B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 21166, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed minkejja li ġie ordnat mill-pulizija sabiex ineħħi l-inġenji minn fuq art pubblika, l-individwu konċernat li qiegħed jisfida il-liġi u jħalli kollox kif inhu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-affarijiet li kienu fuq l-art li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant gew imnehhija u l-Pulisija ser tiehu passi quddiem l-Qorti kontra min kien qieghed jingombra din l-art.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku b'kollox, u dawk fatali , sena sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, TONIO)
1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000
Incidenti tat-Traffiku 9344 10348 10322 12353 12994 15265 16223 10159 11461 12644
Fatali 19 24 19 16 20 14 20 16 12 12
Tajjeb li wiehed jinnota li b'effett mill-1 ta' Lulju, 1999 kazi ta' hit and run bdew jitnizzlu bhala traffic accidents fejn qabel dawn kienu jitnizzlu bhala hsara volontorja.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament dwar permess għal parker?
Jista' jispjega d-dewmien għal ħruġ ta' dan il-permess?
Response (BORG, TONIO)
Ma ghandi xejn x'inzid mat-taghrif li jien tajt fit-Twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21725.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija fuq ksur tar-regolamenti tat-traffiku matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull xahar separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif gej:
Jannar Frar Marzu April Mejju Gunju Lulju Awissu Settembru Ottubru Novembru Dicembru
9119 10090 10694 9111 9812 7706 7616 7371 6701 7547 7549 5910
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien in-numru ta' liċenzji ta' l-armi to keep and carry reġistrati mal-Pulizija f'Malta u Għawdex separatament fil-mument?
Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` liċenzji dwar l-armi huwa ta` 20,548 to keep u ta` 11,226 to carry. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma żżommx l-istatistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' persuni taħt il-35 sena f'Malta u f'Għawdex separatament li għandhom il-liċenzja tal-pulizija għall-armi to keep and to carry?
X'tip ta' armi huma? Jista' l-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għal ħames snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` persuni taħt il-35 sena li għandhom liċenzji dwar l-armi huwa ta` 3,628 to keep u ta` 2,953 to carry. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma żżommx l-istatistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li rata' ta' Lm 125 it-tomna bħala riżultat tar-revisjoni taċ-ċens tal-bdiewa li għandhom ir-raba' fl-inħawi tal-Qammieħ m'hijiex ġusta?
Jista' jara li tiġi riveduta din it-taxxa ndiretta mill-bdiewa sabiex dawn il-bdiewa almenu jħallsu Lm 4 it-tomna flok Lm 125?
Response (BORG, TONIO)
Ir-reviżjoni taċ-ċens tar-raba’ fil-Qammieh saret abbażi tal-kundizzjonijet fil-klawsola numru 3 tal-kuntratt ta’ ċens bejn il-Gvern u ċ-ċenswalisti. Din il-klawsola tipprovdi li:
"L-imsemmi ċens (kanone) għandu jiġi rivedut mill-Gvern meta jagħlqu tlieta u tletin sena u wkoll meta jgħaddu sitta u sittin sena minn din il-konċessjoni u għandu jinġieb għal livell tal-valur ta’ din l-art mogħtija b’ċens kif ikun f’dawk iż-żminijiet rispettivament mingħajr, madankollu, ma jitqiesu l-benefikati permanenti li jkunu saru mill-enfitewta".
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-kera ta’ Lm4.00 it-tomna hija applikabbli fejn art agrikola tingħata b’kera u mhux b’ċens. Qed tiġi konsidrata l-possibilita` li min irid jaqleb minn ċens għal kera taħt l-Iskema tar-Raba` bil-Lm4 it-tomna bħala qbiela.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22066 u t-tweġiba għaliha, meta kien li l-pulizija avżat lis-sid dwar il-bini abbandunat fil-periklu?
X'għamlet s'issa l-pulizija biex is-sid jieħu l-passi biex ineħħi l-periklu li hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi nhar it-28 ta` Novembru 2000 sid il-post kien ġie verbalment infurmat mill-Pulizija sabiex ineħħi l-periklu. Imbagħad, nhar il-15 ta` Diċembru 2000, sid il-post kien ġie intimat formalment skond l-artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Pulizija. Il-Pulizija ħadet ukoll passi kriminali, liema każ jinsab appuntat għas-smiegħ fl-24 ta` Jannar 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nisa mhux Maltin li applikaw u ġiet mogħtija lilhom in-nazzjonalita' Maltija f'kull waħda minn dawn is-snin: 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` nisa barranin li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta mill-1990 sat-30 ta` Settembru 2000 huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Numru
1990
73
1991
109
1992
129
1993
127
1994
100
1995
110
1996
136
1997
107
1998
96
1999
60
2000
168
Jista' l-Ministru jgħid jekk jogħġbu kemm hawn irġiel mhux Maltin li applikaw u ġiet mogħtija lilhom n-nazzjonalita' Maltija f'kull waħda minn dawn is-snin: 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa fl-aħħar ta' Settembru 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` rġiel barranin miżżewġin ma` nisa Maltin li lilhom ġie kkonfermat l-istatus ta` persuna eżenti (exempt person status) mill-1990 sa l-aħħar ta` Settembru 2000 huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Numru
1990
317
1991
229
1992
279
1993
295
1994
337
1995
287
1996
293
1997
256
1998
210
1999
258
2000
149
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irġiel mhux Maltin li tħallew jaħdmu Malta minħabba li żżewwġu mara Maltija f'kull waħda minn dawn is-snin: 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` rġiel barranin li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta mill-1990 sat-30 ta` Settembru 2000 huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Numru
1990
94
1991
137
1992
82
1993
122
1994
149
1995
167
1996
182
1997
132
1998
125
1999
73
2000
166
B'referenza għad-domanda parlamentari nru. 15282, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm proċeduri għall-esproprijazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 2000 sal-31 ta' Diċembru, u jistax jiġi indikat x'valur huwa kkalkolat li ttieħed u kemm-il tomna ġiet hekk esproprijata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ġew ippublikati erbgħa u erbgħin (44) Dikjarazzjoni tal-President għal esproprijazzjonijiet ġodda. Minn dawn, erbgħin (40) kienu jirrigwardjaw art u erbgħa (4) jirrigwardjaw bini. L-"Area" totali ta` art li ġiet dikjarata hija ta` 100,552 metri kwadri (89.45 tomna), filwaqt li l-valur totali ta` l-esproprijazzjonijiet kif stmati fis-sena 2000 huwa ta` Lm2,138,867.00
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairperson ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ddikjara konflitt ta' interess f'laqgħa pubblika dwar l-iżvilupp propost tal-fabbrika tal-Multigas f'Ħal Kirkop,. ħax sehem fir-rapporti preliminari li l-awtorita' ħejjiet fuq din il-materja?
Min huma l-esperti li ħadmu fuq dawn ir-rapporti u l-enviromental planning statement?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dikjarazzjoni ta’ interess fil-Multigas Limited ġiet depositata miċ-Chairman ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar mill-ewwel ġurnata li assuma r-responsabilita tiegħu bħala Chairman.
Minħabba li kien wieħed mill-konsulenti tal-Multigas, fl-ebda stadju tal-proċess ta’ l-applikazzjoni ma ġie nvolut min-naħa ta’ l-Awtorita’.
L-Environmental Planning Statement ġie ppreparat mid-Ditta tal-Periti Mangion & Mangion fuq 'terms of reference' maħruġa mill-Planning Authority u mid-Dipartiment għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent u l-esperti kienu:
Professor Alfred Vella (Air Quality)
John Demanuele (Noise Assessment)
Eman Calleja & Viktoria Gaydarova Calleja (Ecology)
John Ebejer (Visual Impact)
Joseph Borg (Agriculture)
Professor Anthony Bonanno (Archaeology).
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tingħata importanza l-petizzjoni li 96% tal-familja Koppini ffirmaw u li kienet organizzata mill-Environmental Action Committee fi ħdan il-Kunsill Lokali dwar l-oġġezzjoni għall-iżvilupp propost tal-fabbrika tal-Multigas mill-PA u l-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-oġġezzjonijiet/petizzjonijiet jiġu nnutati u pproċessati ma’ l-applikazzjoni. In-noti prinċipali ta’ l-oġġezzjonijiet jiġu nklużi fir-rapport ippreparat mid-Direttorat ta` l-Ippjanar. Qabel ma tintlaħaq deċiżjoni, dawn l-issues jiġu diskussi u kkunsidrati mill-Bord, flimkien ma’ l-issues mressqa mid-Direttorat ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art tal-Gvern f'Xorb l-Għaġin speċjalment fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutsche Welle, għadhiex proprjeta' tal-gvern?
Jista' jgħid wkoll: jekk ġietx negozjata biex tiġi mibjugħa lil xi ħadd?
Jekk ġietx mgħoddija b'kera, b'ċens jew xorta oħra lil xi ħadd?
Jekk ġietx mibjugħa lil xi ħadd u jekk ġietx negozjata bħal ħlas għal proprjeta' li ttieħdet mill-gvern mingħand xi ħadd?
Jekk fl-affermattiv, lil min ġiet mgħoddija din l-art?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art tal-Gvern f’Xorb l-Għaġin fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutsche Welle ma ġiet mibjugħa lil ħadd u għalhekk għadha propjeta` tal-Gvern.
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-bini fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju kien ġie kkanibalizzat minn kuntrattur u dak li kien għad fadal beda jiġi vvandalizzat u mkisser. Kien għalhekk li l-Gvern iddeċieda li sakemm jiġi deċiż x’għandu jsir minnu, il-bini jingħata fuq bażi temporanja biex jintuża għal skop ta’ ħażna u b’hekk ma tibqax issirlu ħsara. Fil-fatt dan il-bini ngħata lil-Fish & Fish Ltd. għal żmien temporanju u meta jrid il-Gvern jista’ jieħdu lura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titneħħa l-karozza Hillman li ilha pparkjata f'Pjazza J Sciberras, Floriana għal żmien twil ħafna jekk jirriżulta' li hi għall-iscrap?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-vettura li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament għadha ma ġietx restitwita lil sidha li ismu qiegħed jintbagħat wkoll separatament mill-pussess tal-Korp tal-Pulizija?
Jekk hemm xi investigazzjonijiet għaddejjin, jista' l-Ministru jispjega kif dawn l-investigazzjonijiet għadhom ma ġewx konklużi wara għaxar xhur sħaħ fuq sempliċi każ ta' kolliżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dwar il-kolliżjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, fejn persuna kienet korriet gravi u kienet fil-periklu tal-mewt, kienet saret inkjesta mill-Maġistrat ta’ l-Għassa li fiha ġie ordnat li tinżamm il-karozza involuta. Ninsab infurmat ukoll li hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti dwar dan il-każ.
B'riferenza għar-risposta mogħtija mill-Ministru fid-19.10.1999 għal mistoqsija parlamentari nru. 10635 fejn il-Ministru qal 'Sadanittant kienu nbdew taħdidiet mill-Gvern preċedenti ma l-Eureka Services Ltd. Dawn it-taħdidiet komplew u kienu fi stadju avvanzat sa lejlet l-elezzjoni', jista' l-Ministru jgħid:
Min irrappreżenta lill-Gvern f'dawn it-taħdidiet fil-perjodu ndikat?
Kemm saru laqgħat mal-gvern preċedenti u ta' dawn it-taħdidiet inżammu minuti? X'kien l-eżitu tagħhom? Kien hemm xi taħdidiet mill-gvern preċedenti ma' xi kumpanija oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minuti tal-laqgħat indikati mill-Onorevoli Interpellant ma nstabux minkejja li ġew imfittxija fil-files tal-Ministeru konċernat ta` dak iż-żmien. Għalhekk mhiniex f`pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għalkemm reġa` ġie konfermat lili li dawn il-laqgħat attwalment kienu saru.