Għawdex – Skola post-sekondarja Sir Arturo Mercieca – numru ta’ studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li applikaw biex jattendu l-iskola post-sekondarja Sir Arturo Mercieca tar-Rabat, Għawdex għas-sena skolasitka 2015/2016? Jista' jgħid kemm kien n-numru li applikaw f’kull sena fil-ħames snin preċedenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda skola bl-isem indikat minnu fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Għawdxin li kienu qed jaħdmu f' xi skema li ġiet imnedija mill-Gvern għal dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul Settembru 2015? Liema skema jew skemi kienu qed jaħdmu? X'kienu l-kundizzjonijiet ta' kull skema? Kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin f'kull skema u liema xogħol ingħataw biex jagħmlu? Għal kemm żmien kellha tibqa' għaddejja kull skema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul Settembru 2015 kienu tnejn l-iskemi li l-ETC kienet qiegħda tamministra f’Għawdex. Dawn kienu l-Work Trial Scheme for Youths – 2015 u l-Work and Training Exposure Scheme – 2015. Iż-żewġ skemi ġew amministrati mill-ETC u kienu ffinanzjati b’fondi tal-Ministeru għal Għawdex.
Il-Work Trial Scheme for Youths – 2015 kienet mifruxa fuq ħames ġimgħat, mit-Tnejn, 3 ta’ Awwissu 2015 sal-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru, 2015.
Kif jindika l-isem tal-iskema din kienet miftuħa għal dawk iż-żgħażaġħ li kienu jirreġistraw jew inattivi. L-età kienet dik ta’ bejn is-16 u l-24 sena. L-iskema offriet l-opportunità li ż-żgħażagħ ikollhom esperjenza ta’ xogħol mas-settur privat u għaqdiet volontarji għal perjodu definit ta’ ħames ġimgħat. L-iskema kienet tistipula li kull żagħżugħ eliġibbli u li jipparteċipa fl-iskema jingħata għotja ta’ €75 fil-ġimgħa li jitilgħu sa massimu ta’ €375 għal perjodu ta’ ħames ġimgħat. Kull employer seta’ jżomm miegħu mhux iktar minn żewġ parteċipanti fuq din l-iskema, filwaqt li l-employer ried ikun qed jopera fit-territorju Għawdxi biex seta’ jkun eliġibbli.
Għal din l-iskema applikaw 589 li 553 minnhom kienu eliġibbli. Is-36 applikanti l-oħra ma kenux eliġibbli u allura ma ġewx aċċettati.
Il-Work and Training Exposure Scheme – 2015 hija mifruxa fuq 14-il ġimgħa, mit-Tnejn, 27 ta’ Lulju 2015 sal-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru 2015.
Din l-iskema kienet miftuħa għal dawk kollha li qegħdin jirreġistraw jew huma inattivi fis-suq tax-xogħol u li għandhom ‘il fuq minn 25 sena. Matul il-perjodu tal-iskema, l-applikanti eliġibbli kellhom l-opportunità li jingħataw esperjenza ta’ xogħol ma’ dipartimenti/entitajiet governattivi f’Għawdex u ma’ għaqdiet volontarji. Matul il-perjodu tal-iskema l-parteċipanti qegħdin jingħataw għotja ta’ €145 fil-ġimgħa li jitilgħu sa massimu ta’ €2,030 għall-perjodu tal-iskema.
Applikaw għal din l-iskema 328 persuna li 299 minnhom kienu eliġibbli filwaqt li 29 ma kenux u allura ma ġewx aċċettati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li tressqu quddiem l-Istatementing Moderating Panel fis-sena 2012, 2013, 2014 u bejn Jannar u Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew mismugħa mill-istess panel sal-aħħar ta’ Settembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ applikazzjonijiet li tressqu quddiem l-Istatementing Moderating Panel mill-2012 sal-aħħar ta’ Settembru 2015 kien ta’ 3,011 maqsuma kif ġej:
2012: 735
2013: 735
2014: 867
2015: 674 (sal-aħħar ta’ Settembru 2015)
Ġew mismugħa 2,233 applikazzjoni filwaqt li 778 huma pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ tfal li ġew reviewed mill-Istatementing Moderating Panel matul is-snin 2012, 2013, 2014 u bejn Jannar u Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm minn dawn żdidilhom is-sapport u kemm minn dawn tnaqqsilhom jew tneħħilhom is-sapport għal kollox?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ tfal li ġew reviewed mill-Istatementing Moderating Panel, sena b’sena mill-2012 sa Settembru 2015 kienu kif ġej:
2012:- 44 (mill-Istatementing Moderating Panel)
Minn dawn 39 żdied is-sapport filwaqt li 5 baqgħu bl-istess sapport
2013:- 122 (mill-Istatementing Moderating Panel)
Minn dawn:
33 żdied is-sapport
58 tnaqqsilhom
5 tneħħilhom
26 bl-istess sapport
2014:- 149 (56 mill-Istatementing Moderating Panel u 93 mill-Istatementing Moderating Review Panel li beda fis-16 ta’ Settembru 2014)
Minn dawn:
30 żdidilhom is-sapport
86 tnaqqsilhom
3 tneħħilhom
30 bl-istess sapport
2015:- 203 (mill-Istatementing Moderating Review Panel)
Minn dawn:
35 żdidilhom is-sapport
113 tnaqqsilhom
3 tneħħilhom
52 bl-istess sapport
Statementing Moderating Panel Appeals Board – każijiet li nstemgħu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet li nstemgħu quddiem l-Istatementing Moderating Panel Appeals Board fis-sena 2012, 2013, 2014 u bejn Jannar u Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm kien in-numru tal-każijiet li għalihom l-Istatementing Moderating Panel Appeals Board biddel deċiżjoni meħuda aktar qabel mill-Istatementing Moderating Panel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kazijiet li nstemgħu quddiem l-Istatementing Moderating Appeals Board mill-2012 sal-aħħar ta’ Settembru 2015 kienu 197 maqsuma kif ġej:
2012: 32
2013: 49
2014: 81
2015: 35 (sal-aħħar ta’ Settembru 2015)
Minn dawn l-Istatementing Moderating Appeals Board biddel deċiżjoni meħuda mill-Istatementing Moderating Panel f’110 każijiet.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17634, jista’ l-Ministru jgħid kull kulleġġ kemm talab LSAs tul dawn l-aħħar sentejn, sena b’sena u kemm fil-fatt ġew provduti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Bħal dejjem, dawn l-aħħar sentejn, skont ir-rakkommandazzjoni tal-Statementing Board, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DSE) dejjem ħa ħsieb, li fi żmien qasir jalloka Learning Support Assistants skont il-ħtieġa. Dan kien u għadu possibbli għax id-DSE għandu listi pjuttost twal ta’ nies li jistgħu jiġu ingaġġati bħala Supply Learning Support Assistants.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ LSAs f’kull skola Indipendenti u kull skola tal-Knisja, skola bi skola? Kull skola minn dawn kemm talbet LSAs tul dawn l-aħħar sentejn, sena b’sena u kemm ġew provduti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-għadd ta' LSAs fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti fis-sena skolastika 2014-2015. Infurmat li kull talba għal LSA li hija ġustifikata skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet maħruġa mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi tiġi milqgħuha skont il-każ.
Żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx bl-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskejjel sekondarji fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jindika l-ammont li ġew klassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa stmat li madwar 4,687 żagħżugħ spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom matul is-sena 2014. Minn dawn jirriżulta li f’Ottubru 2014, kienu 3,001 li komplew fl-edukazzjoni formali. Mid-921 li kienu qed jaħdmu, 403 kienu qed jistudjaw ukoll. Wieħed ikun jista’ jara x’ġara minn dawk iż-żgħażagħ li lestew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom din is-sena aktar ‘l quddiem minħabba li l-istudenti jkunu komplew bl-istudji tagħhom matul dan ix-xahar. Il-figuri maqsumin skont is-sess huma kif ġej:
Bniet
Subien
Total
Għadd ta’ żgħażagħ
2,270
2,417
4,687
In Education
1,532
1,469
3,001
In Employment
457
464
921
NEETs
495
674
1,169
ETC – persuni li waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ tul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm persuni ġew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u t-Taħriġ, bejn Jannar u Ġunju 2015 in-numru ta' persuni li waqfu jirreġistraw (lapses) mill-ewwel parti tar-reġistru għax-xogħol kien ta’ 7,864. Minnhom kien hemm 491 persuna li ġew maqtugħa (strike offs) u 20 persuna li irtiraw.
San Pawl il-Baħar — żviluppi dwar bini ta' skola ġdida
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp għal dak li jikkonċerna l-bini ta' skola ġdida f'San Pawl il-Baħar? Jekk kien hemm, jista' jagħti tagħrif dwar x'kineu dawn l-iżviluppi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada issottomettiet l-applikazzjoni l-MEPA u qed tistenna li jinħarġu l-permessi meħtieġa biex b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq l-istipendji kollha li ngħataw matul l-2013, l-2014 u l-2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti break down tal-istipendji kollha li ngħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti kollha li ngħataw matul is-snin 2013, 2014 u 2015 (sa Awwissu 2015) kienet kif ġej:
Sena
Stipendji
Smart Cards/One time grant
Għotjiet kreditati direttament lill-istudenti
MGUS
Total Kull Sena
2013
€ 15,553,042.95
€ 6,727,020.27
€ 583,021.04
€ 22,863,084.26
2014
€ 16,747,029.11
€ 2,559,175.80
€ 7,166,700.69
€ 698,479.81
€ 27,171,385.41
2015
€ 13,716,379.90
---------------------
€ 163,680.45
€ 308,668.63
€ 14,188,728.98
Studenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom — stipendju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta matul is-snin skolastici 2013/2014 u 2014/2015? X’kienet in-nefqa fuq din il-miżura fiż-żewġ snin skolastiċi ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin skolastici 2013/2014 u 2014/2015 kienu kif ġej:
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti - 1043
Nefqa totali - €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti - 1031
Nefqa totali - €702,320
Studenti Għawdxin li qed isegwu l-kors tal-mediċina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenti Għawdxin li jsegwu l-kors tal-mediċina u medical students oħra mhux qed jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom f’Għawdex stess bħalma qed ikollhom din l-opportunità studenti Għawdxin li jsegwu korsijiet oħra fl-Università? Jista’ jara li dawn l-istudenti jingħataw din l-opportunità li tnaqqas ftit mill-hardships li jiffaċċjaw studenti Għawdxin speċjalment fi żmien l-eżamijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija qiegħda tikkunsidra jekk għandhiex tagħmel l-eżamijiet tal-kors tal-Mediċina u l-Kirurġija f’Għawdex iżda għad hemm xi riservi. L-eżamijiet għal korsijiet oħra offruti mill-Fakultà diġà jsiru f’Għawdex.
Se tkompli d-diskussjoni bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni qabel l-eżamijiet ta’ Jannar 2016.
Skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti – sejba ta’ drogi
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-2004 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew irraportati każijiet fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti li nstabet id-droga għal użu personali jew li jindika li ma kenitx għal użu personali? ? Jista’ jagħti l-informazzjoni b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet li fihom instabet sustanza fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti matul is-snin indikati mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Fil-każijiet kollha s-sustanza li nstabet kienet għall-użu personali.
SenaStatKnisjaIndipendenti
2004---
200551-
20061--
20072--
20081--
20092--
2010---
20111--
20122--
20131--
201411--
2015*---
* Informazzjoni miġbura sad-29 ta’ Settembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni fl-iskejjel tal-Gvern meta għalliema li ma jkollhomx it-twemmin kattoliku, jiġu biex jagħtu l-lezzjoni tar-reliġjon lit-tfal li jkunu fil-klassijiet tagħhom? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet, matul dawn l-aħħar sentejn fejn inħolqot din is-sitwazzjoni? Jekk kien hemm każijiet simili, kemm kien hemm u kif ġiet solvuta s-sitwazzjoni li nħolqot?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-suġġett tal-Edukazzjoni Reliġjuża fejn jiġi mgħallem it-twemmin Kattoliku hu wieħed mis-suġġetti tal-Qafas tal-Kurrikulu fis-Settur tal-Primarja. L-għalliema li jkunu ser jidħlu għal dan it-tagħlim ikunu jafu il-parametri li fihom iridu joperaw sa minn meta jagħżlu l-Kors tagħhom fl-Università ta’ Malta. Ta’ min josserva li t-tagħlim tar-Reliġjon Kattolika jinvolvi fost l-oħrajn, tagħlim ta’ għarfien. Għaldaqstant l-għalliema jkunu meħtieġa joħolqu esperjenzi li fihom l-istudenti jakkwistaw dan l-għarfien bħal kull suġġett ieħor.
F’każijiet fejn l-għalliem ma’ jkunx ta’ reliġjon Kattolika, wieħed jista’ jirrakkomanda li fl-iskola jew fis-sena li tkun tgħallem din l-għalliema jew dan l-għalliem, ikun hemm dak li jgħidulu
subject teaching
, iġifieri għalliem/a jgħallmu suġġett/i partikolari fi skola u mhux klassi partikolari – hekk l-għalliema li ma jkunux ta’ twemmin Nisrani jkunu jistgħu jevitaw li jgħallmu r-Reliġjon Kattolika.
Fis-Sekondarja, l-għalliema li jgħallmu s-suġġett tar-Reliġjon jagħmlu dan b’għażla; jistudjawh l-Università u joħorġu bħala għalliema tar-Reliġjon. Kull għalliem tar-Reliġjon fis-sekondarja għandu bżonn li jkollu ċ-Ċertifikat tal-idonjetà min-naħa tal-Kurja.
Matul dawn l-aħħar sentejn l-ebda Skola u Kulleġġ ma informa lid-Direttorat tal-Kurrikulu b’każijiet simili bħal dawk li saqsa dwarhom l-Onor. Interpellant.
L-applikazzjoni għal għalliem tar-Religjon ma tinkludix rekwiżit li l-applikant irid ikun kattoliku pratikanti. Ma jirriżultax li kien hemm każijiet fejn l-Iskejjel kellhom jaffaċċjaw is-sitwazzjoni li għaliha qed jagħmel referenza l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema full-time f'Għawdex, fl-aħħar tas-snin 2013 u 2014? Jista' jgħid jekk kienx kemm żieda fin-numru ta' dawn il-ħaddiema mill-2013 sal-aħħar tal-2014? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienet din iż-żieda? Jista' jagħti break down ta' din iż-żieda u jgħid kemm minnhom huma impjegati mas-servizz pubbliku, ma' kumpaniji parastatali, mal-privat u ma' kumpaniji privati li l-ħaddiema tagħhom qed jagħtu servizz f'dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern? Jista' jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema qed jagħmlu xogħol f'Għawdex stess u kemm minnhom qed jaħdmu f'Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fuq bażi full-time kien ta’ 9,514-il persuna fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 9,934 persuna fl-aħħar ta’ Diċembru 2014. Iż-żieda fin-numru ta’ dawn il-ħaddiema kienet ta’ 420 persuna, li minnhom kien hemm żieda ta’ disa’ persuni fis-servizz pubbliku, żieda ta’ 61 persuna ma’ kumpaniji parastatali u żieda ta’ 350 persuna fis-settur privat. Il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex dettalji tal-post fejn attwalment qegħdin jaħdmu l-impjegati ħlief fil-każ ta’ persuni li jaħdmu mad-dipartimenti tal-Gvern, ministeri u entitajiet pubbliċi. Dan jiġri minħabba li fil-formola tal-Bidu ta’ Impjieg, l-employer jikteb id-dettalji tal-Head Office li ġeneralment tkun Malta u mhux fejn jaħdem l-individwu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13501 u 11299 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, fis-sena 2013, u fis-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - ħatriet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar ġranet f’Għawdex saru trasferimenti ta’ għalliema mhux skont is-seniority tagħhom u ċioe’ mhux skont id-data ta’ meta huma ħadu l-warrant ta’ għalliem kif kien dejjem isir sal-aħħar xhur? Min ħa d-deċiżjoni li trasferimenti minn skola għall-oħra ma jibqgħux isiru skont is-sistema ta’ seniority?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-trasferimenti saru skont il-prassi li intużat fl-aħħar snin, liema prassi kienet saħansitra spjegata fi ‘Classification Guide’ li jiġi aġġornat minn sena għal oħra skont il-ħtieġa. Il-każijiet ta’ trasferimenti li saru dan is-sajf saru skont il-prassi u l-Classification Guide.
Wara li d-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi rċieva żewġ ilmenti nżammet laqgħa mal-MUT fejn il-partijiet spjegaw il-pożizzjoni tagħhom. Kien hemm qbil li l-prassi kien jeħtiġilha tkun irfinuta ftit sabiex ma tinħoloqx anomalija. It-test t’hawn taħt juri kif inbidlet il-Classification Guide wara l-qbil ta’ din il-laqgħa. It-trasferimenti ġew riveduti f’dan is-sens:
o Instructors who are designated Teachers (on Personal Basis) in accordance with the Reform Agreement of July 2007, Heads of School are to substitute the date of appointment with the date of the permanent warrant and re-establish the seniority rank order accordingly;
o KG IIs who were assimilated, Heads of School are to substitute the date of assimilation with the date of first appointment in KG grades and re-establish the seniority rank order accordingly,
o In case of staff serving in Gozo, seniority is determined by date of deployment in Gozo - REPLACED BY TEXT HEREUNDER
o In case of staff serving in Gozo, seniority is determined as follows:
- by date of appointment (Teacher) versus date of warrant (Teacher on Personal Basis) for deployment in Gozo;
- by date of deployment in Gozo when the services are needed in Malta.
It is further understood that in the case of teachers deployed to Gozo on a temporary basis, they shall be considered for deployment to Malta prior to other Teachers deployed in Gozo by means a deployment notification form which does specify that the deployment is of a temporary nature.
All the above applies to other teaching grades.
Studenti Għawdxin li applikaw biex jattendu l-MCAST f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin li attendew l-MCAST f’Malta matul is-sena skolastika 2014/2015? Jista’ jgħid f’liema kulleġġi kienu jattendu dawn l-istudenti Għawdxin? Jista’ jgħid kemm applikaw studenti Għawdxin biex jattendu xi kors tal-MCAST f’Malta għas-sena skolastika 2015/2016 u għal-liema korsijiet applikaw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista għas-sena 2014/2015 bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Rigward is-sena 2015/2016, infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar peress li qed jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tat-tieni sejħa li għalqet fit-2 ta’ Ottubru 2015 kif ukoll numru sostanzjali ta’ late applications.