Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li naqtgħtilhom is-sentenza mit-tribunal ta' l-inġustizzji u għadhom ma ħadux il-kumpens?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat minn total ta’ 677 kazi decizi, bhalissa hemm 50 kaz li jinvolvu 56 persuna, li nqatghatilhom is-sentenza mit-Tribunal ghall-Investigazzjoni ta’ l-Ingustizzji u li ghadhom ma hadux il-kumpens.
Minn dawn hemm 8 kazi li qeghdin jigu kkontestati mill-Awtoritajiet jew Dipartimenti koncernati, u 42 kaz li ghadhom qeghdin jigu pprocessati.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38415 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija parlamentari numru 38415 f’seduta numru 863 fit-3 ta’ Frar 2003.
Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-għażla ta' principals mas-Settur Pubbliku, liema għażla kellha ssir b'interviews li saru u ntemmu f'Novembru, 2002?
Billi l-proċess ta' l-għażla ta' principals li sar b'eżami fl-istess żmenijiet intemm u diġa' ġew ippubblikati r-riżultati, x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien?
Meta hu maħsub li jiġu pubblikati r-riżultati ta' dawn l-interviews?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li r-rizultat ta’ l-intervisti ghall-kariga ta’ “Principal” minn fost “management graduates” sejjer ikun ippubblikat fi zmien qasir.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' skrivani maċ-ċivil? Minn liema lokalita' kienu? Kemm għaddew mir-written exam? Minn liema lokalita' kienu dawk li għaddew? Meta ser isiru l-interviews?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-għażla għall-mili ta’ postijiet ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku qiegħda titmexxa mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant iressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Prim Ministru jintervjeni u jissuġġerixxi rimedju lill-persuni msemmija separatament li huma żewġ suldati li sofrew diżabilita' permanenti waqt ix-xogħol peress li wieħed minnhom qiegħed jaħdem is-sibtijiet bla ħlas u qiegħed anke jispara minkejja d-diżabilia' li sofra waqt ix-xogħol u l-ieħor qed ikollu jaħdem siegħa żejda bla ħlas kuljum? Jaħseb il-Prim Ministru li hu l-każ li jiġu sekondati jew trasferiti f'dipartiment ieħor kif ġieli sar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ż-żewġ suldati msemmija ġew skużati milli jaħdmu għases bil-lejl bħalma jagħmlu suldati oħrajn minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom. Peress li suldat huwa marbut li jaħdem 47 siegħa fil-ġimgħa u minħabba li dawn it-tnejn jaħdmu biss matul il-ġurnata, iridu jidħlu nofs ta’ nhar is-Sibt biex iġibu s-sigħat meħtieġa. Din hija prattika normali u kull suldat li jkun maqlugħ mill-għases irid jaħdem is-Sibt b’dan il-mod.
Ma jidhirlix li hu l-każ li jiġu sekondati jew trasferiti kif suġġerit minn l-Onorevoli Membru.
Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid fiex waslet il-call for applications għall-"Website portal executive in the Central Information Management Unit in the Office of the Prime Minister", liema call for applications kienet saret ġimgħat ilu? Kemm applikaw?
Sar short listing jew l-applikanti kollha se jsirilhom interview?
Meta hu ppjanat li jsiru l-interviews għax s'issa l-applikanti baqgħu ma semgħu xejn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li għall-pożizzjoni ta’ “Portal Website Executive” intefgħu 18-il applikazzjoni. Dawn ġew kunsidrati mill-Bord ta’ l-Għażla maħtur għal dan l-iskop mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-applikanti eliġibbli kollha ser jissejħu għal intervista fi Frar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba minni f’din il-mistoqsija u dik mitluba mill-Ministri l-oħra kollha f’mistoqsija simili magħmulin lilhom qegħda tinġabar mill-“Management and Personnel Office” fl-Uffiċċju tiegħi. Tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid jekk persuna impjegata maċ-Ċivil tistax tingħata long leave sabiex f’dan il-perjodu taħdem f’post ieħor?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Din is-sena, permezz tal-“Collective Agreement” għall-uffiċjali pubbliċi, għas-snin 2002 sa 2004, l-uffiċjali fis-skali 14 sa 20 ngħataw il-benefiċċju ta’ “leave” bla ħlas biex jippruvaw xogħol ieħor. Dan il-“leave” jista’ jittieħed għal perjodu minimu ta’ tlett xhur sa massimu ta’ tlett snin. Il-“leave” jingħata bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm bżonn ta’ sostitut għall-uffiċjal u ma jtellifx l-effiċjenza tad-Dipartiment. Dalwaqt toħroġ ċirkolari bid-direttivi dwar l-implementazzjoni ta’ dan il-benefiċċju.
Meta hu maħsub li jerġa jkun hemm reklutaġġ ta' skrivani f'xi dipartimenti tal-gvern u gunners fil-AFM?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bhalissa ghaddej process ta’ ghazla mid-Direttur ta’ l-Ezamijiet ghall-postijiet ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku. Reklutagg jibda jsir wara li jithabbru r-rizultati finali.
Rigward reklutagg ta’ “gunners”, jien infurmat li 107 rekluti godda kienu mistennija li jingaggaw mal-Forzi Armati nhar l-Erbgha, 15 ta’ Jannar 2003. Il-possibilità li jinfetah ingagg iehor fix-xhur li gejjin qeghda tigi kkunsidrata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru?
Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-prezent hemm tlett kuntratti ghal ma’ kumpaniji privati li jaghtu servizzi ta’ sigurta fid-dekasteru tieghi, tnejn mal-MITTS Ltd u wiehed mal-Awtorità tax-Xandir. In-numru ta’ sighat u c-cifri ta’ flus matul is-snin 2000, 2001 u 2002 kienu kif jidhru fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għal temporary state aid to support processor and recognised retailers of imported products li ġew negozjati mill-Gvern ma' l-UE, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-prezzijiet interni u esterni tal-prodotti ta' l-ikel li fuqhom ġew ibbażati is-sussidji mill-Gvern Malti sabiex jiġi ssussidjat il-prezz għoli ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel impurtati f'pajjiżna mill-UE?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru responsabbli.
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37311?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li s-Servizz Pubbliku jimpjega 174 persuni li huma registrati mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig bhala persuna b’dizabilita.
Hemm ukoll impjegati 375 persuna mas-Servizz Pubbliku, li minhabba f’sahhithom ma jistghux jaghmlu x-xoghol kollu li normalment ikun mitlub mill-grad taghhom u dawn inzammu fuq “light duties”.
Ghaddejjin bhalissa diskussjonijiet mal-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku sabiex persuni b’dizabilita jinghataw konsiderazzjoni specjali f’dak li jirrigwardja reklutagg, promozzjonijiet u tahrig.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-marki li ġew mogħtija lill-kandidati għall-post ta' consultant cardiologist (invasive) fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-“policy” tal-“Public Service Commission” hi li l-“breakdown” tal-marki li jkun gab kandidat fi process ta’ ghazla jinghataw biss lill-kandidat li jitlobhom bil-miktub lill-Kummissjoni.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjoni fuq Għawdex biex il-gżira titqies separatament minn Malta li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-EU fis-summit ta' Copnehagen?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, dikjarazzjoni fuq Ghawdex li ser tkun parti mit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-“Summit” ta’ Copenhagen.
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-protokoll fuq l-abort li sar fit-trattat għas-sħubija fl-EU fis-summit ta' Copenhagen?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tad-“draft” tal-protokol fuq l-abort, li sar fit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fis-“Summit” ta’ Copenhagen
Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni dwar in-newtralita' li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-UE fis-summit ta' Copenhagen?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra dikjarazzjoni fuq in-newtralità, li ser tidhol fit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-“Summit” ta’ Copenhagen.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ngħata kumpens għal vjolenza fiżika li kien sofra snin ilu minħabba inċident politiku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet applikat għall-ingaġġ fl-Armata skond l-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, Nru. 15,732 tat-2 ta' April, 1993 qatt ma ġie intervistat jew mitlub joqgħod għal xi eżami ta' l-għażla, minkejja li minn dakinhar sa llum kienu ngaġġati diversi persuni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-individwu msemmi kien applika biex jingagga fil-Forzi Armati fid-19 ta’ Ottubru 1995 taht l-iskema ta’ “Open Recruitment” li kienet thabbret l-ewwel darba fil-Gazzetta tal-Gvern numru 15,732 tat-12 ta’ April 1993.
Skond din l-iskema kull applikant kien jinghata numru ta’ registrazzjoni. F’dan il-kaz, l-individwu nghata n-numru 1825. Meta l-iskema ta’ “Open Recruitment” spiccat, u dan permezz ta’ sejha ghal applikazzjonijiet ghal ingagg ta’ rekluti fil-Forzi Armati li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern numru 16,801 ta’ l-4 ta’ Gunju 1999, l-ahhar applikant li kien ibbenefika minnha kellu n-numru 1094.
Ghalhekk, l-uniku mezz kif l-individwu msemmi seta’ jingagga fil-Forzi Armati kien jerga’ japplika skond is-sejha ta’ l-4 ta’ Gunju 1999.
X'inhi r-raġuni li r-riżultat tal-Principals mas-Servizz Pubbliku liema eżamijiet u interviews intemmu fl-aħħar ta' Ottubru 2002 baqa' ma ħariġx?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kien hemm zewg sejhiet ghall-mili ta’ postijiet ta’ Principal fis-Servizz Pubbliku.
Wahda kienet mahruga mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u kienet immirata ghal gradwati b’“degree” relatata ma’ “Management” u l-ohra harget mid-Direttur tal-Ezamijiet u kienet miftuha ghal gradwati ohra, Assistenti Principali u Ufficjali Ezekuttivi b’hames snin servizz fil-grad.
Jien nfurmat li z-zewg processi tal-ghazla ghadhom ghaddejjin.