Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Luna Park - Spetturi tas-Saħħa u Sigurta`

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi spetturi tas-saħħa u s-sigurta` li marru jiċċekkjaw jekk il-volum qawwi ta' mużika tal-luna park f'Pembroke hijiex fil-limiti permissibbli? Xi spezzjonijiet għamlu? X'riżultati kien hemm f'dawn l-ispezzjonijiet? X'passi ttieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, li hi responsabbli li jiġu osservati l-provedimenti tal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, ma rċeviet ebda rapport dwar l-ilment imsemmi mill-Onor. Interpellant. B'dankollu, l-Awtorita' ser tieħu l-passi neċessarji biex jiġi aċċertat li l-ħaddiema fl-istabbiliment indikat ma jsofrux dannu għal saħħithom.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom aktar minn 40 sena u qed jirreġistraw għax-xogħol? Minn liema lokalita' ġejjin? Kemm ilhom jirreġistraw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar persuni ta' 40 sena jew fuqhom li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-Reġistru f'April 2002.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar l-istallazzjoni tal-lifts fl-appartament tal-gvern fil-Floriana: i) hemm xi żviluppi dwar l-użu tal-bitħa fil-każ tal-fond bl-indirizz 46 Triq Sant' Anna Floriana ii) hemm xi żviluppi dwar l-istallazzjoni fil-fond bl-indirizz 55 Triq is-Sur Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li dwar fond numru 46, Triq Sant' Anna Floriana, it-tromba tat-taraġ hija dejqa wisq biex takkomoda lift filwaqt li ma jidhirx li hemm bitħa fejn jista' jiġi nstallat lift. Fir-rigward tal-fond numru 55, Triq Is-Sur Floriana l-każ huwa simili. Fiż-żewġ każijiet għad trid issir spezzjoni minn Engineer biex jikkonferma jekk hemmx possibilitajiet oħra.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlas li jrid jieħu lura l-gvern mingħand dawk l-inkwilini ta' flats fejn ġew stallati l-lifts mill-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar għandha tieħu lura s-somma ta' Lm8,275 mingħand is-sidien ta' l-appartamenti fejn ġew stallati l-lifts. Din is-somma tirrappreżenta 50% mis-sehem li diversi sidien ta' l-appartamenti kellhom iħallsu filwaqt li l-Awtorita' tissussidja l-50% l-oħra. Inkwilini li mhumiex sidien ta' l-appartamenti fejn jiġu stallati lifts mill-Awtorita' ma jħallsu ebda sehem għall-istallar.

Benefiċċju

Question

Jista' l-Ministru jara li kull persuna li hi intitolata jew tingħata l-karta anzjana tingħata ukoll lista ta' benefiċċji jew servizzi li l-persuna li tkun intitolata għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għalkemm dawk li jingħataw il-karta anzjan, meta jmorru jiġbruha, jiġu nfurmati verbalment bil-benefiċċji u s-servizzi li huma ntitolati għalihom, id-Dipartiment konċernat ser jikkunsidra s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.

Sensji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33811, jista' jgħid liema huma dawk l-ażjendi u l-fabbriki li taw is-sensji lill-ħaddiema f'dawn l-aħħar tliet snin jiġifieri minn Settembru ta' l-1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33500 f'Seduta Numru 738.

Ċentru tal-Ħidma Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn telephone box li minnha iċemplu l-ħaddiema tneħħiet mill-basement taċ-ċentru tal-ħidma soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li t-Telephone Box li kien hemm fl-entratura taċ-Ċentru hi għal persuni għomja għalhekk sibna li hi aktar aħjar li din it-Telephone Box tkun fid-dining room taċ-Ċentru ħalli l-klijenti jkollhom aktar privatezza waqt li jkunu jitkellmu.

United Nations — Konferenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenietx rappreżentata fl-aħħar konferenza li saret mill-United Nations fuq it-tfal? Jekk iva, minn min? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontribut dokumentat ta' pajjiżna għal din il-konferenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta kienet rappreżentata mill-Onor Helen D'Amato u mill-Ambaxxatur Malti għall-Ġnus Magħquda fi New York fl-aħħar Konferenza Speċjali tal-Ġnus Magħquda dwar it-Tfal, li saret ix-xahar l-ieħor. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li l-Onor D'Amato għamlet fil-Konferenza bħala l-kap tad-delegazzjoni Maltija.

Addottazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux bi ħsiebu jieħu xi posiżżjoni dwar it-tfal addottati mill-Pakistan minn familji Maltin? Għandu jsir policy statement dwar dan sabiex iserħu ras il-ġenituri adottativi ikkonċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar is-suġġett indikat mill-Onor Interpellant hi dik espressa b'mod l-aktar ċar fl-istqarrija għall-istampa li jien ħriġt fl-14 ta' Mejju 2002.

Housing — Qawra

Question

Jista' l-Ministru jara f’hiex waslet l-applikazzjoni u l-każ tal-persuna tal-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament li din applikat għall-alternative accomdation?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant m'għandiex applikazzjoni valida għal akkomodazzjoni alternattiva mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dan għaliex l-imsemmi Dipartiment bagħat għal din il-persuna diversi drabi biex tirregolariżża l-applikazzjoni li kienet għamlet, iżda hi naqset li tagħmel dan. Il-persuna konċernata ġiet infurmata li l-każ tagħha kien ikkunsidrat magħluq.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiġa x'qed jikkawża d-dewmien fit-talba għall-pensjoni tal-Canada tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jara li jitħaffew il-proċeduri minn naħa ta' l-Awtoritajiet Kanadiżi ħalli l-persuna inkwistjoni tirrimedja din it-talba li issa ilha pendenti s-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.

Pensjoni ta' l-Invalidita` — Birżebbuga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament applikat għall-pensjoni ta' l-invalidita` iżda baqgħet ma rċeviet xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-istudji dwar l-istallazzjoni ta' lift fil-fond 7 Pjazza Mattia Preti Valletta fejn joqogħdu anzjani/persuni b'diżabilita' fis-sulari ta' fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li minn spezzjoni li saret irriżulta li mhux possibbli jiġi nstallat lift f'dan il-blokk minħabba li t-tromba tat-taraġ komuni hi dejqa wisq.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx għajnuna għal single parents li jiġu allokati appartament tal-gvern b'direct allocation peress li dawn ikunu jridu jirriabilitaw l-appartamenti allokati lilhom, kemm f'forma ta' skemi tal-awtorita' tad-djar kif ukoll b'forma ta' għajnuna soċjali mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-postijiet allokati b’titolu ta’ kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-inkwilini jistgħu jibbenefikaw minn Skema W ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. Din l-iskema tipprovdi għal għotjiet għall-irranġar u titjib tal-postijiet sa massimu ta’ Lm1,000 għal dawk il-postijiet mibnija qabel l-1960 u sa massimu ta’ Lm750 għal dawk il-postijiet mibnija wara l-1960. L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali ma jipprovdix speċifikament dwar single parents li jiġu allokati appartament tal-Gvern iżda skond l-istess Att, single parents jistgħu jaħdmu mingħajr ma jitilfu d-dritt għall-għajnuna soċjali kemm-il darba dħul tagħhom ma jaqbiżx id-differenza bejn il-paga minima nazzjonali u r-rata ta’ l-għajnuna soċjali għal tnejn minn nies.

Drydocks — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija li kienet taħdem id-Drydocks u spiċċat xi sitt snien ilu u ma tirċievi l-ebda benefiċċju soċjali la mit-Tarzna u lanqas mis-sigurta' soċjali? Jista' dan is-sinjuur jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.