Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18436 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mogħoż — Demm tar-razza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17935, jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat bejn it-taqsima tal-bioteknoloġija ta' l-Universita u d-dipartiment ta' l-agrikoltura għar-rigward ta' l-impenn li jissaħħaħ il-programm sabiex tikber ir-razza tal-mogħża Maltija b'ġenetika pura? Min huma l-persuni nvoluti f'dawn il-laqgħat u xi progress sar sa issa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat mill-uffiċjal xjentifiku ewlieni illi l-laqgħat ma' l-Universita ilhom isiru sa mill-1994. Il-persuna nvoluti huma: Renald Blundell, Prof. Alex Felice, Godfrey Camilleri, Kenneth Mifsud, u Franco Serracino-Inglott S'issa saru ħafna preparamenti u xogħolijiet u dan wieħed jista' jarah mit-tesi ta' Renald Blundell li saret fl-1998. Il-faċilitajiet li hemm fl-Għammieri, fis-Sezzjoni tal-Mogħoż, ġew imtejba u dan ix-xogħol qiegħed jitkompla.
Leg 9 PQ #18779 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Veterinarji liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn veterinarji liċenzjati f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzjoni tal-Veterinarji biex jipprattikaw bl-arti tal-kirurġija u mediċina veterinarja taqa' taħt il-Medical Council, liema Council jippublika reġistru ta' dawk kollha irreġistrati.
Leg 9 PQ #18810 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Impjegati taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd hemm impjegata waħda biss li taħdem b'siegħat imnaqqsa. Din għandha 32 sena.
Leg 9 PQ #18626 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17359 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Leg 9 PQ #18350 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul is-snin 1999 u 2000 kien hemm għaxar żjarat ministerjali. Lista ta' dawn iż-żjarat, l-għan tagħhom u n-numru ta' persuni li għamlu parti minn kull delegazzjoni hija kif ġej :
Leg 9 PQ #18518 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar/pjanti — Tħawwil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar u pjanti mid-dipartiment konċernat u fejn dawn tħawwlu matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-taħwil ta' siġar, arbuxelli u pjanti ornamentali għas-sena 2000, minn Jannar sa Ġunju, huma dawn: Siġar 5,092Arbuxelli 11,565Annwali 38,300 ------------- Total: 54,957 ------------- Dan it-taħwil sar fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: Attard, Birzebbugia, Birkirkara, Birgu, Buskett, Balzan, Floriana, Fgura, Gharghur, Ghar Dalam, Kennedy Grove, Kalkara, Kirkop, Hal Far, Hal Ferh, Lija, Luqa, Naxxar, Mgarr, Marsa, Mosta, Mellieha, Mriehel, Mqabba, Mdina, Marsaxlokk, Rahal Gdid, Rabat, San Pawl il-Bahar, Santa Lucija, Santa Venera, San Gwann, Siggiewi, Safi, Sliema, San Pawl tat-Targa, Pembroke, Qormi, Qrendi, Xemxija, Zurrieq, Valletta u Zebbug.
Leg 9 PQ #18609 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Xerrejja tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jittellgħu xerrejja l-qorti talli nqabdu fil-Pitkalija qabel il-ħin stipulat tal-ftuħ? Mil-liema lokal ġejjin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi dan l-aħħar ġew imħarrka ħames xerrejja. Xi wħud ġa tressqu il-Qorti filwaqt li oħrajn għad iridu jitressqu. Dawk imħarrka ġejjin minn: Għawdex 2Żejtun 1Rabat 1B'Kara 1
Leg 9 PQ #18295 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dulliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq ild-dulliegħ li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE? Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti? X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jsib l-informazzjoni kollha fuq dazji fuq il-"website" relattiv jew, forsi aktar faċli, jekk jikkonsulta t-TARIC. Bħala pajjiż kandidat għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja Malta għandha l-għanijietu l-miri tagħha. Kif l-Onor. Interpellant kien infurmat ħafna drabi oħra, il-Gvern Malti għandu l-programm tiegħu ghat-titjib tal-kundizzjonijiet fil-Kummerċ għall-produtturi Maltin u Għawdxin.
Leg 9 PQ #18296 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-patata li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE? Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti? X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Leg 9 PQ #18297 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-basal li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE? Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti? X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Leg 9 PQ #18298 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħxejjex friski

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-ħxejjex friski li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE? Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti? X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Leg 9 PQ #18299 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Frott frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-frott frisk li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-bdiewa Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE? Għaliex malta ma ġietx rikonoxxuti bħal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għandhom applikanti? X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18295.
Leg 9 PQ #18268 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban and Rural landscaping Committee

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana għaliex, filwaqt li f'seduta tal-15 ta' Ġunju, mistoqsija parlamentari numru 16603, infurmani li ma ħassx il-bżonn li jerġa' jitwaqqaf il-kumitat ta' l-urban and rural landscaping, fis-seduta tal-15 ta' Lulju għarrafni li huwa mhux vera qal hekk?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq infiehem lill-Onorevoli Interpellant illi il-funzjoni ta l-kumitat li kien waqqaf hu, jiġifieri dak ta pariri u konsultazzjoni dwar l-Urban and Rural Landscaping, jista isir, u qiegħed isir, mit-taqsima relevanti. Fil-fatt, l-uffiċjal inkarigat minn din it-taqsima kien iservi ta Segretarju ta dan il-kumitat, li tajjeb wieħed ifakkar, qatt ma kien ġie kostitwit kif suppost bl-approvazzjoni ta l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-kumplament tal-membri kienu jew Uffiċjali tal-Gvern, li kollha għadhom jagħmlu dan ix-xogħol bhala parti mid-dmirijiet tagħhom Jew, rappreżentanti ta ditti mis-settur privat, li sallum għadhom bkuntatt tajjeb ħafna mat-taqsima. Ma dawn kien hemm ukoll rappreżentant tat-Turiżmu u ieħor tal-Awtorita ta l-Ippjanar. Ir-rwol ta għoti ta pariri li kellu dan il-kumitat baqa għaddej, speċjalment bl-għajnuna ta żewġ uffiċjali ġodda li ġew miżjuda ma t-taqsima ta l-Urban and Rural Landscaping. Sadanittant nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Gvern bħalissa ħa l-inizjattiva li joħloq grupp ta nies li jirrapreżentaw lid-diversi Ministeri kkonċernati u li għandhom ir-responsabbilita li jikkoordinaw il-ħidma kollha ta tindif u embellishment fpajjiżna. It-taqsima ta l-Urban and Rural Landscaping tal-Ministeru tiegħi hija rappreżentata u qed tieħu parti attiva fdan l-eżerċizzju.
Leg 9 PQ #18294 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dazju fuq il-laħam tal-majjal li l-UE, fil-mument qed timponi fuq il-produtturi Maltin u Għawdxin li jesportaw dan il-prodott lejn xi pajjiżi membri ta' l-UE? Għaliex Malta ma ġietx rikonoxxuti bħala pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex tkun eżentata 77% tad-dazju li timponi l-UE fuq dan il-prodott importat fl-UE mill-pajjiżi li għadhom applikanti? X'passi qed jieħu l-gvern Malti sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ma jibqgħux żvantaġġati u jibdew jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' 77% ta' dazju in kwestjoni mill-aktar fis possibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lil Onor Interpellant li id-dazju fuq il-laħam tal-majjal ma tbiddilx minn dik id-darba li intervjenha hu stess biex jigi esportat il-laħam tal-majjal lejn l-Ewropa. L-industrija tal-majjal hija proġettata biex Malta tkun self sufficient u mhux biex t'esporta u wieħed jiskanta kif kważi fl-istess nifs l-Onor. Interpellant isaqsi fuq in-nuqqas ta' produzzjoni lokali u fuq l-esportazzjoni ta' dan l-istess prodott. Ma hux il-każ li nerġgħu nagħmlu kif kien sar fiż-żmien meta hu stess kien Ministru u nwebblu l-produtturi b'esportazzjoni fantażma ta' 10000 majjal fis-sena, biex mbgħad nesportaw 43 biss. Fil-fatt lanqas ta' dawn it-43 qatt ma kien hemm konferma li ġew esportati. Dan it-twebbil kien wassal sabiex għal żmien twil kien hemm produzzjoni żejda u ħoloq problemi kbar għall-industrija tal-majjal lokali. In-nuqqas li qed jinħass issa huwa frott tal-miżuri li ħadet l-industrija tat-trobbija biex trażżan il-produzzjoni żejda riżultat ta' l-wegħda ta' esportazzjoni mill-Onor. Interpellant, liema esportazzjoni qatt ma mmaterjalizzat. Ninforma lil Onor Interpellant li id-dazju fuq il-laħam tal-majjal ma tbiddilx minn dik id-darba li intervjenha hu stess biex jigi esportat il-laħam tal-majjal lejn l-Ewropa. L-industrija tal-majjal hija proġettata biex Malta tkun self sufficient u mhux biex t'esporta u wieħed jiskanta kif kważi fl-istess nifs l-Onor. Interpellant isaqsi fuq in-nuqqas ta' produzzjoni lokali u fuq l-esportazzjoni ta' dan l-istess prodott. Ma hux il-każ li nerġgħu nagħmlu kif kien sar fiż-żmien meta hu stess kien Ministru u nwebblu l-produtturi b'esportazzjoni fantażma ta' 10000 majjal fis-sena, biex mbgħad nesportaw 43 biss. Fil-fatt lanqas ta' dawn it-43 qatt ma kien hemm konferma li ġew esportati. Dan it-twebbil kien wassal sabiex għal żmien twil kien hemm produzzjoni żejda u ħoloq problemi kbar għall-industrija tal-majjal lokali. In-nuqqas li qed jinħass issa huwa frott tal-miżuri li ħadet l-industrija tat-trobbija biex trażżan il-produzzjoni żejda riżultat ta' l-wegħda ta' esportazzjoni mill-Onor. Interpellant, liema esportazzjoni qatt ma mmaterjalizzat.
Leg 9 PQ #18226 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Eżenzjoni mid-dazju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi tal-UE mill-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa tal-Lvant u Ċentrali żdiedet minn 33% għal 77% u l-industrija lokali ta' l-akwakultura baqgħet tħallas l-istess persentaġġ ta' 15% fuq il-ħut esportat lejn il-pajjiżi tal-UE meta Malta bħala pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għandha applikazzjoni għal sħubija sħiħa? Meta fil-fatt il-ministeru ressaq it-talbiet tiegħu lill-UE sabiex bħal pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant Malta tkun eżentata milli tħallas 77% mid-dazju li l-UE timponi fuq il-prodotti Maltin għall-perjodu ta' qabel is-sħubija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onor. Interpellant illi fl-1996 il-kummissjoni ta' l-Unioni Ewropeja kienet lestiet skeda ta' eżenzjoni mill-Common External Tarrif għal Malta biex tiġi rakkomandata lill-Kunsill. Din qatt ma għaddiet għand il-Kunsill għaliex l-amministrazzjoni preċedenti ffriżat l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija u fid-dawl ta' dan il-kummisjoni waqqfet din il-proċedura. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant illi bl-iffriżar ta din l-applikazzjoni Malta tilfet ukoll l-opportunita li tipparteċipa u tiġi nkluża mal-lista ta' pajjiżi applikanti fit-tfassil tas-SAPARD biex propju setgħa jwassal li aħna wkoll nibbenefikaw mil-fond ta' 520 Milljun Euro fis-sena. F'Settembru li ġej il-kummisjoni għandha tirċievi mandat mingħand il-kunsill sabiex terġa tibda tiddiskuti skeda ġdida ma Malta. Huwa mifhum li meta jintlaħaq ftehim din l-iskeda l-ġdida tiġi mressqa quddiem il-kunsill għall-approvazzjoni.
Leg 9 PQ #18431 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Xerrejja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-Pitkalija jkun hemm numru ta' xerrejja jagħżlu l-ħaxix u l-frott qabel ma jinfetħu l-bibien għax-xerrejja l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi l-awtoritajiet tal-Pitkalija jieħdu l-passi kollha sabiex dak li qed tallega l-Onor. Interpellant ma jsirx. Fil fatt dan l-aħħar numru ta' xerrejja jtellgħu il-Qorti talli nqabdu fil-Pitkalija qabel il-ħin stipulat tal-ftuħ.
Leg 9 PQ #18288 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħal Ġdid — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar f'Raħal Ġdid mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi t-taħwil li sar f'Raħal Ġdid fl-1999 huwa spjegat kif isegwi: Speċi Kwantita Casuarina 15Ceratonia 6Cupressus 80Ficus 60Lantana 14Phoenix 70Pinus 46Pittosporum 60Rosamarinus 6Schinus 6Washingtonia 10 Total 373
Leg 9 PQ #18289 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gudja — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Gudja mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-taħwil ta' siġar u xogħol ieħor ta' din in-natura f'din il-lokalita ma jaqax taħt ir-responsabbilta tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għaliex il-Kunsill Lokali għandu arranġamenti oħrajn.
Leg 9 PQ #18290 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Marsa — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Marsa mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi t-taħwil li sar fil-Mosta fl-1999 huwa kif isegwi : Speċi Kwantita Casuarina 6Cercis 6Cupressus 6Ficus 6Oleander 225Sterculia 22 Total 271
Leg 9 PQ #18291 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sta. Luċija — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar f'Santa Luċija, mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999? X'tip kienu u fejn tħawwlu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi t-taħwil li sar f'Santa Luċija fl-1999 huwa kif isegwi : Speċi Kwantita Dadonea 20Daisy 4Fig 12Lantana 130 Olives 6 Phonenix 4Stocks 500 Total 676