Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bone Conduction System

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jagħmlu l-Bone Conduction system? Huwa minnu li din il-proċedura twaqqfet? Jekk iva, hemm ħsieb li terġa’ tkompli? Jekk le, għalfejn? X’se tkun is-soluzzjoni għall-pazjenti li qed jistennew dan is-servizz?

Response (MIZZI, KONRAD)

Hemm 26 il-pazjent fuq il-lista, tnejn minnhom għadhom qed jiġu evalwati għall-eliġibilità. Ninforma l-Onor. Interpellant li mhuwiex minnu li l-proċedura twaqqfet.

Sptar Ġeneral t’Għawdex – colorectal screening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti Maltin li għamlu l-colorectal screening fl-Isptar t’Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interperllant tispeċifika għal liema perjodu qed tirrefferi.

Sptar Mater Dei – organisational chart

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-impjant tar-reverse osmosis ta’ Għar Lapsi – noise pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jonqos in-noise pollution li joħloq l-impjant tar-reverse osmosis ta’ Għar Lapsi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena d-dieħla se jsir rinnovament tal-makkinarju u b’hekk jonqsu drastikament il-ħsejjes.

Sospensjoni tad-dawl u l-ilma ta’ Stabbilimenti kummerċjali u residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur tal-2015, kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali u residenzi privati li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Korporazzjoni Enemalta — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li dak li wiegħed fl-Istqarrija tal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa tas-17 ta’ Frar2015, (https://www.gov.mt/en/Government/Press%20Releases/Pages/2015/February/17/PR-150315.aspx) li fil-kumpaniji li ħarġu mill-Korporazzjoni Enemalta, fosthom l-Enemed Co. Ltd u l-Enemalta plc,u ċjoè li l-ewwel preferenza għall-istaff kollu li llum qed jaħdmu f’dawn l-ażjendi se tingħata lill-impjegati tal-Engineering Resources Ltd, qiegħed fil-fatt isir?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tal-Engineering Resources Ltd qegħdin jingħataw l-ewwel preferenza sabiex jimlew postijiet fl-Enemalta plc u l-Enemed Ltd. Meta ma jinstabux kandidati li jħaddnu l-kwalifiċi, esperjenza u kompetenza neċessarja, jintużaw meżżi oħra ta’ ingaġġ.

Engineering Resources Ltd – impjegati fi grad maniġerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Engineering Resources Ltd fi grad maniġerjali li huma rġiel, u kemm hemm li huma nisa,? Jista’ jikkonferma kemm minnhom għandhom grad universitarju u fiex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li fuq il-kotba tal-Engineering Resources Ltd hemm 43 (tlieta u erbgħin) raġel u 7 (seba’) nisa li jokkupaw gradi maniġerjali. Minn dawn hemm 48 (tmienja u erbgħin) li jippossjedu kwalifiki Universitarji.

Residential gas storage tanks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati residential gas storage tanks mill-MRA? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lokalità lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 130 (mija u tletin) residential gas storage units tal-Liquified Petroleum Gas li jinsabu ġewwa residenzi u li ġew approvati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Dawn imqassmin fi 43 (tlieta u erbgħin) lokalita’ differenti f’Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #16097 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni mal-MEPA għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għadejjin diskussjoniet mal-MEPA.
Leg 12 PQ #16109 Sitting 264 2015-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ħaddiema - pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru għaliex fl-aħħar jiem, numru kondiserevoli ta’ ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew mitluba jħallsu lura pagamenti li sarulhom ftit tal-ġimgħat jew xhur qabel? X’kienu dawn il-pagamenti li saru? Kemm ħaddiema ngħataw dawn il-pagamenti u kemm kien l-ammont? Għaliex qed jintalbu jħallsu parti minnhom lura? Kemm hu l-ammont globali li qed jintalab lura u kemm ħaddiema ntalbu jħallsu lura xi ammont?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Problema ta' sanità — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta' ingress ta' ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jigi investigat.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni qed ikopru jew x’inhu x-xogħol tal-persons of trust impjegati mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jagħmlu parti mil mid-dekasteru tiegħu u li ġew impjegati bejn id-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15396 (ħmistax-il elf, tlett mija, sitta u disgħin).

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15054 u 14432 u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija? Liema minn dawn l-inkarigi ta’ xogħlijiet ingħataw permezz ta’ tender u liema b’direct order, u f’kull każ, kemm kien il-valur tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ingħatat l-inkarigu li tarma/żżarma l-gazebos li ntużaw fl-Energy Conference f’Lulju li għadda, kif ukoll ingħatat xogħol ta’ kiri ta’ tined temporanji għall-istorage. L-ammont globali huwa ta’ €20,430 (erbgħa u għoxrin elf, erba’ mija u tletin).

Infermiera — postijiet vakanti

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14898, 13008 u 13996, jista’ l-Ministru jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fil-qasam tal-Kura tas-Saħħa Mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14898.

Operations Manager Ambulance Garage – kwalifiki

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14921, jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-Operations Manager Ambulance Garage? Jista’ jgħid kif l-esperjenza tiegħu fit-tmexxija ta’ flotot ta’ karozzi tal-linja tagħmlu idoneju biex imexxi s-servizz tant delikat u sensittiv tal-ambulanzi? Huwa minnu li din il-persuna m’għandha l-ebda kwalifika jew esperjezna fil-qasam tas-saħħa? Vera li din il-persuna lanqas biss taf tuża kompjuter?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija għandha l-kwalifiki u l-ħiliet neċessarji biex tagħmel xogħolha.

Operations Manager Ambulance Garage

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14921, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jirċievi diversi ilmenti fuq in-nuqqas ta’ professjonalità li qed juri l-Operations Manager Ambulance Garage? Huwa minnu li l-aktar ilmenti li qed jagħmlu l-ħaddiema huma marbuta ma’ imġiba u attitudni mhux xierqa fuq il-post tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ma rċieva l-ebda ilmenti f’dan ir-rigward.

Dipartiment tal-Emerġenza — Riforma

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 14917, 14918, 14919 u 14920, jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi r-riforma msemmija fid-Dipartiment tal-Emerġenza u x’sar s’issa? B’liema mod qed jiġu involuti l-infermiera li huma speċjalizzati f’dan il-qasam?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-riforma fl-Emerġenza qed titmexxa minn taskforce ta' professjonisti varji involuti f'dan id-Dipartiment li tinkludi rappreżentanti tan-nurses. Pjan dettaljat ta’ ristrutturar ġie imniedi F’Mejju 2014 wara konsultazzjoni estensiva. Minn dak iż-żmien 'l hawn, minkejja li kellha tissaħħaħ l-istruttura tal-binja fejn jinstab id-Dipartiment, u għaldaqstant kellhom jittardjaw ix-xogħlijiet strutturali li kienu ppjanati, ix-xogħol kumpless kompla għaddej b'rittmu mgħaġġel tant li sal-lum twettaq dan li ġej: F'Awwissu 2014 Ġew assenjati 12 il–tabib addizjonali fid-Dipartiment Inbiddlu l-proċeduri biex il-pazjenti jiġu eżaminati minn tabib fl-aktar fis possibli ( early senior medical contact ) F'Settembru Tnediet sistema manwali ta’ ttrakkjar ta’ pazjenti li wittiet it-triq għall-introduzzjoni tat- tracking system elettronika li daħlet fis-seħħ fil-bidu tad is-sena Ġew assenjati 19-il infermier/a fid-Departiment F’ Ottubru Ġie introdott is-servizz ta’ infermier/a fir- reception tad-Dipartiment biex jinqdew aħjar u aktar malajr il-pazjenti li jistgħu jiġu ttrattati f'dipartimenti oħrajn. F’Novembru Beda jiġi innominat ‘ Clinical lead ’ għal kull sezzjoni tad-Dipartiment Beda ix-xogħol biex jiġu r-rilokati il-pazjenti li ma ikollhomx bżonn jiġu ttrattati fid-Dipartiment ta’ Emerġenza billi beda ix-xogħol fuq il- Minor Care Clinic F’Jannar Bdiet topera il-‘ Minor Care Clinic ’ F’Frar Bdew ix-xogħlijiet strutturali Bdiet titħaddem is-sistema elettronika biex jiġu ttrakkjati l-pazjenti Tneħħiet b'mod temporanju l- X-Ray machine tad-Dipartiment biex isir spazju għal cubicles addizzjonali F’March Ġew assenjati żewġ p hlebotomists biex jitqassar il-ħin li pazjenti jistennew sakemm joħorġu riżultati fuq testijiet tad-demm. F’April X-Ray ta’ Dipartiment reġgħet bdiet titħaddem. F’Mejju Tlestew 11-il cubicle ġdid.

Sejħa għal Fiżjoterapisti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 14909 u 14910, jista’ l-Ministru jgħid issa li saret is-sejħa għall-fiżjoterapisti, kemm ġew impjegati u kemm hemm fiżjoterapisti kwalifikati (li ggradwaw u għamlu l-interview) li għadhom ma ġewx impjegati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għaddej il-proċess biex il-fiżjoterapisti jiġu mpjegati skont l-esiġenzi tas-servizz.

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’: a. jagħti l-isem tal-persuna appuntata; b. jagħti l-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. jagħti d-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. jgħid min għażel lill-persuna; e. jgħid x’inhuma l-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. jgħid min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jgħid jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba hi kif ġej: Assistant Head Nursing Services CEO CEO Special Projects Chief Executive Officer Chief Executive Officer Procurement & Supplies Chief Financial & Administration Officer Chief Operations Officer Co-Ordinating Officer Director Client Relations Director Engineering Director Human Resources and Administration Director Nursing and Midwifery Services Director Resourcing Executive Human Resources Financial Controller Head Administration, communication and business services Head Nursing and Midwifery Head Nursing Services Health Services co-ordinator Health Strategy Advisor Management Co-Ordinator SLH & MDH Ambulance Garages Manager Health Centre Medical Director Messenger/Driver Migration Co-ordinator Ministry Programme Co-ordinator Programme Director, Health Reform Projects Director Station Officer

Żjarat fl-Ażerbajġan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15529 u jgħid meta mar l-ewwel darba l-Ażerbajġan minn mindu daħal fil-politika? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba mar l-Ażerbajġan minn mindu daħal fil-politika sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista’ jgħid min mar miegħu kull darba li mar l-Ażerbajġan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15529 (ħmistax-il elf, ħames mija, disgħa u għoxrin).