Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm infdew ċnus tal-Joint Office mis-sena 1998 sal-lum, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ċnus amministrati mill-Uffiċċju Konġunt li nfdew mis-sena 1998 sal-lum huwa kif jidher hawn taħt:
SenaNumru
199838
1999119
2000159
2001269
2002118
2003198
2004252
2005388
2006325
(sa 30.06.2006)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-1998 sal-lum, sena b'sena u kemm tressqu nies il-qorti b'konnessjoni ma' dawn il-qabdiet? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' pulizija li jifformaw l-iskwadra kontra d-droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija mill-1998 l'hawn huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li numru ta' persuni li ġew imressqa l-Qorti fuq akkużi relatati ma' droga matul l-istess perijodu huwa kif ġej:
1998
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
331
316
378
341
387
224
569
426
202
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, għal raġunijiet ovvji, ma nħossx li huwa prudenti li tingħata l-informazzjoni dwar l-operat tal-Pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalita'.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi l-għajnuna li l-Caritas tirċievi mill-ministeru ta' l-intern għall-programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga u/jew xi għajnuna oħra li tirċievi mill-istess ministeru? Jista' jgħid kemm kienet, sena b'sena, għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-għajnuna li l-Caritas irċeviet għall-programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga matul is-snin bejn l-2001 u l-2005 hi kif tidher hawn taħt:-
2001 Lm47,140
2002 Lm49,634
2003 Lm61,074
2004 Lm51,675
2005 Lm50,090
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu membri ġodda fil-korp tal-pulizija mill-1998 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 1998 u t-30 ta' Ġunju 2006 daħlu 461 membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija u fil-preżent għaddej il-proċess ta' reklutaġġ ta' 100 kuntistabbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali inkarigati sabiex ifittxu u jissorveljaw fil-bibien tal-qorti? Kemm swiet is-sistema ta' cameras stallati fil-bini tal-qorti? Din is-sistema ħarġet b'tender jew b'direct order?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' uffiċjali inkarigati sabiex ifittxu u jissorveljaw fil-bibien tal-Qrati tal-Ġustizzja huma sebgħa. Is-sistema ta' cameras stallati fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja swiet totalment Lm3,292. Din is-sistema inxtrat permezz ta' quotation li saret Diċembru 2005 (Lm1,186) u Mejju 2006 (Lm2,106).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu inkarigat mit-tindif tal-qorti in ġenerali, liema xogħol jidher li ilu ma jsir ix-xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tas-Support Services huwa responsabbli mit-tindif tal-Qrati tal-Ġustizzja. Ix-xogħol ta' tindif fil-Qrati tal-Ġustizzja isir regolari kuljum. Peress li dan mhux qed ikun sodisfaċenti għad-Diviżjoni, ħarġet tender li se tagħlaq fil-5 ta' Lulju 2006 biex it-tindif isir aħjar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swew il-bibien u l-ilqugħ tal-ħġieġ appena tidħol il-bieb prinċipali tal-qorti? Dan ix-xogħol u fornitura ta' bibien u lqugħ inħarġet permezz ta' tender jew direct order? Kemm swiet l-iscanner machine?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bibien u l-ilqugħ tal-ħġieġ appena tidħol il-bieb prinċipali tal-qorti swew is-somma ta' Lm26,106. Dan ix-xogħol u formitura ta' bibien u lqugħ inħarġet permezz ta' tender. Infurmat ukoll li l-iscanner machine swiet Lm9,000.
In vista ta' avviż legali li jobbliga lil "kulħadd" jissottometti lilu nnifsu għat-tfittxija, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid inħarġitx xi direttiva sabiex ċerti mħallfin, maġistrati u ministri jiġu eżentati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma ħarġet l-ebda direttiva sabiex ċerti Imħallfin, Maġistrati u Ministri jiġu eżentati mill-miżuri ta' sigurta'. Il-ġudikatura għandha aċċess separat u ndipendenti tagħha pero' meta dawn jagħżlu li jgħaddu mill-bieb prinċipali tal-Qorti, jitqabbżu l-kju tan-nies.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19682 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa tal-ħsarat strutturali fil-garage tal-gvern f'Ta' Ġiorni li hu mikri għand il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern diġa' irreferiet il-każ lid-Dipartiment tal-Construction and Maintenance sabiex jinvestiga u jekk hu l-każ jagħmel it-tiswijiet neċessarji. Dan dejjem jekk il-ħsara partikolari li hemm mhix responsabbilita' ta' l-inkwilin.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu impjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru, 2005 sal-lum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew mgħażula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u jekk fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda "redeployment exercise" għaddej fil-Ministeru u d-dekasteru jew enti matul il-perijodu indikat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għall-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu? Kemm qiegħda titħallas kera fix-xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn tinsab din il-proprjeta' mikrija separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal proprjeta' mikrija mingħand il-privat. Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar tali kirjiet hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhijiex qed tintuża għal xi raġuni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija s-segwenti:
(i) It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għandha diversi proprjetajiet madwar Malta u Għawdex li m'humiex jintużaw. Ir-raġuni għal dan in-"non-uso" tvarja minn art xagħri għal kmamar li fihom xi ħsarat.
(ii) Id-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja bħalissa għandha proprjeta' fi Strait Street Valletta li mhijiex qed tintuża. Huwa l-ħsieb ta' din id-Diviżjoni li din il-proprjeta' tiġi żviluppata f'Judges Chambers.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid taħt min taqa' ir-responsabbilta' tal-kirjiet tal-ħwienet tal-WaterFront? Kemm hemm mikrija? Kemm hemm vojta u kemm jinkrew?
Response (BORG, TONIO)
Dawn il-ħwienet jifformaw parti mill-konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpannija/Consortium “VISET”. Peress li din hi soċjeta’ privata, il-Gvern ma hu involut bl-ebda mod fil-kiri ta’ dawn il-ħwienet.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19630, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm karozzini tat-turisti liċenzjati sena b'sena mill-1992 sakemm il-liċenzji kienu f'idejn il-pulizija?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 u 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra, separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat fil-Mistoqsija ma kien hemm l-ebda uffiċjal tal-gvern fl-iskali 14, 15 u 16 mad-Dekasteru tiegħi li siefer fuq xogħol tal-gvern.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema tal-gvern u/jew li kienu jaħdmu ma' azjendi parastatali li bħalissa qed jaħdmu mal-kunsilli lokali? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma mislufa u kemm għandhom impjieg permanenti? Jista' jelenka kif dawn il-ħaddiema huma mpjegati ma' kull kunsill u liema hu x-xogħol li qegħdin jagħmlu?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru, 2005 sa Diċembru, 2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum fejn kien involut hu separatament, safra b'safra, meta saru dawn is-safriet, kemm damu iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw il-Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għall-akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ispiża f'safar dwar id-delegazzjonijiet li għamilt matul l-2005 u minn Jannar 2006 sal-lum fejn kont akkumpanjat mill-uffiċjali indikati, kienet skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.