ mir-rapport ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur li għadu kemm tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-MITTS Ltd ilha zmien tiehu numru ta’ mizuri biex tara li progetti ta’ din ix-xorta jitmexxew ahjar.
Ghaldaqstant il-MITTS waqqfet ufficcju gdid tal-kuntratti fi hdan id-dipartiment tas-servizz koporattivi fejn ix-xoghol ta’ kuntratti gie iccentralizzat biex b’hekk assigurat kontrol u azzjoni immedjata fuq “issues” mal-kuntratturi.
Gie iddisinjat ukoll kuntratt gdid mill-MITTS biex iservi bhal “boiler plate” ghal progetti ohra, fejn fost l-ohrajn wiehed isib:
(i) li l-kundizzjonijiet generali tieghu jirriflettu l-“issues” relatati direttament ma l-informatika u l-“Intellectual Property Rights”;
(ii) li l-kuntratti li jsiru mal-kuntratturi jkollhom il-pagamenti marbuta ma dak li jkun qed jigi kkonsenjat u mhux ma perjodi fissi;
(iii) li meta jkun ha jsir xi kuntratt ma’ xi kuntratturi barranin, il-MITTS tara li dawn ikollhom assi lokali li jkunu jistghu jaghmlu tajjeb ghalihom f’kaz li jkunu kisru xi kundizzjoni mill-kuntratt, jew inkella li ssir garanzija f’bank lokali ghall-istess skop.
Minbarra s-sistema ta’ “project management”, “PRINCE 2”, il-MITTS bdiet ukoll progett intern ta’ implimentazzjoni ta’ “Cost Accounting Management Framework”, biex b’hekk ikunu jistghu jigu segwiti f’heffa u reqqa il-fazijiet li jkunu waslu fihom il-progetti, kif ukoll l-elementi finanzjarji kollha marbuta ma’ kull progett.
Finalment, tajjeb li wiehed ifakkar lill-Onorevoli Membru li l-kuntratt ghal dan il-progett inghata f’Lulju 1996, u li kien hemm bidla fil-Gvern f’Ottubru 1996 u li x-xoghol fuq dan il-progett seta veru jitmexxa ’l quddiem fit-tieni kwart ta’ l-1998 meta l-Onorevoli Membru kien Ministru ta’ l-Edukazzjoni u meta allura kien approvat l-“Strategic and Operations Review” tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, inkluz il-progett li dwaru saret il-mistoqsija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm ilha li twaqqfet il-Fondazzjoni tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann kemm il-darba ltaqgħet? X'xogħol għamlet? Xi flus nefqet u fuqhiex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Konkatidral ta’ San Gwann iltaqghet tletin darba minn kemm ilha mwaqqfa.
Hidmiet il-Fondazzjoni jinkludu:
- Programm ta’ manutenzzjoni tat-twieqi tal-korsija tal-Konkatidral;
- “Display stand”
ghall-pittura ta’ San Gilormu;
- Manutenzjoni
tal-bjut, restawr tal-Wicc ta’ Kristu ta’ Algardi u tal-“leggii”
flimkien mal-“Valletta Rehabilitation Project”;
- Bidu ghall-progett tar-restawr tal-pittura ta’ San Gorg ta’ Preti;
- Testijiet fuq l-umdita mal-kolonni;
- Sistema gdida ghad-dhul fil-Konkatidral u fil-Muzew;
- Sistema elettronika ghal-hrug tal-biljetti ghad-dhul;
- “Survey”
ta’ l-istallazzjoni ta’ l-elettriku tal-Konkatidral u tal-Muzew;
- Pjanti dettaljati u “elevations”
tal-Konkatidral u l-bini kollu ta’ madwaru;
- Ingagg ta’ Segretarju Ezekuttiv;
- Kuntratti godda ghall-impjegati.
Il-hlasijiet kienu jammonta Lm51400:
Lm35875 Pagi
Lm4309 Tiswijiet
Lm2940 Konsulenzi
Lm2477 Ilma u elettriku
Lm1784 Stampar u “stationery”
Lm1536 Tindif
Lm618 Telefon
Lm1098 “Accountant”
u Awdituri
Lm312 Uniformijiet
Lm451 Spejjez ohra
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm jeżistu vakanzi fil-grad ta' Senior Principal fis-Servizz Pubbliku fil-preżent? Jista' il-Prim Ministru jgħid min kienu c-Chairman u l-membri tal-Bord, appuntat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, li mexxa l-eżami għall-Senior Principal u li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat it-Tlieta 19 ta' Novembru 2002? Jista' jgħid minn liema dipartiment tal-Gvern dawn il-membri tal-Bord huma ġejjin u jekk għandhomx esperjenza biex jitpoġġew fuq dawn it-tip ta' bordijiet? Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta' dawk li għaddew mill-eżami u mill-liema dipartimenti tal-Gvern huma ġejjin? Jista' il-Prim Ministru jara li ssir ġustizzja ma ħafna minn dawk li ma għaddewx u li għandhom karriera twila ta' aktar minn għoxrin sena servizz, qegħdin fil-preżent jagħmlu xogħol ta' Senior Principal u huma rakkomandati mill-kapijiet tagħhom li jistħoqqilhom li jingħataw promozzjoni u issa b'dan ir-riżultat il-moral tagħhom huwa baxx ħafna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Vakanzi fil-grad ta’ “Senior Principal” jimtlew minn zmien ghal zmien skond l-esigenzi tas-Servizz u l-prioritajiet tal-Gvern. Ghalhekk mhux possibbli wiehed jghid kemm hemm vakanzi x’jimtlew. Madanakollu sakemm taghlaq il-validità tar-rizultat ta’ dan il-process ta’ ghazla, hu mistenni li kull min ghadda jinghata l-hatra ta’ “Senior Principal”.
Il-Bord ta’ l-Ghazla ghall-grad ta’ “Senior Principal” kien kompost kif gej:
“Chairman”: Is-Sur Reno Camilleri - Chairman, Awtorità ta’ l-
B Sc (Econ) (Lond) DPA MBIM Istatistika ta’ Malta
Membri: Is-Sur Charles Polidano - Direttur (Strategy
BA (Hons) Public Admin., MPA & Planning),OPM
Is-Sinjura Joanna Genovese - Direttur (Staff
BA (Hons) Bus. Mngt. Development Organisation)
Is-Sur Simon Sammut - Direttur (Policy & Planning) MPO
BA (Hons) Public Admin
Is-Sur Normal Worley - Ex-Segretarju, Kummissjoni dwar
Dwar is-Servizz Pubbliku
Il-Membri tal-Bord ta’ l-Ghazla kollha servew fuq diversi bordijiet ta’ ghazla fil-passat. Il-Bord ta’ l-Ghazla jinghata l-hatra mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku skond ir-Regolament ezistenti u ghalhekk ma nahsibx li hija etika li jsiru izjed kummenti.
Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-hamsa u sebghin (75) ufficjal li ghaddew mill-ezami ta’ “Senior Principal” bid-dettalji mitluba.
L-ghazla ta’ “Senior Principal” hija fuq bazi kompettiva. Fil-fatt il-Ftehim li ntlahaq mal-“Unions” dwar il-Klassifikar u l-Istrutturar tal-Gradi Generali tas-Servizz Pubbliku jipprovdi li ghandu jsir process rigoruz ta’ ghazla (“a rigorous process of Selection”) u ghaldaqstant mhux il-kaz li nholqot xi ingustizzja.
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36393 u cioe' jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-kompjuter fis-Swatar? X'korsijiet qed isiru? Kemm qed iħallsu għal kull kors? Min qed imexxi dan iċ-ċentru? Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fic-Centru tat-Tahrig tas-Swatar, matul din is-sena, mitejn u erbghin student ser ikunu segwew xi wiehed mill-korsijiet tan-“National Computing Centre” (NCC).
Peress li c-Centru huwa “an Education Accredited Training Partner” tal-NCC, fic-Centru jigu organizzati l-“International Diploma in Computer Studies” (IDCS) u l-“International Advanced Diploma” (IAD).
L-IDCS jiswa Lm880 filwaqt li l-IAD jiswa Lm1,200.
Korsijiet specjalizzati ohra jvarjaw minn zvilupp ta’ “software tools” bhal “Microsoft Visual Basic” u “SQC Server” ghal korsijiet dwar “Service Management” u “Software Testing”.
Matul din is-sena, ic-Centru gie appuntat “Cisco Regional Academy”. Qed isiru wkoll numru ta’ “Information Management workshops” ghal ufficjali pubblici.
Ic-Centru tas-Swatar huwa mmexxi minn “Nucleus Training International Ltd” taht ftehim milhuq fil-21 ta’ April 2000 bejn l-Ufficcju tal-Prim Ministru, il-“Malta Information Technology and Training Services Ltd” (MITTS Ltd) u n-“Nucleus Training International Ltd.
Ic-Centru joffri dawn il-korsijiet fuq bazi ta’ “cost recovery”. Ic-Centru jhallas lil NCC, ir-registrazzjoni ta’ l-istudenti fuq il-korsijiet rispettivi, il-materjal kollu li jintuza mill-istudenti u mill-ghalliema, il-hlas tar-registrazzjoni ta’ l-ezamijiet kif ukoll il-hlas tar-registrazzjoni tac-Centru mal-NCC. Ic-Centru jhallas ukoll lill-ghalliema li jghallmu fuq dawn il-korsijiet. Studenti li jattendu permezz ta’ l-iskema tat-tahrig tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig ma jhallsu xejn.
Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji tal-persuni kollha li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku, cioe' mal-Gvern u ma' entitajiet u korporazzjonijiet li fihom il-Gvern għandu interess u dan għall-perjodu bejn Novembru ta' l-1998 u Ottubru 2002, sena b'sena, u kategorija b'kategorija ta' ħaddiema/personnel ingaġġati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Novembru 1998 u l-31 ta’ Ottubru 2002, gew impjegati 3798 persuna mas-Servizz Pubbliku b’impjieg permanenti, u spiccaw mill-impjieg 3867.
Matul l-istess perjodu, gew impjegati 156 persuna ma’ Agenziji u Awtoritajiet li jaqghu taht id-dikasteru tieghi, u spiccaw 137.
Dettalji ta’ meta dahlu dawn l-impjegati jinsabu f’tabelli ‘A’ sa ‘E’ ghal dawk li dahlu fis-Servizz Pubbliku, u f’tabelli ‘F’ sa’ ‘J’ ghal dawk li dahlu ma’Agenziji u Awtoritajiet.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni dwar xi Agenzija jew Awtorita’ ohra, nitolbu jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru responsabbli.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sakemm ma ninghatax raguni konvincenti ’l ghala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinhela hafna hin biex tingabar.
Peress li ma ngħatax risposta għall-mistoqsija parlamentari 37405, jista' l-Prim Ministru jgħid kif qiegħed jiġi mħallas il-Consortium Environment Landscaping Company Ltd?
X'proċedura qegħda tintuża għax-xiri ta' makkinarju u siġar u oġġetti oħra li jintużaw fix-xogħol?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-programm ta' ħidma li dan il-public private partnership irid iwettaq fit-tnax il-xahar li ġejjin.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif u meta ser tiġi attwata sentenza tat-Tribunal ta' l-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzji tas-7 ta' Frar 2002 li tikkonċerna l-ħaddiema ta' Dar il-Mediterran?
Japprezza l-Ministru li issa għadda żmien konsiderevoli minn meta t-Tribunal afferma li huma kienu sofrew inġustrizzja u ta r-rakkmandazzjonijiet appożiti.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-implimentazzjoni tas-sentenza tat-Tribunal qeghda tigi kkunsidrata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36893, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-informazzjoni mitluba m'għandhiex tkun ippubblikata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jidhirli li l-informazzjoni mitluba m’ghandhiex tkun pubblikata ghar-ragunijiet evidenti ta’ sigurtà
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Public Private Partnership li ntlaħaq mal-Consortium Enviorment Landscaping Company Ltd?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-ftehim operattiv tal-'Public Private Partnership' bejn il-Gvern u l-'Consortium Environmental Landscapes Company Ltd' huwa ta’ natura kummercjali u ghalhekk ma nhossx li tkun etika li nqieghed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra.
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-Gvern u l-'Consortium' dwar il-haddiema tal-Gvern, insejjah 'Administrative Arrangements for Public Officers'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtrat karta u kartun għall-istamperija tal-gvern bis-sistema tal-local purchase order u mingħand liema aġent fil-perjodu Jannar sa Diċembru 2001 u Jannar sa Awissu 2002?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninstab infurmat li l-Istamperija tal-Gvern nefqet l-ammonti indikati hawn taht bis-sistema ta’ “Local Purchase Order” f’xiri ta’ karti u kartun:
Jannar 2001 – Dicembru 2001: Lm11,099.246
Jannar 2002 – Awissu 2002: Lm11,195.48
Il-Karta u l-kartun gew mixtrija minghand dawn l-agenti:
Jannar – Dicembru 2001
Jannar – Awissu 2002
Frank S Portelli
Kasco Trading Ltd
Arrowshift Contracts Ltd
Beck Graphics Ltd
M Demajo Group of Co
Frank S Portelli
Kasco Trading Ltd
Arrowshift Contracts Ltd
Fortuna Ent Ltd
Interprint
Beck Graphics Ltd
JM Trading Ltd
Civil Protection — Leading assistant Rescue Officer
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ġie riferut lill-kummissjoni għas-servizz pubbliku li lmentat li ġiet maqbuża inġustament f'Awissu li għadda għal post ta' leading assistant rescue officer mas-civil protection
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-kaz tal-persuna (li dettalji dwarha intbaghtu separatament u li lmentat li nqabzet ingustament f’Awissu li ghadda ghal post ta’ “Leading Assistance and Rescue Officer” mas-“Civil Protection”) kien investigat mill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku. Il-persuna msemmija giet infurmata bid-decizjoni tal-Kummissjoni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn l-istamperija tal-gvern se tixtri makna four colour meta flus fl-estimi m'hemmx ivvotati għaliha u meta din il-makna tiswa madwar Lm300,000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Istamperija tal-Gvern mhux ser tixtri makna Four Colour.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għalfejn il-gvern ma jridx li jiġi appuntat direttur ġdid għall-istamperija tal-gvern meta dan il-post diġa` ilu battal ix-xhur? F'dan il-każ ta' nuqqas ta' direttur, min se jiġġudika t-tender li tikkonċerna x-xiri ta' makna ta' aktar minn Lm300,000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Istamperija tal-Gvern ghandha agent Direttur mis-17 ta’ Awissu 2002. Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija Parlamentari numru 36586.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2002 kien hemm zieda ta’ xi centezmi f’xi servizzi li jaghtu l-Forzi Armati ta’ Malta kif jidher fit-tabella hawn taht.
Servizz Provdut
Rata fis-Siegha qabel l-2002
(Lm)
Zieda fir-rata fis-siegha
(centezmi)
Rata gdida
fis-siegha
(excl. Vat)
(Lm)
Xoghol ta’ sigurtà jew skorta ma’ banek kummercjali, l-Korporazzjoni ta’ l-Ilma u Dipartimenti tal-Gvern
2.91
6c
2.97
Skorta ta’ flus
32.77
33c
33.10
Iccekkjar tal-posta ghal splussivi
9.67
36c
10.03
Iccekkjar tal-post ta’ l-irmigg fil-Port il-Kbir qabel ma bastiment tal-passigieri (
passenger cruise liner
) jidhol fil-port. *
-
-
50.00
* Servizz gdid