Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Ħamrun – Night Shelter

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21123, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali Ħamrun ma kienx ikkonsultat? Jista' jgħid għaliex il-Kunsill Lokali Ħamrun lanqas biss kien infurmat b'dan is-servizz ġdid fil-komunità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21123.

Il-Ħamrun – Night Shelter

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20796, jista' l-Ministru jgħid b'kemm qiegħed iħallas il-Gvern għal dan is-servizz, inkluż il-kera li qiegħed iħallas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qed iħallas €7 kuljum b’sena bil-quddiem għall kull sodda li hemm għal-użu tan-Night Shelter.

Il-Ħamrun – Night Shelter

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20796, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu qed iħallsu l-anzjani li se jagħmlu użu minn dan in-night shelter? Jista' jgħid x'se jkun jinkludi s-servizz li se jkun disponibbli għal dawn l-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjani li se jagħmlu użu mis-servizz tan-Night Shelter iridu jħallsu €2 għal kull lejl, b’erba’ ġimgħat bil-quddiem. Is-servizz jinkludi: · Irqad ta’ bil-lejl u tibdil ta’ lożor skont il-ħtiega · Ikollhom te/kafe/toast li jiġi servut kemm fil-għaxija u wkoll filgħodu · Servizz ta’ Carer f’każ ta’ Emerġenza · Jistgħu jagħmlu użu mill-parti komuni sabiex jaraw it-televiżjoni · Jistgħu jagħmlu użu mit-toilets u showers li huma aċċessibli għall-anzjani.

Il-Ħamrun – Night Shelter

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20796, jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-massimu ta’ anzjani li jistgħu jkunu qegħdin jagħmlu użu minn dan in-night shelter fl-istess ħin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa massimu ta’ erba' anzjani jistgħu jagħmlu użu minn Night Shelter tal-Ħamrun fl-istess ħin.

Is-Siġġiewi – każ individwali ta’ żgumbrament

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21118, jista l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward karta ta’ żgumbrament mill-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetà li qed issir referenza għaliha hija proprejtà tal-Uffiċju Konġunt u li għalhekk l-Awtorità tad-Djar ma ħarġet l-ebda notifika ta’ żgumbrament.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għall-Benefiċċju tal-Wens – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-Benefiċċju tal-Wens peress li mis-7 ta’ Lulju, għadha ma rċeviet xejn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjoni se tinħadem u se jsir il-ħlas. Id-dewmien ma kienx ħtija tad-Dipartiment.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għotja applikabbli kienet ġiet riveduta u miŻjuda biex tinbidel il-parti tas-saqaf li tinsab fi stat ħaŻin, dejjem skont il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema li taħtha qed tingħata l-għotja.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward anzjan li qed jistenna biex jidħol f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, il-persuna msemmija talbet biex għalissa jieqaf il-proċess.tal-applikazzjoni.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ li għandha mal-Awtorità tad-Djar fuq saqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-applikazzjoni tal-individwu ikkonċernat li għalih/a qegħda ssir referenza, ġiet ipproċessata. Il-persuna ikkonċernata ser tingħata s-somma għax-xogħlijiet mitluba minna u approvati mill-Awtorita’ tad-Djar. Skont id-dħul tal-persuna ikkonċernata, jidher li tikkwalifika għall-70% tal-għotja approvata mill-uffiċjal tekniku. Hekk kif il-persuna tagħmel ix-xogħol u dan jiġi ċċertifikat li sar kollu u skont is-sengħa, l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista’ tipproċedi bil-pagament hawn fuq imsemmi.

Social housing — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tliet elef u erbgħin (3040) applikazzjoni pendenti għal social housing, kemm minnhom huma għall-ewwel dar mill-housing u kemm minnhom biex jibdlu? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tliet elef u erbgħin (3040) applikazzjoni huma għal akkomodazzjoni soċjali f' Għawdex? Jista' jgħid jekk dawn in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti huwiex iżjed jew anqas min-numru ta' applikazzjonjiet pendenti li kien hemm fit-8 ta' Marzu 2013? Jista' l-Ministru jgħid b'effett mill-Elezzjoni Ġenerali sal-lum, kemm inbnew appartamenti jew djar ġodda mill-Gvern sabiex jintużaw għal social housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn l-ammont totali ta’ 3040 applikazzjoni li qed jitolbu post għall-akkommodazzjoni soċjali hemm 2620 applikazzjoni li qed jitolbu post għall-ewwel darba, filwaqt li 420 qed jitolbu li jbiddlu l-post bil-kera tal-Gvern għal ma’ post ieħor tal-Gvern għal xi raġuni jew oħra. Minn l-ammont ta’ 2620 applikazzjoni li qed jitolbu għall-post alternattiv, 44 applikazzjoni qed jitolbu akkommodazjoni f’Għawdex. L-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti sat-8 ta’ Marzu 2013 kien ta’ 2837 li minnhom kien hemm 32 applikazzjoni li qed jitolbu post f’Għawdex. Barra minn hekk, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum saru 315 allokazzjoni madwar Malta u Għawdex. Ilhom ma jinbnew appartamenti jew djar ġodda mill-Gvern sabiex jintużaw għal social housing għal dawn l-aħħar tmien snin.

Flus tas-sigurtà soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ flus tas-sigurtà soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ried jagħmel kuntatt ma’ Dipartiment ieħor tal-Gvern u mhux kif kien indikat.

Awtorità tad-Djar — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-appartament imsemmi, kif ukoll l-appartamenti l-oħra kollha fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat ġew mibjugħa. Is-sidien il-ġodda ta’ dawn l-appartamenti huma responsabbli li jwettqu t-tiswijiet meħtieġa.

Residenza San Vinċenz de Paule – Occupational Therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ghaxar Occupational Therapists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule – Occupational Therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-istess mistqosija diġa agħmlitha u għalhekk għandha tirreferi għat-tweġiba li ngħtat għal Mistoqsija Parlamentari numru 20595.

Residenza San Vinċenz de Paule — psychologists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologistsli qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jingħatawx servizzi ta’ psychologists ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule — psychologists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jingħatawx servizzi ta’ psychologists fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule.

Residenza San Vinċenz de Paule – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tlett (3) social workers mill-Aġenzija Appoġġ qed jagħtu servizz ta’ social work fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jingħatawx servizzi ta’ social worker fl-Outpatients gewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule iżda nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li għadni kif tajt għal Mistoqsija Parlamentari tagħha stess numru 20602.

Home Help – każ ta’ individwi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tal-Home Help li kien qiegħed jingħata darba fil-ġimgħa lill-koppja li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament, ġie sospiż jew addirittura twaqqaf? Jista' jgħid jekk tbiddlux il-kriterji sabiex dawn l-anzjani jikkwalifikaw għal dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz mogħti lill-koppja msemmija ġie temporanjament sospi¿ b’effett mis-16 ta’ Novembru 2015, minħabba li l-helper li kienet tipprovdi s-servizz lill-koppja, itterminat ix-xogħol tagħha. Id-Dipartiment qiegħed fil-proċess biex jalloka helper oħra lil din il-koppja fl-aqsar żmien possibbli. Il-kriterji għal min jikkwalifika għal dan is-servizz ma tbiddlux.