Legislature:
Category:
Reset
Active:

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu? Kemm qiegħda titħallas kera kull xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn tinsab din il-proprjeta' mikrija separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Vetturi tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tiegħu, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ċentru ta' l-Edukazzjoni Adulta

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu xi inizjattivi biex iċ-ċentru ta' l-edukazzjoni adulta, iċ-ċentru tar-riżorsi ta' l-Għarbi, iċ-ċentru tal-Ġermaniż u Franċiż jiġu rilokati f'bini barra l-junior college, Imsida biex l-ispazju miksub jintuża għal skopijiet edukattivi mill-junior college?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, il-materja qed tiġi konsidrata u r-rolokazzjoni taċ-Ċentru tal-Ġermaniż, ta' l-Għarbi u tal-Franċiż isir meta jinstab ċentru ieħor adegwat.

MCAST — Kors ta' l-Electronics

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħata ċ-ċertifikat lill-istudenti ta' l-MCAST li bdew il-kors ta' l-electronics f'Ottubru 2000 u temmewh f'Ġunju 2005, peress li minn informazzjoni li għandi dawn l-istudenti kulma ngħataw, wara pressjoni li saret minnhom, kienet karta li turi li dawn għamlu l-kors,. imma fuqha kien hemm miktub li "This is not a certificate"?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika għal liema kors qed jirreferi peress li l-Istitut ta' l-Inġinerija Elettrika u Elettronika għandu diversi korsijiet fl-elettronika.

Studenti Barranin — Għalliema ta' l-Ingliż

Question

Skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19409 il-Ministru qal li din is-sena applikaw seba' skejjel biex jorganizzaw korsijiet għal dawk li xtaqu jgħallmu l-Ingliż lil barranin. Peress li kien hemm avviżi fil-gazzetti minn ferm aktar skejjel biex jorganizzaw korsijiet simili, jista' il-Ministru jinvestiga u jara jekk dawn fil-fatt applikawx u jekk le għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull skola, mis-seba' skejjel li applikaw biex jorganizzaw korsijiet għal dawk li xtaqu jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, organizzat diversi korsijiet matul din is-sena għalhekk kien hemm avviżi fil-gazzetti ferm aktar minn numru ta' skejjel li organizzaw korsijiet simili.

Studenti Barranin — Għalliema ta; l-Ingliż

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19409, jista' il-Ministru jgħid jekk id-79 persuna li għaddew biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin kollha applikaw lil EFL teaching permit? Kemm huwa t-total ta' persuni li għandhom permess li jgħallmu l-Ingliż b'teaching permit minn dan il-bord?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux id-79 persuna kollha li għaddew sabiex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, applikaw lill-EFL Monitoring Board għall-EFL Teaching Permit. Hemm b'kollox 1,978 għalliem li għandhom l-EFL Teaching Permit maħruġ mill-EFL Monitoring Board.

Skejjel li jgħallmu l-Ingliż

Question

Peress li jidher li qed isiru wisq korsijiet minn skejjel li jgħallmu l-Ingliż biex ikollhom persuna fil-klassi għal ma' l-istudenti, jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' kontroll, bħal spezzjonijeit għall-għarrieda, isiru f'dawn l-iskejjel? Kemm saru spezzjonijet mill-1 ta' Jannar sal-lum? F'liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet minn skejjel li jgħallmu l-Ingliż biex ikollhom persuni fil-klassijiet sabiex jgħallmu lill-istudenti, huma kkontrollati mill-Monitoring Board permezz tal-linji gwida u l-ħtieġa ta' l-iskejjel li japplikaw lill-Monitoring Board għall-permess ħalli jorganizzaw dawn il-korsijiet. M'hix il-prattika s'issa li jsiru spezzjonijiet waqt dawn il-korsijiet.

Eżamijiet tas-Sec/Matsec

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi deċiżjoni dwar jekk u meta se tiġi introdotta s-sistema ġdida ta' l-eżamijiet tas-Sec/Matsec li l-eżamijiet jibdew isiru f'Ġunju u r-resits f'Novembru? Ma' min saru konsultazzjonijiet wara li ħareġ ir-rapport tal-kumitat maħtur apposta?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-deċiżjoni fuq meta ser tidħol is-sistema l-ġdida li l-eżamijiet tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola jibdew isiru f'Ġunju u r-resits f'Novembru għad trid tittieħed. Dan iseħħ wara li jintemmu l-konsultazzjonijiet ma' rappreżentanti ta' min hu kkonċernat.

Skejjel — Studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja

Question

Matul is-sena skolastika 2004/2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom bniet u subien: 1) fl-iskejjel sekondarji statali; 2) fil-junior lyceums; 3) fi skejjel privati; u 4) fi skejjel tal-knisja? Kemm minnhom kisbu grad 1 sa 5 fl-eżamijiet tas-SEC fil-Malti, Ingliż, Matematika, Fiżika u Teknoloġija ta' l-Informatika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2004/2005 hu hekk: Skejjel Statali Sekondarja Junior Lyceum Skejjel Subien/Bniet Total Subien 812 746 103 1,661 Bniet 725 973 57 1,755 Totali 1,537 1,719 160 3,416 Skejjel tal-Knisja Skejjel Indipendenti Total Subien 806 247 1,053 Bniet 675 192 867 Totali 1,481 439 1,920 Informat ukoll li n-numru ta' kandidati li kisbu grad minn 1 sa 5 fl-eżamijiet tas-SEC fil-Malti l-Ingliż, il-Matematika, il-Fiżika fl-eżamijiet li saru f'Mejju u f'Settembru 2005 huma kif jidhru fit-Tabella hawn taħt. Fil-livell tas-SEC, hemm biss eżami fil-Computer Studies u mhux fit-Teknoloġija ta' l-Informatika u dan l-eżami jsir f'Mejju biss. L-informazzjoni dwar dan is-suġġett qed tingħata wkoll. Numru ta' kandidati li kisbu grad 1 sa 5 fl-2005. Suġġett Numru ta' kandidati Malti 2916 Ingliż 3780 Matematika 3350 Fiżika 2939 Computer Studies 1233

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isiru konsultazzjonijiet ma' rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-knisja dwar il-possibbilta' li jkun hemm eżami wieħed għad-dħul fil-Form 1 tal-Junior Lyceums? Ma jaħsibx li eżami nazzjonali wieħed ikun ta' benefiċċju għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar it-twaqqif ta' Grupp ta' Ħidma sabiex jeżamina b'lenti kritika l-eżamijiet li jsiru fl-aħħar tal-kors primarju li jinkludi kemm l-eżamijiet tal-Junior Lyceum u kemm dawk tal-Common Entrance.

MCAST — BTEC National Diploma in Sport

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar placements li qed isiru ta' studenti ta' l-MCAST li qed isegwu kors tal-BTEC National Diploma in Sport (Sports Development and Fitness), speċjalment fid-dawl tal-punti li tqajjmu mill-Universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST — ECDL

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex mhux l-istudenti kollha ta' l-MCAST qed jingħataw l-opportunita' li jieħdu l-kors ta' l-ECDL mingħajr ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet ta' l-ECDL li jaqgħu taħt il-programm ta' l-ESF huma mogħtija bla ħlas. Informat ukoll li l-programmi l-oħra kollha ta' l-ECDL huma mħallsa mill-istudenti li jattendu għalihom. Il-Kulleġġ jamministra dawn il-ħlasijiet.

Ħaddiema tas-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qegħdha tinġabar u tingħata f'Seduta oħra.

Junior Lyceum Sir Adrian Dingli

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19671 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ddeċidiet li tneħħi l-ispazji fil-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li kienu jintużaw b'mod tajjeb għal skopijiet edukattivi? Għaliex id-diviżjoni qed tinjora lit-tmexxija ta' l-iskola, il-kunsill ta' l-iskola u x-xewqa ta' l-istudenti u l-ġenituri f'deċiżjoni bħal din?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tkeċċija ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-azjendi li s-sena l-oħra għalqu jew keċċew il-ħaddiema? Kemm-il ħaddiem ġie affettwat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tħoss li mhux kompitu tagħha tiżvela min kienu dawk l-azjendi li taw is-sensji għaliex din l-informazzjoni jista’ jkollha effett ħażin fuq il-prospetti kummerċjali ta’ l-organizzazjonijiet involuti.

FTS

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet li fil-preżent u matul dan is-sajf il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada qed taħdem fuqhom u dan skond l-istrategic plan imfassal? Jista' jgħid ukoll kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol separatament għal kull proġett? Fl-aħħarnett, jista' il-Ministru jpoġġi kopja ta' l-istrategic masterplan ta' l-FTS fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-pjan ta' bini ta' skejjel ġodda jiddependi mid-deċiżjoni dwar kif ser ikunu komposti l-Kulleġġi.

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Diretturi u Assistenti Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18989, jista' il-Ministru jaġġorna l-informazzjoni wara l-bidliet li tħabbru riċentement? Jista' jagħti l-informazzjoni bl-istess mod li ġiet mogħtija fil-mistoqsija msemmija hawn fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-vakanti li mtlew dan l-aħħar huma: - Direttriċi, Policy Development & Project Implementation, Ms Micheline Sciberras DIP.Y.S., B.ED(Hons), M.A.(Durham), - Direttur, Europe and International Affairs, Mr Mario Buttiġieġ DBA, Dip. in Dip. Stud, - Direttur, Corporate Services, Mr Leonard Sacco MBA, BA.(Hons.), Business Management.

Employers f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu ġew reġistrati employers ġodda kull sena f'Għawdex mill-1998 'il hawn u kemm minnhom huma kumpannija? Kemm qed iħaddmu nies illum il-kumpanniji u l-employers individwi separatament? Kemm employers ġew dereġistrati fl-istess perijodu? Kemm kienu jħaddmu nies meta ġew dereġistrati?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.