Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' għoti ta' relief lil xebba omm li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li nqatagħlha r-relief u issa m'għandha l-ebda dħul? Tista' din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaliex qed titnaqsilha l-pensjoni meta din lanqas għandha biex tgħix u fejn saħansitra għandha problema medika serja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jsir is-
slum clearance
fl-
area
ta' St Liena u Irish Street, Bormla? Liema hi l-proprjeta' involuta? Fejn se jingħataw bħala akkomodazzjoni alternattiva r-residenti tal-proprjeta' li se titwaqqa'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li proġett li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant mistenni jibda s-sena d-dieħla wara li jitlesta l-bini ġdid fi Triq San Gwann u Triq Mariano Gerada, Bormla, fejn mistennija jingħataw akkomodazzjoni alternattiva r-residenti.
Il-proprjeta’ involuta f’dan il-proġett tinsab bejn Triq Hanover, Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq San Mark u l-Għolja ta’ Hanover.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' bini ġdid fi Triq San Ġwann, Bormla? F'kemm units jikkonsisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-bini l-ġdid fi Triq San Ġwann, Bormla, li jikkonsisti f’51
unit
, lest mill-fażi strutturali u mistenni jkun lest minn kollox għall-bidu tas-sena d-dieħla.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 18200 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid f'liema stat wasal il-ftehim bejn ir-residenti li daħlu lura fid-djar f'Tigne' wara li kienu marru jgħixu x'imkien ieħor minħabba l-proġett ta' Tigne'? Meta se jitħallsu l-flus imwiegħda lilhom? Liema partijiet tal-bini tagħhom qed jitqiesu kondominju li jridu jieħdu ħsieb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li waħda biss mir-residenti li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant ikkonkludiet il-ftehim għall-kiri tal-post il-ġdid.
Ninsab infurmata wkoll li meta r-residenti l-oħra ġew mitluba biex jiffirmaw il-ftehim għall-kirja dawn qajmu oġġezzjonijiet dwar xi termini tal-ftehim, fosthom liema partijiet tal-bini għandhom jitqiesu bħala kondominju li jridu jieħdu ħsiebu, u għaldaqstant għadhom ma ffirmawx il-ftehim.
Ninsab ukoll infurmata li nbeda l-proċess biex l-inkwilin li ffirma l-ftehim għall-kirja jirċievi l-kumpens dovut.
Tista' il-Ministru tikkonsidra li x-xogħlijiet meħtieġa fil-block in kwestjoni skond mistoqsija parlamentari 18097, isiru din is-sena minflok is-sena d-dieħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sejħa għall-offerti li tkopri x-xogħlijiet indikati mill-Onor. Interpellant mistennija toħroġ ix-xahar id-dieħel u għalhekk hemm possibilita' li dawn ix-xogħlijiet isiru din is-sena stess.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ ir-relief ta' single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara jekk l-anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex jieħu l-pensjoni li ħaqqu meta hu, qabel spiċċa, kien jagħmel xogħol ta' upholstery trade? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni ta' x'ġara minn sussidju li ħadet anzjana li isimha qed jintbagħat separatament biex tirranġa d-dar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li reċentement l-Awtorita' tad-Djar irċeviet il-permessi meħtieġa mill-MEPA biex isiru x-xogħlijiet ta' rranġar fil-post indikat mill-Onor. Interpellant u f'qasir żmien se toħroġ sejħa għall-offerti biex isiru dawn ix-xogħlijiet taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Awtorita' tad-djar — Ħruġ ta' maisonettes fl-Imġarr
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il maisonette se joħorġu fl-iskema l-ġdida ta' l-awtorita' tad-djar ġo Triq il-Ħarrub, l-Imġarr, Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-proġett ta' bini ta' l-Awtorita' tad-Djar fi Triq il-Ħarruba, Triq il-Karamelli u Triq l-Amaroz, l-Imgarr, se jikkonsisti f'65 unit u 122 garaxx.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtha mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-bidu ta' l-2005 sal-lum kien hemm każ wieħed fejn ġiet akkwistata proprjeta' mis-settur privat minn awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Dan il-bini, li jikkonsisti fi tlett appartamenti u tlett garages, ġie akkwistat b'titolu ta' kera mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarisen Soċjali f'Lulju 2005 biex jipprovdi aktar spazju għall-Head Office tal-Fondazzjoni u jiġu estiżi s-servizzi fil-komunita', is-servizzi għall-familja u s-servizzi psikoloġiċi ta' l-Aġenzija Sedqa.
Ninsab infurmata wkoll li peress li dan kien l-uniku bini vojt biswit is-sede tal-Fondazzjoni u l-Head Office tal-Aġenzija Sedqa, ma kienx il-każ li ssir sejħa għal offerti, iżda nkera wara Riżoluzzjoni mill-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt dwar din il-kirja.
Tista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - tagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtha, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li jekk persuna li tkun ġiet boarded out u li qiegħda tieħu l-pensjoni ta' l-invalidita' titlef din il-pensjoni kemm-il darba tikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jew jekk tiġi eletta bħala kunsillier?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li persuna ma titlifx id-dritt għall-Pensjoni għal Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jekk tikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u tiġi eletta bħala kunsillier.
Ninsab infurmata wkoll li jekk tali persuna tiġi maħtura fil-kariga ta' Sindku, li hi kariga remunerattiva, din titlef id-dritt għall-pensjoni msemmija.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex għalqet skema T min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar? Tista' tgħid x'forma ta' inċentivi jew għajnuna hemm għal sidien li jixtiequ jirranġaw il-proprjeta' tagħhom sabiex jinkluduha fis-suq tal-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-iskema li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant għalqet għax fis-snin li kienet miftuħa ma kienx hemm konkorrenza għaliha mis-sidien privati.
Madankollu l-Awtorita' tad-Djar għandha skema oħra li tipprovdi għal għajnuna finanzjarja lill-inkwilini għall-irranġar u titjib ta' proprjeta' mikrija mingħand sidien privati.
Tista' il-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qegħda tirċievi bħala pensjoni Lm49 fix-xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għat-tiswija ta' bini tal-gvern jagħmel upgrading tal-parti komuni tal-faċċata wkoll għaliex hemm fili mikxufin u l-opramorta mhux fi stat tajjeb ta' binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jispezzjona l-bini ndikat u jivverifika x-xogħol meħtieġ.
Tista' il-Ministru tispjega kif is-sistema preżenti ta' sigurta' soċjali nazzjonali qiegħda titħaddem, fis-sens ta' x'tip ta' mekkaniżmu qed jintuża biex jiġu garantiti kemm il-pensjoni minima nazzjonali u pensjonijiet oħra kontributorji, kif ukoll l-increments ta' l-għoli tal-ħajja għal 10-15 sena li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi biex tinżamm ir-relativita' bejn ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali mħallsa taħt l-istess Att u l-Paga Minima Nazzjonali. Permezz ta' dawn il-provedimenti, meta tiżdied il-Paga Minima Nazzjonali tiżdied awtomatikament ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali.
Jekk l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għall-garanzija ta' fondi meħtieġa biex ikopru l-ħlas ta' dawn il-pensjonijiet, nirreferiha għall-inizjattiva li ħa dan il-Gvern biex jirriforma s-sistema tal-pensjonijiet u jassigura kemm is-sostenibbilta' kif ukoll l-adekwatezza tas-sistema għall-ġejjieni.
Tista' il-Ministru tgħid kemm mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali qed jiġu utilizzati għal pensjonijiet futuri? Jekk mhux il-fondi kollha tal-kontribuzzjonijet tas-sigurta' soċjali qed jiġu utilizzati, x'qed isir b'dawk il-fondi li mhumiex jiġu utilizzati għall-pensjonijiet u x'sar mill-fondi extra matul l-aħħar 15-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sistema tas-Sigurta' Soċjali f'Malta hi dik magħrufa bħala 'pay as you go', fejn il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali li jinġabru matul is-sena jmorru fil-fond konsolidat biex jagħmlu tajjeb għall-benefiċċji u pensjonijiet, kemm dawk kontributorji u dawk li m'humiex li jitħallsu matul is-sena. Dan hu rifless fl-Estimi Ġenerali kif approvati kull sena minn dan il-Parlament.
Infakkar lill-Onor. Interpellanti li fil-passat kien jeżisti Fond tas-Sigurta' Soċjali li, barra mid-dħul mill-kontribuzzjonijiet, kien jinkludi wkoll interessi minn investimenti ta' parti minn dan id-dħul. Dan il-Fond kien ġie xolt fl-1978.
Tista' il-Ministru tgħid liema ente fl-eżekuttiv qed jimmaniġġja l-fond li jinġabar mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali? Jeżistu xi tip ta' guidelines jew investment strategies li jiggarantixxu ta' lanqas il-pensjoni minima nazzjonali u pensjonijiet oħra kontributorji għal 10, 15 jew 25 sena li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18386 f'din l-istess Seduta.