Legislature:
Category:
Reset
Active:

Early Retirement Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tat-tarzna li ħarġu b'pensjoni tal-Invalidita' huma intitolati għal early retirement scheme mill-Malta Drydocks?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Early Retirement Scheme hija skema stabbilita' li saret bi ftehim bejn l-awtoritajiet governattivi u l-Kunsill tat-Tarzna. Fil-preżent din l-iskema mhijiex miftuħa għal iżjed reklutaġġ. L-aħħar reklutaġġ li sar kien fl-1995.
Leg 9 PQ #28529 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Public Right Society

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħwienet f' Malta u Għawdex li qegħdin iħallsu t-Taxxa tal-Public Right Society?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa llum l-ebda Collecting Society ma ġiet inkorporata mad-Dipartiment responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u ta' drittijiet viċini skond Taqsima XI ta' l-Att Dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mhijiex a dispożizzjoni.
Leg 9 PQ #28531 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vapuri Militari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-ordni biex il-vapuri militari Ingliżi kif ukoll Amerikani salpaw 'il barra minn xtutna hekk kif sar dak id-diżastru fl-Amerika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28549 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemetrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' sar mis-sistema tat-telemetrija li ġiet mirbugħa b' tender CT/110/98 (FA125/MTL) minn kumpanija barranija? Min hi din il-kumpanija li ħadet it-tender, jekk is-sistema kinietx qeda taħdem jew le u x' inhi r-raġuni jekk ma' kinietx qeda taħdem? X' inhi r-raġuni li t-tender CT/WSC/T26/2001 tal-31 ta' Awissu 2001 qeda tirristrinġi l-użu tat-teknoloġija u kommunikazzjoni mobile fil-qasam tat-telemetrija billi jintuża l-istess apparat diġa eżistenti? Jekk sarx feasibility study ta' kemm ser jiswa l-Scada Software u l-interface ma' l-apparat eżistenti u jekk dan jagħtix garanzija li s-sistema topera b' mod effiċjenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28550 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl fit-Toroq

Question

B'referenza għal-arbli tad-dawl ġodda fi Triq is-Sebbelliki u Triq 'l Għakru f'Ħaż-Żabbar. Peress li dan l-aħħar f'dawn it-toroq twaħħlu arbli tad-dawl ġodda fuq il-bankini biex jinqalgħu l-lampi antiki imwaħħlin mal-ħitan tad-djar peress li ma wieħed minn dawn l-arbli twaħħlet tabella li tindika li x-xogħol inbeda fis-9 ta' Frar 2001, liema tabella għada mwaħħla hemm sal-lum. Peress li dawn l-arbli ilhom lesti għal żmien twil bil-lampi ikkonettjati u xi xhur ilu ġew mixgħul bi prova, jista' l-Ministru jinfurma lill din il-Kamra x'inhu jiġri, għaliex kull meta l-Kunsill ta' Ħaż-Żabbar ġie mistoqsi għaliex dawn il-lampi m'humiex jinxtgħelu, il-kunsill jirrispondi li suppost li ilhom ħafna mixgħula, anki kienu sorprizi li għadhom ma nxtegħlux u fejn anke ir-residenti ġew infurmati biex ikellmu lill-engineer. Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi li jinxtelu l-lampi l-ġodda jew l-antiki li għadhom fil-post?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #28149 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Biedja - Levies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 27888 li oriġinarjament kienet saret lil Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe: B'riferenza għat-tneħħija tal-levies ta' protezzjoni għall-biedja li se jneħħi l-gvern minħabba s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana jekk il-levies humiex se jitneħħew fuq l-importazzjoni mill-pajjiżi tad-dinja kollha, dejjem jekk dawn ikunu skond l-istandards tal-Codex Alimentarius tal-FAO, tad-WTO u tad-WHO?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-levies qatt ma kienu ntiżi sabiex jiddifferenzjaw bejn l-importazzjoni minn xi pajjiż jew ieħor, iżda kienu ntrodotti biss biex joffru protezzjoni lil industrija lokali sakemm din tissaħħaħ u tirristruttura ruħha. Għalhekk, meta jiġi ffinalizzat pjan għat-tneħħija tal-levies fuq prodotti agrikoli bħala parti minn pakkett ta' investimenti sabiex jiġi rristrutturat u modernizzat dan il-qasam, dawn il-levies jitneħħew minn fuq l-importazzjoni tal-prodotti konċernati, indipendentement minn liema pajjiż ikunu ġejjin.
Leg 9 PQ #28136 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħofor ta' l-ilma reġistrati mal-W.S.C. f'Malta u Għawdex separatament fil-preżent? Kemm-il rapport irċeviet il-W.S.C. dwar ħofor illegali illi kienu qed issiru matul din is-sena? X'irriżulta u x'passi tieħdu? F'liema inħawi ta' Malta saru dawn ir-rapporti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 3,302 boreholes f'Malta u 1,842 borehole f'Ghawdex registrati mal Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. B'kollox kien hemm tnax-il rapport dwar ħofor illegali. Dawn kienu fil-lokalitajiet li ġejjin: 3 fis-Siggiewi, 2 fl-inħawi tal-Miżieb, 2 f'Haż-Żebbug, Malta, 1 f'Għajn Tuffieħa, 1 fil-Mellieħa, 1 fir-Rabat, Malta, 1 fil-Baħrija u 1 f'Għajnsielem. Il-passi li ttieħdu rigward dawn ir-rapporti kellhom dawn ir-riżultati: Fi tlitt każi irriżulta li ma kienx sar tħaffir F'erba' każi irriżulta li ma kien hemm ebda traċċa F'ħames każi ittieħed azzjoni mill-Pulizija u fil-fatt il-boreholes intradmu.
Leg 9 PQ #28137 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsum ta' Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jawmenta l-konsum tal-fuel - diesel, petrol, pitrolju eċċ matul l-ewwel 6 xhur tas-sena f' Malta u Għawdex separatament? Jista' l-Ministru jiprovdi l-istess informazzjoni tas-snin - 1997, 1998, 1990 u 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28418 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vodaphone — Policy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru 18919?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 18919 tajt tweġiba għaliha waqt is-Seduta numru 363.
Leg 9 PQ #28294 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru 28176?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Tajjeb jingħad li dawn l-impjegati jitħallsu direttament mill-kumpanija jew entita' li jaħdmu magħha u għaldaqstant il-Maltacom mhix f'pożizzjoni tagħti dettalji ta' ħlas u benefiċċji li qed jirċievu.
Leg 9 PQ #28384 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żjara f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li mexxeja ewropej li kienu ser iżuru Malta, ħassru iż-żjara tagħhom minkejja li komplew biż-żjarat tagħhom f'pajjiżi oħrajn ewropej?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28405 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tankijiet ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li t-tankijiet li jformu l-ilma kollu lill-households tar-residenti li joqogħdu 'Fuq Verdala, Bormla, tnaddfu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-tindif tat-tankijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mhux fir-responsabbilta' ta' xi entita' li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi. Għaldaqstant nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28101 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tat-Telephone

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni biex familja li l-partikularijiet dwarha jinsabu anessi separatament tieħu s-servizz tat-telephone?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-servizz ingħata wara li għal bosta drabi saru sforzi minn ufficjali tal-Maltacom biex jikkuntattjaw lill-applikant fuq in-numru tat-telefon cellulari li ħalla bħala "contact telephone number".
Leg 9 PQ #28255 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx il-permess biex jinbena s-sett tal-film Julius Ceasar fil-fortizza Rikazoli? Jekk iva, meta ħareġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dan il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28264 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Interess tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħaddiema f'kull kategorija f'dawk l-azjendi u korporazzjonijiet li fihom l-Gvern għandu interess, matul l-1998, l-1999, l-2000 u l-2001 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif kelli okkażjoni ngħid meta weġibt il-mistoqsija numru 28095 waqt is-Seduta numru 602, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal diversi tweġibiet li tajt għal numru konsiderevoli ta' mistoqsijiet dwar l-istess materja li jinkludu d-dettalji li qed jintalbu f'din il-mistoqsija. Ghaldaqstant ma narax skop għaliex informazzjoni hekk dettaljata għandha terġa' tinġabar.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra f'liema toroq saru bozoz u dawl ġdid għas-servizz tal-pubbliku ġewwa r-raħal tax-Xgħajra tul is-snin 1999, 2000 u din is-sena. Jistax ukoll jinforma kemm flejjes intefqu komplessivament fuq dan u jistgħax jiġi kkunsidrat li l-parti inizjali tar-raħal tiġi mdawla ukoll?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kien hemm approvazzjoni sabiex jitwaħħlu 44 lampa ġdida fit-toroq tax-Xgħara bejn l-1999 u s-26 ta' Settembru ta' din is-sena. It-toroq huma dawn: Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fabbriki, Triq Carmelo Penza, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq Orlando, Triq Carmelo Ritchie, Dawret ix-Xatt, Triq Leonard Mahoney, Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq il-Knisja, Triq Ġdida fi triq il-Knisja, Triq Wied Galvan u Triq Dwardu Ellul. L-ispiża totali hija stmata li tlaħħaq Lm19,011. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Parti li qed jirreferi għaliha hija Triq Orlando li tinsab fil-bidu tax-Xgħajra. Ninsab infurmat li saret stima biex din it-triq tiddawwal bi ħdax-il lampa ġdida.
Leg 9 PQ #28286 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

1) Jista' l-Ministru jikkonferma li f' dawn l-aħħar xahrejn reġgħu d-daħħlu ħaddiema jaħdmu mal-Gozo Channel? 2) Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li ġew ingaġġati u x' grad għandhom ma' l-istess kumpanija? 3) Saret sejħa mill-ETC għal-istess għażla? 4) Il-persuni magħżula kienu jireġistraw taħt l-ewwel parti u kemm kull wieħed minnhom kien ilu jirreġistra taħt l-ewwl parti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar xahrejn ma kienx hemm ħaddiema li reġgħu iddaħħlu jaħdmu mal-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #28293 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet u Entitajiet tal-Gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28093 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' sussidju rċevew il-korporazzjonijiet u entitajiet fejn il-Gvern għandu interess u dan mill-below the line account matul l-1999, l-2000, l-2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 28093 waqt is-Seduta numru 602.
Leg 9 PQ #28353 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Il-Mina ta' Fuq Verdala

Question

Jista' l-Ministru jara li jissewwew ż-żewġ bożoż li jinsabu taħt il-mina ta' 'Fuq Verdala, Bormla'

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #28168 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' impjiegi ġodda fil-Ministeru u dipartimenti li jiffumaw parti mid-dekasteru tiegħi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba għall-mistoqsija numru 25560 waqt is-Seduta numru 553. Ninforma lill-Onorevoli Membru li ebda aġenzija ma' tifforma parti mid-dekasteru tiegħi.