Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2178 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati Maltin fir-rapid reaction force

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' suldati Maltin li huma lesti jservu fir-rapid reaction force?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 2178 In-numru ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (Uffiċjali u suldati) li jiddikjaraw li huma lesti li jservu fl-EU “Rapid Reaction Force” u li sussegwentament intgħażlu biex iservu f’din il-Forza huwa ta’ mija u ħamsa u tletin (135).
Leg 10 PQ #2426 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Transfers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers mill-ewwel tas-sena 2002 sal-lum fid-dipartiment tal-Gvern kollha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 2426 Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #2492 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

NET TV/PBS — Pubbliċita' dwar sħubija ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm intnefqu flus bħala pubbliċita' dwar sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq NET TIV u fuq il-PBS?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Ministeru tiegħi ma’ nefaqx flus bħala pubblicità dwar sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fuq NET TV u fuq il-PBS.
Leg 10 PQ #2499 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjoni tar-referendum/elezzjoni ġenerali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus għall-elezzjoni tar-referendum 2003 u għall-elezzjoni ġenerali 2003 minn kull dipartiment/awtorita' u entitajiet oħra li kienu nvoluti fihom il-pulizija u l-armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għalkemm id-domanda mhix ċara nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-ispejjeż tal-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija. Mingħajr il-pagi, il-Forzi Armati kellhom spiża ta’ LM1,815.33. A rigward tal-Korp tal-Pulizija l-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Intern.
Leg 10 PQ #2379 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummisjoni Ewropea — New Neighbourhood instrument

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk humiex qed isiru tħejjijiet biex Malta tieħu sehem deċiżiv fil-programm ġdid New Neighbourhood Instrument propost mill-Kummisjoni Ewropea għall-punent tal-Mediterran li fih qed jiġi propost li jieħdu sehem Malta, l-Italja, Franza, Spanja, l-Portugall, ir-Renju Unit, il-Marokk, l-Alġerija u t-Tunesija? X'tip ta' inizjattivi qed jiġu studjati biex jiġu mressqa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-“New Neighbourhood Instrument” għadu biss proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Fil-fatt il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-ewwel ta’ Lulju ta’ din is-sena jismu “Paving the way for a New Neighbourhood Instrument”. Malta taqbel ma’ din il-proposta u qed tipparteċipa fit-taħdidiet li qed isiru dwar din il-Komunikazzjoni.
Leg 10 PQ #2380 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Archimed — New Neighbourhood Instrument

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'ħidma qed issir biex Malta tieħu sehem fil-programm Archimed fil-qafas ta' New Nieghbourhood Instrument propost lil Kummisjoni Ewropea għal sehem minn Malta, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Libanu, is-Sirja, il-palestina u l-Ġordan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-programm “Archimed” huwa programm fil-qafas ta’ l-inizjattiva komunitarja “Interreg III” u mhux fil-qafas tan-“New Neighbourhood Instrument”. Dan ta’ l-aħħar għadu biss proposta tal-Kummissjoni. Malta se tipparteċipa f’“Archimed” meta l-programm jiġi emendat mill-Awtorità ta’ Ġestjoni ta’ l-“Archimed” u approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk, l-Awtorità ta’ Ġestjoni qiegħda taħdem ma l-Awtoritajiet Maltin u “partners” oħra biex tikkonkludi l-programm il-ġdid ta’ l-“Archimed” fi żmien qasir.
Leg 10 PQ #2422 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xiri ta' żejt mill-Libja

Question

Peress li ġie rapputat li l-Prim Ministru talab lill-Prim Ministru Libjan biex Malta tibqa tixtri żejt bi prezz imraħħas, jista' il-Prim Ministru jgħid, x'kienet ir-rsiposta tal-Prim Ministru Libjan, u jekk il-ftehim li jeżisti bejn Malta u l-Libja dwar xiri ta' żejt mil-Libja bi prezz inqas minn dak tas-suq għadux in vigore?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-ftehim dwar iż-żejt li jinxtara mill-Libja bl-orħos prezz tas-suq għadu jgħodd u mistenni li jiġi mġedded.
Leg 10 PQ #2437 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Engineered Landfills — Barrieri

Question

B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2079 u 2238 fejn it-tnejn wieġbu biex ''il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat'' u wara li l-istaff tal-parlament ipporva jistabilixxi liema Ministeru għandu jwieġeb din il-mistoqsija, u dan b'eżitu negattiv, u billi ma jidhirx li l-Ministeri l-oħrajn kollha jistgħu jwieġbu din il-mistoqsija minħabba x-xorta tad-dikasteru tagħhom, jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2238?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li kif l-“Environment Impact Assessment” dwar iż-żewġ siti li jistgħu isiru “engineered landfills” proposti ikun lest, tkun tista’ tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #2464 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

No question text.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #2125 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna li applikat biex taħdem Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se tintlaqa' it-talba tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ilha mit-13 ta' Awissu, 2003 li applikat biex tiġi taħdem Malta ħalli tkun tista' tingħaqad mal-familja tagħha li ġiet tgħix Malta minn Għawdex? Għaliex qed tinżamm dawn il-ġimgħat kollha bla risposta xierqa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-passi diġà ttieħdu biex il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant tiġi trasferita għal dipartiment f’Malta.
Leg 10 PQ #2208 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #1776 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies impjegati mal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern nies b'kuntratt (jew kellhom il-kuntratt imġedded) matul din is-sena? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-1 ta’ Jannar, 2003 sat-30 ta’ Settembru, 2003 kien hemm 259 persuna minn barra s-Servizz Pubbliku li ngħataw kuntratt ta’ servizz definit mal-Gvern jew li kellhom il-kuntratt imġedded. Fost dawn hemm numru ta’ “Nurses”, “Senior Registrars”, u “School Secretaries”. Erbgħa minn dawk li kellhom il-kuntratt imġedded għandhom remunerazzjoni globali aktar minn ta’ Ministru. Tlieta minn dawn huma konsulenti barranin u l-ieħor huwa Malti. Dawn in-numri ma jinkludux nies ingaġġati mas-Segretarjati Privati ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari.
Leg 10 PQ #2103 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Clerks

Question

Jista' il-Prim Ministru jinfurmani jekk il-Gvern impjegax xi nies li għaddew mill-eżamijiet għal public service clerks? Jekk fl-affermattiv kemm? Jekk fin-negattiv hemmx xi raġuni għal dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba hija fin-negattiv. L-ingaġġ ta’ skrivani jsir meta jkun il-bżonn skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Leg 10 PQ #2191 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Eżami għal skrivana

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex dawk li għaddew mill-eżami għal skrivana maċ-ċivil jibdew jiġu ngaġġati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ingaġġ ta’ skrivani jsir skond il-ħtiġijiet tas-Servizz.
Leg 10 PQ #1856 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-Gvern — Skema ta' irtirar kmieni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi skema ta' irtirar kmieni għall-ħaddiema tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 380 fis-seduta numru 10 tas-16 ta’ Ġunju 2003.
Leg 10 PQ #1963 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE — Single Programming Document

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-single programming document 2004-2006 ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-abbozz tas-“Single Programming Document” (SPD) 2004-2006 ta’ Malta jinsab fuq il-“website” http://www.ppcd.gov.mt. L-abbozz ġie diskuss mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku. Dan l-abbozz qed jiġi diskuss mal-Kummissjoni Ewropea. L-għan hu li d-dokument jiġi ffinalizzat sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra CDs bl-SPD oriġinali li ġie mibgħut lill-Kummisjoni f’Mejju ta’ din is-sena.
Leg 10 PQ #1988 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE — Sehem ta' Malta f'diversi programmi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma l-programmi kollha ta' l-Unjoni Ewropea li bħalissa pajjiżna qed jieħu sehem fihom? Kemm qed toħroġ fondi l-Unjoni Ewropea għal kull programm u kemm qed toħroġ Malta? Fiex jikkonsistu dawn il-programmi differenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #1989 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE — Fondi lil Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema proġetti se jintnefqu l-fondi, każ b'każ, li se toħroġ l-Unjoni Ewropea lil Malta fit-tliet snin li ġejjin? Għal kull proġett, x'parti se toħroġ l-Unjoni Ewropea u x'parti se toħroġ Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li dak li jirrigwarda l-fondi strutturali, bħalissa qed isir xogħol fuq is-“Single Programming Document” (SPD). Dan id-dokument jasal biss sal-prioritajiet u l-miżuri. L-SPD irid jiġi maqbul mal-Kummissjoni Ewropea u wara jkun jista’ jsir ix-xogħol fuq il-proġetti. L-SPD għandu total ta’ 85 miljun Euro ta’ investiment pubbliku li minnhom 63 miljun Euro ġejjin mill-fondi strutturali – dan ifisser li ħafna mill-proġetti, partikolarment dawk ta’ natura infrastrutturali, se jkollhom finanzjament ta’ madwar 75 fil-mija mill-Unjoni Ewropea. Minn dak li jirriżulta minn dan id-dokument s’issa, jidher li ser ikun hemm diversi proġetti fil-qasam ta’ l-ambjent (partikolarment l-iskart, kwalità ta’ l-ilma u drenaġġ), trasport (toroq), edukazzjoni (taħriġ u infrastruttura, għajnuna lill-intrapriżi u għajnuna w investment fis-setturi tal-biedja u s-sajd. Il-proġetti tal-fondi ta’ koeżjoni huma xogħolijiet fuq it-toroq f’dak li jirrigwarda s-settur tat-trasport u proġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskart f’dak li jirrigwarda s-settur ta’ l-ambjent. Rigward it-toroq bħalissa għaddejjin studji biex jiġu identifikati l-partijiet tat-“Trans-European Network” li għandhom priorità. Proġetti ta’ l-iskart prinċipalment hemm tnejn:- l-impjant tal-“composting” u l-“material recovery facility”. Il-proġett taħt il-fond ta’ koeżjoni jammontaw għal 26 miljun Euro ta’ investiment pubbliku li minnhom 22 miljun Euro ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li b’mod ġenerali l-proġetti ser ikollhom finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ madwar 75 fil-mija.
Leg 10 PQ #1762 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-Bordijiet li nħatru minn April 2003 sal-lum li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi kif ukoll il-ħlas u benefiċċji oħra, fejn hu l-każ, li dawn il-persuni qed jirċievu.
Leg 10 PQ #1307 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Seniority ta' instructors u teachers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1087 u cioe' jista' il-Prim Minsitru jgħid kif qed tinħadem is-seniority bejn l-instructors bil-permanent warrant u t-teachers fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni billi issa ħafna minnhom qed jgħallmu fl-istess skejjel u l-istess suġġetti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi skond Sezzjoni 1.3.10. (b) (ii) tal-“Public Service Management Code” jekk żewġ uffiċjali huma fl-istess grad jew fi gradi ekwivalenti l-anzjanita tiġi determinata skond id-data tal-ħatra.