Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19761, jista' il-Ministru jgħid min fl-ADT approva l-ħruġ ta' erba' permessi għal reserved parking? Minn liema lokalita' huma l-erba' applikanti u x'kienet ir-raġuni umanitarja f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-erba’ permessi għal reserved parking li qed jirreferri għalihom l-Onoreoli Interpellant ġew approvati mis-CEO u mic-Chairman ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Tali reserved parking ġew approvati waħda f’kull raħal, fin-Naxxar, Iklin, Sliema u Żurrieq. Ir-raġuni umanitarja, f’kull każ, kienet relatata ma’ problemi ta’ saħħa.
B'riferenza għall-konferenza stampa mogħtija fit-3 ta' Lulju dwar il-park and ride, jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se tiswa lill-ADT kull sena d-deċiżjoni tal-gvern li tkun hi li tipprovdi trasport b'xejn bejn il-Blata-l-Bajda u l-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif intqal fil-konferenza stampa tat-3 ta’ Lulju, hu maħsub li l-ispiża tat-trasport relatat mall-park and ride se tkun iffinanzjata miż-żieda fit-tariffa proposta tal-Controlled Vehicle Access.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament se jerġa' jiġi rivedut kif imwiegħed f'mistoqsija parlamentari preċedenti W250? S'issa ma ġara xejn u l-każ huwa gravi.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-każ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kien ġie rivedut u l-kriterji għal eliġibilita’ tas-servizz reġgħu ġew eżaminati u ġġudikati kif ġej:
· L-applikant ma jużax siġġu tar-roti
· Il-livell tas-severita’ tal-mobbilta’ kif maħruġ mit-tabib ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta, huwa ta’ 2 livell li mhux ikkunsidrat bħala sever li l-massimu hu ta’ livell 5
· L-applikant jitla’ t-taraġ u jimxi bil-mod iżda bilanċjat sewwa
· L-applikant ma jsuqx huwa iżda jsuq min jgħix miegħu
· Skond ir-rapport tal-Kunsill Lokali, fit-triq tar-residenza ta’ l-applikant ma hemmx restrizzjonijiet ta’ parkeġġ
Għaldaqstant id-deċiżjoni tal-Bord għal
Reserved Parking
għal Persuni b’Diżabilita’ li kienet ittieħdet fis-17 ta’ Mejju 2005 ġiet ikkonfermata.
Madankollu, l-applikant jista’ jappella din id-deċiżjoni tal-Bord għal
Reserved Parking
għal Persuni b’Diżabilita’ għand ir-
Review Panel
għal
Reserved Parking
għal Persuni b’Diżabilita’ li jaqa’ taħt il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla Triq il-Gandoffli, Wied il-Għajn li hi prattikament kważi lesta b'parti żgħira ħafna mit-triq li tħalliet imħarbta?
Apparti li din hi ta skumdita u inkonvenjent għar-residenti u għat-traffiku, billi din it-triq tagħti għal mal-promenade ta' Wied il-Għajn, jista' il-Ministru jidħol fil-każ u jara li din it-triq tistax titkompla għax hi anke eyesore għat-turisti?
Possibbli ssir site visit mill-awtorita' dwar it-trasport f'din it-triq biex jiġi aċċertat kemm fadal ftit xogħol xi jsir biex it-triq titkompla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant tagħmel parti mill-lista ta’ toroq li l-Awtorita' dwar it-Trasport identifikat għal program għall-bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali.
Dan il-program diġa’ beda b’numru ta’ toroq li qed jinbnew u oħrajn (uħud minnhom f'Mscala) li qed jinħarġu t-
tenders
għax-xogħlijiet fuqhom. Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant li jkun verifikat li m'għadx hemm ħafna xogħol fuq il-parti li għadha ma saritx ġie mgħoddi lill-uffiċjali tal-ADT.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu f'parti minn Triq Spiru Mizzi, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jagħti d-data ta' meta se jinbeda x-xogħol ta' resurfacing b'mod konkret fi Sqaq l-Imrieħel, Birkirkara li tant ilu mistenni mir-residenti li joqogħdu hemmhekk?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fis-sqaq imsemmi mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li din it-triq kienet ġiet asfaltata żmien ilu. Il-manutenzjoni ta’ din it-triq hija responsabilita’ tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu f'parti minn Triq Mons G Depiro, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-parking area ta' quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat tingħata xi forma ta' wiċċ temporanju biex jitneħħa l-inkonvenjent kemm ta' min jipparkja kif ukoll tar-residenti tal-madwar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19762 u 19887 u jgħid, b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19600, min kienu dawk l-uffiċjali/impjegati (il-pożizzjoni tagħhom), inklużi membri tal-bord, li kellhom ċitazzjonijiet imħallsa mill-awtorita'? Kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ u x'kien ir-reat li sar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ma nħossx li hu fl-interess pubbliku li tingħata lista uffiċjali b'uffiċjali u l-kontravenzjonijiet partikolari.
L-Ammont kollu ta' ċitazzjonijiet għal perjodu indikat li l-ADT intalbet tħallas huwa ta' Lm640. Minn dawn Lm175 kienu fuq karozzi mikrija u użati minn uffiċjali tal-ADT. Dan l-ammont tħallas sabiex tiġġedded il-liċenzja tal-vettura u l-ammont beda jkun irkuprat mill-uffiċjali involuti.
Id-differenza bejn Lm640 u Lm175 tirrigwarda ċitazzjonijiet li l-ADT qegħda jew tikkontesta jew titlob lill-uffiċjali jħallsuhom qabel ma' l-ADT tgħaddi l-ħlasijiet.
Jista' il-Ministru jindaga dwar x'inhu jiġri fir-rigward tal-parking diżorganizzat ta' caravans fuq ir-ramel fix-xtajta tal-Ġnejna? Jista' jara jekk hijiex qed issir forma ta' illegalita' u jekk mhux il-każ jara li l-parking isir b'mod aktar organizzat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Skond l-Att ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta ta’ l-2000 jirriżulta li l-Awtorita’ hija responsabbli biss mit-toroq kif definiti fl-istess Att. Ix-xtajta tal-Ġnejna fuq ir-ramel ma taqax taħt ir-responsabilta’ ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ triq ġdida fi Triq it-Tank, peress li l-11-il familja residenti sal-lum għandhom aċċess biss permezz ta' sqaq privat? Jifhem il-Ministru li bl-aċċess limitat tal-lum ambulanza, fire engine u servizzi oħra ta' emerġenza m'għandhomx l-aċċess meħtieġ? Jista' jgħid x'sar s'issa u x'beħsiebha tagħmel l-awtorita' dwar it-trasport dwar din il-problema tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skond il-Liġi, toroq ġodda jinfetħu u jiġu ffurmati mill-iżviluppaturi ta' l-art stess. Ix-xogħol ta' l-ADT ikun li tasfalta t-triq ġaladarba tkun miftuħa.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat il-ħajt li waqa' wara inċident tat-traffiku fi Triq Qormi, Marsa, biswit il-Maltapost minħabba l-periklu li hemm fl-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-ħajt msemmi hu propjeta’ privata.
Peress li hemm periklu u t-triq hija waħda distributorja l-ADT ser tagħmel ix-xogħol ta’ manutenzjoni meħtieġa u tirkupra d-danni mingħand min għamel l-imsemmija ħsara.
Peress li bil-konkos li taw fi Triq Via St Luċija hemm xi katusi ta' l-ilma li t-toqba ċekknuha u l-ilma flok qiegħed imur ġol-mini spiċċa li se jinżel lejn iċ-ċimiterju, u l-katusi huma kollha ħmieġ u boroż, jista' il-Ministru jieħu azzjoni korrettiva?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq għadhom ma tlestewx. Il-kuntrattur għad fadallu xi xogħlijiet minuri li jinkludu t-tindif ta’ din id-dorga u xi alterazzjoniet biex l-ilma jibqa jinqabad minn din id-dorga.
Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna ħin u fiċ-ċirkustanzi illi bħalissa l-Gvern qed jevalwa s-sistwazzjoni tal-"fixed term" (ara risposta PQ 19741) ma jinħassx li għandha tingħata risposta dettaljata f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Antonio Galea, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li beda fi Triq l-Għabex f'Birkirkara waqaf? Jista' jgħid meta se titkompla din it-triq u jara li tingħata attenzjoni immedjata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Meta l-Mepa ħarġet il-linja tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li kien hemm ħames arbli tad-dawl li kellhom bżonn jiġu mċaqalqa biex jkun jista’ jinbena retaining wall ta’ din it-triq.
Minħabba f’hekk ix-xogħol kellu jieqaf għal xi żmien sakemm dawn l-arbli ġew imressqa kif suppost.
Kif tressqu dawn l-arbli x-xogħol fit-triq imsemmija tkompla skond il-programm tax-xogħlijiet.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fiq Triq il-Ftieħ, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew f’Birkirkara saru u qed isiru xogħlijiet f’dawn it-toroq:-
Triq it-Tempji Megalitiċi
Triq Notabile (
phase D
)
Triq Grosseto
Triq Gaffiti Navali
Triq Luiġi Onofio
Triq is-Sienja
Triq l-Ibagħal
Triq l-Għabex
Barra minn hekk ingħata t-
tender
għall-Triq tal-Qattus, Triq il-Vaguni, Triq il-Qanpiena l-Kbira u Triq is-Sisla.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li dawn ix-xogħlijiet ikopru program estensiv f'lokalita' waħda. It-triq imsemmija hija waħda minn disgħa f'Birkirkara li għad fadal sabiex jitlesta l-program kollu għal Birkirkara. Minħabba li għad hemm irħula jew ibliet oħra fejn in-numru ta' toroq x'jinbnew huwa sostanzjali għadu mhux opportun li tingħata data konkreta f'dan l-istadju meta ser isiru dawn id-disa' toroq. Madankollu l-ADT qegħda tfassal program sabiex isiru x-xogħlijiet fit-toroq kollha li baqa' f'Malta fis-sentejn li ġejjien.
Jista' il-Ministru jagħti d-data meta se jinbeda x-xogħol ta' resurfacing b'mod konkret fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara li tant ilu mistenni mir-residenti li joqogħdu hemmhekk?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li din it-triq kienet ġiet asfaltata żmien ilu. Il-manutenzjoni ta’ din it-triq hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid - billi jagħti data konkreta għal ġieħ ir-residenti li joqogħdu fi Triq Giovanni Mamo, Birkirkara - meta se jingħata t-tarmac fl-istess triq?