B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12562, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-farms tal-baqar u fejn hu l-każ tal-majjal?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu peress li minkejja li kien mitlub jagħmel dan fit-Tweġiba Parlamentari 12562, f’din il-mistoqsija baqa’ ma speċifikax għal-liema skemi qed jirreferi.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12559, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' laħam tat-tiġieġ ġie importat miċ-Ċina fl-għaxar okkazzjonijiet li ddaħħal dan il-laħam f'Malta? Kemm kienet l-kwantità ta' laħam li ġiet importata u meta?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12561 billi r-risposta talbitni ngħamel il-mistoqsija l-Ministru kkonċernat, jista' l-Ministru allura jiddikjara jekk il-Ministeru ssuġeriex jew le sabiex toroq li huma ta' importanza għal-bdiewa jidħlu fil-proġett tax-xogħol indikat?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-sejħa maħruġa mill-Managing Authority (EAFRD) fid-9 ta’ Settembru 2014 fejn intalbu applikazzjonijiet taħt il-Miżura 125 li hija mmirata biex ittejjeb l-aċċessibilita` għar-raba’ (farm access roads). Kulħadd seta’ japplika skont il-kriterji tas-sejħa u għalhekk mhux il-każ li l-Ministeru jagħmel xi suġġerimenti sabiex toroq li huma ta' importanza għal-bdiewa jidħlu fil-proġett.
Proposti ta' tisbiħ fil-lokalità ta' Fgura, l-Imsida, San Pawl il-Baħar u r-Rabat Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proposti li ntbagħtu mill-kunsilli lokali tal-Fgura, l-Imsida, San Pawl il-Baħar u r-Rabat Għawdex għal dak li jikkonċerna l-programm ta' tisbiħ fil-lokalità skont programm maqbul mal-Ministeru?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-lokalitajiet li qed jirreferi għalihom ġew magħżula bħala parti minn proġett pilota, minn reġjuni differenti tal-gżejjer Maltin. Il-Kunsilli lokali rispettivi laqgħu l-istedina u l-ideat tagħhom ġew approvati bħala l-ewwel inizjattiva għat-twettieq tal-proġett. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Memoranda of Understanding li ġew miftehma mal-Kunsilli fi ħdan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’investigazzjoni beda, jew wettaq il-Ministeru dwar rapport li deher fil-ħarġa tal-lum, 27 ta’ Novembru 2014 tal-ġurnal in-Nazzjon, dwar prodotti agrikoli mhux Maltin li qed jinbiegħu mill-Pitkalija bħala prodotti lokali? Kemm-il spezzjoni saret fil-Pitkalija, dwar rapporti oħra simili? X’instab u x’passi ttieħdu? X’inhuma l-pieni li suppost jeħel min jinqabad jikser ir-regolamenti dwar bejgħ ta’ prodotti mhux Maltin mill-Pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ferm qabel ma deher ir-rapport li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, bħala proċedura, isiru spezzjonijiet mill-uffiċjali tas-sigurta` fid-dħul tal-pitkalija u jsiru ukoll spezzjonijiet ad hoc għand diversi pitkala biex kemm jista’ jkun ma jkunx hemm l-allegati abbużi bi ksur tar-regolamenti li jipprojbixxu l-bejgħ ta’ prodotti importati mill-pitkalija bħala prodotti lokali.
Kif jista’ japprezza l-Onor. Interpellant, f’ħafna każi huwa ferm diffiċli li tiddistingwixxi bejn prodott lokali u prodott importat, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx ippakkjat b’mod ovvju.
Dan l-allegat abbuż jista’ possibilment iseħħ kemm il-darba xi ħadd idaħħal fil-pitkalija prodott importat flimkien mal-prodott lokali. Jekk jiġri hekk dan ikun abbuż tar-regolamenti u jittieħdu l-passi neċessarji.
Jien infurmat ukoll li fil-passat taħt amministrazzjoni preċedenti kien ikun hemm diversi allegazzjonijiet simili.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12563, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għas-snin 2011, 2012, 2013 u 2014?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba. Inżid illi bħalissa m'hemmx il-ħsieb li jinħargu iktar skemi oħra bhal dawn.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla taċ-ċanga matul is-sena 2013 u din is-sena, xahar b’xahar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal matul is-sena 2014 u din is-sena, xahar b’xahar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – żidiet f’miżati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda fil-miżati għas-servizzi li joffri l-Ministeru tiegħi hija kif ippreżentata fl-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “ATT biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2015 u miżuri amministrattivi oħra” li ġie ppubblikat fis-Suppliment li jinsab mal-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta’ Novembru 2014.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol preparattiv marbut mal-breakwater ta’ Marsaxlokk? Min qed jipprepara l-proposti min-naħa tal-Ministeru? X’kuntatti saru s’issa mal-MEPA dwar dan l-istess breakwater?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ġiet ri-attivata l-applikazzjoni mal-MEPA għax-xogħolijiet fuq il-breakwaters ta’ Marsaxlokk. Għal dan il-għan ġiet imqabbda kumpanija, wara sejħa għall-offerti, biex tipprepara żewg rapporti li huma, l-Appropriate Assesment u l-Environmental Impact Statement, ħalli jiġu sottomessi lill-MEPA hekk kif mitluba, bħala parti minn proċess għall-applikazzjoni tal-permessi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme bejn l-1 ta’ April 2013 sakem dan il-qasam kien baqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu jiġifieri sa Marzu 2014?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-ammont ta’ benefiċjajri li bbenefikaw bejn l-1 t’April 2013 sa Marzu 2014 kien ta’ 18,775.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-1 ta’ Diċembru 2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, l-ammont ta’ benefiċjajri li bbenefikaw mill-European Aid Programme kien ta’ 14,910 fis-sena 2011 u 17,614 fis-sena 2012.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassam ikel tal-European Aid Programme mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-1 ta’ Diċembru 2012?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassam ikel tal-European Aid Programme mill-1 ta’ April 2013 sakemm dan il-qasam baqa taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu jiġifieri sa Marzu 2014?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Central Strips, Roundabout u postijiet pubbliċi – tiżjin tal-Milied
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ central strips, roundabouts u postijiet pubbliċi oħra li għandhom jew se jkollhom xi tiżjin tal-Milied din is-sena u fejn jinsabu? Kemm minn dawn il-postijiet se jkollhom il-preżenza tal-Bambin fil-maxutra? Minbarra hekk, kemm minn dawn il-postijiet se jkollhom il-kliem Merry Christmas inkluż fit-tiżjin?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant li jekk għandu xi suġġerimenti u proposti dwar jekk, u għandomx ikollhom, il-kliem Merry Christmas inkluż fit-tiżjin u dwar il-preżenza tal-Bambin fil-maxtura, jien ngħarraf lill-Ministru kkonċernat minnufih sabiex fejn hemm qbil tissebbaħ u titkattar din id-drawwa ta’ dawn iż-żmienijiet.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjiegi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11751 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11532, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ każi fejn ġew impjegati ħaddiema direttament taħti jammonta għal 60 li 4 minnhom ġew minn xi entita pubblika u 56 ġew mill-privat jew kienu qed ifittxu xogħol, fosthom numru b'kuntratt definit u mhux impieg permaanenti. Filwaqt li n-numri korrespondenti fejn ħaddiema ġodda jaqgħu direttament taħt is-Segretariat Parlamentari kien ta’ 34, li kollha ġew mill-privat jew kienu qed ifittxu xogħol, fosthom numru b'kuntratt definit u mhux impieg permanenti. Barra min hekk mgħarraf ukoll li kien hemm 86 impjegati li spiccaw l-impieġ, 51 li kienu direttament taħti u 35 li kienu jagħmlu parti mis-Segretariat Parlamentari.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11019, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirringrazzja lill-Onor. Buttigieg talli tagħtni l-opportunita` nelenka s-safar li jien għamilt minn Marzu 2013 ‘l hawn.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. Tabella B bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Buttigieg u Tabella A li turi lista ta’ 63 stedina għal safar biex nattendi konferenzi li jiena għażilt li nirrifjuta bħala Ministru minħabba raġunijiet ta’ finanzi pubbliċi.
Dan juri b’mod ċar x’baħar jaqsam hemm bejn l-allegazzjonijiet infondati u malinni li ġew ippubblikati fil-ġurnal in-Nazzjon din il-ġimgħa fejn ġie allegat li jien flimkien mad-delegazzjonijiet li mexxejt infaqna miljun ewro f’biljetti ta’ safar f’dawn l-aħħar 19 –il xahar.
Tajjeb li wieħed jinnota li spiża li żgur kellu jiffaċċja l-Ministeru bħala Ministeru sħiħ u mhux is-Segretarjat tiegħi mal-ewwel jum tagħna fil-Gvern, kienu l-kontijiet pendenti ta’ biljetti tal-ajru li ħalla warajh l-Onor. George Pullicino fil-Ministeru tiegħu, li skont l-informazzjoni li nġabret kienu jammontaw għal ċirka €170,000, liema spiża tħallset kollha f’dawn l-aħħar 19 –il xahar.
Kif tixhed il-kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet li mexxejt jien, f’għadd ta’ każi kien hemm uffiċjali tal-MEPA, MRA u
Permanent Rep. Office
ta’ Brussell fejn l-ispejjeż kollha ġew imħallsa mill-Ministeru tiegħi.
Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ dak li kien isir fl-imgħoddi fejn spiss kienu ntefqu spejjeż relatati ma’ safriet Ministerjali minn fuq il-MEPA barra li f’ċerti każi oħra bħal per eżempju fil-każ tal-Konferenza tal-Iżvilupp Sostenibbli li saret f’Rio de Janiero f’Ġunju tal-2012 fejn minn delegazzjoni ta’ 8 uffiċjali kien ħareġ ċar li l-
Malta Tourism Authority
(MTA) spiċċat ħallset il-fuq minn €12,000 għall-akkomodazzjoni tad-delegazzjoni mmexxija mill-ex Ministru Demarco għal konferenza ambjentali li ma kellha xejn x’taqsam mat-turiżmu.
Biex nikkonferma dan għandi f’idejja email li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tal-ex CEO tal-
Malta Tourism Authority
Josef Formosa Gauci, indirizzata lis-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien Peter Portelli (MTCE) – Tabella Ċ – fejn qallu li mhux sewwa li l-MTA għad għanda bilanċ kbir ta’ pagamenti x’tirkupra mill-Ministeru ta’ Dr. Demarco talli kellha tagħmel tajjeb għall-vjaġġi tal-Ministeru tiegħu.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux mitlub li b'xi mod jipparteċipa fil-kontroll dwar l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam (b'mod partikolari dak tat-tiġieġ) miċ-Ċina, għas-suq lokali? Kemm kien l-ammont ta' laħam u x'tip, li ġie aċċertat li daħal fis-suq Malti minn dan il-pajjiż? X'kontrolli partikulari qed iseħħu dwar dan il-laħam?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, fix-xogħol kongunt fil-BIP, huwa nvolut fil-monitoraġġ tal-importazzjoni tal-laħam. Tul din is-sena seħħet importazzjoni tal-laħam tat-tiġieġ miċ-Ċina f’għaxar okażżjonijiet. It-testijiet saru skont in-National Residue Control Plan u r-riżultati maħruġa sal-lum jirriżultaw sodisfaċenti.