Legislature:
Category:
Reset
Active:

Protokoll ta' Kyoto — Emmissjonijiet ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jinnegozja l-ammont ta' emmissjonijiet ta' l-arja żejda li allokat l-Unjoni Ewropea bħala parti mil-protokoll ta' Kyoto? Jekk iva, jista' jgħid kemm beħsiebu jdaħħal fondi minn dan it-trading?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Deċiżjoni dwar bejgħ jew xiri ta’ allokazzjonijiet biex jagħmlu tajjeb għal emmissjonijiet minn installazzjoni li tipparteċipa fl-iskema kummerċjali ta’ l-Unjoni Ewropea dwar emmissjonijiet ta’ gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/EC, tittieħed mill-operatur ta’ l-istallazzjoni. Id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq il-kriterji tad-Direttiva, u tittieħed skond is-sitwazzjoni tas-suq fir-rigward tad-domanda għal konċessjonijiet u l-prezzijiet tal-konċessjonijiet, u n-neċessitajiet ta’ l-istallazzjoni.

Għawdex — Commuted parking scheme

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14408 li saret fis-26/09/05 u li għaliha l-Minsitru qal li tweġiba tingħata f'seduta oħra, jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb id-domanda u jgħid kemm kien l-ammont ta' kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' commuted parking imħallsa mill-applikanti Għawdxin f'dawn l-aħħar sentejn, separatament, għal kull raħal f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-commuted parking fil-Belt Victoria, Għawdex miġbura f'dawn l-aħħar sentejn huwa ta' Lm77,700. B'kollox il-kontribuzzjonijiet għall-commuted parking fil-Belt Victoria miġbura matul l-operat ta' l-iskema jammontaw għal Lm131,700.

Regolamenti dwar rimi ta' l-iskart

Question

Peress li kulħadd jaqbel li t-toroq ta' Malta u Għawdex għandhom jinżammu ndaf, jaqbel il-Ministru li qabel ma jsiru r-regolamenti li bis-saħħa tagħhom jiġu mposti multi dwar ir-rimi ta' l-iskart domestiku, kien ikun iktar raġonevoli li jara li fejn huwa possibbli jkun hemm skips għar-rimi ta' dan l-iskart? Ma jaħsibx li għall-anzjani u dawk li jkunu morda huwa ta' inkonvenjent u anke ta' periklu għal saħħithom li joħorġu l-borża ta' l-iskart barra fil-kesħa ta' filgħodu kmieni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Kunsilli Lokali jagħtu servizz lil kull komunitá biex jinġabar l-iskart domestiku. Fil-każ li s-servizz mhux addattat, allura l-Kunsill għandu jiġi nfurmat ħalli jsiru l-arranġamenti meħtieġa. Il-multi qegħdin għal dawk in-nies li, minkejja dan is-servizz ta’ kuljum, u ġbir ta’ skart goff b’xejn, xorta għad hawn min jarmi barra. Dan l-aġir, bħal ma ninsab ċert li jaqbel l-Onor. Interpellant, għandu jiġi ppenalizzat. Il-Gvern bħalissa għaddej b’arranġamenti mal-Kunsilli Lokali sabiex jiġu identifikati aktar siti għal ġbir ta’ skart separat. Nappella lill-Onor. Interpellant sabiex iħeġġeġ lil dawk il-Kunsilli Lokali li għadhom qed jopponu din l-inizzjattiva biex jipparteċipaw minnufih għall-benefiċċju tal-komunità tagħhom.

Ramla l-Ħamra — Bini ta' vilel ħdejn Ulysses Lodge

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi studji ta' impatt ambjentali saru qabel inħarġu l-permessi biex ikunu jistgħu jinbnew vilel ħdejn Ulysses Lodge li jħarsu fuq ir-Ramla l-Ħamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fir-rigward ta' l-Applikazzjoni Nu. 5138/02 (Re-development of an existing fully licensed commercial complex at Triq Għajn Qamar Xagħra Għawdex), saru dawn l-istudji kif jidher hawn taħt: - Ġeoloġija, Ġeomorfoloġija, Ilma tal-Pjan u Idroloġija - Analiżi ta' l-istabbilità ta' l-Art - Studju ġeotekniku tal-'foundations' - Arkejoloġija u wirt kulturali - Ekoloġija

Produzzjoni tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet il-produzzjoni tat-tjur mill-impjanti tal-proċessuri lokali tat-tjur li għadhom ma ġewx konformi mar-regoli mposti u rakkomandati mid-dipartiment tas-servizzi veterinarji lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-qatla ta' broilers minn Jannar sa’ l-aħħar t'Awissu kienet ta' 294,161kg, filwaqt li l-produzzjoni mill-cutting plant tat-tjur kienet ta’ 1500kg fil-ġimgħa.

Importazzjoni ta' laħam aħmar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam aħmar tal-baqra mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disgħa xhur ta' din is-sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Importazzjoni ta' laħam ta' l-għoġol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam ta' l-għoġol mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disgħa xhur ta' din is-sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Importazzjoni ta' laħam tal-ħaruf

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disgħa xhur ta' din is-sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Dipartiment tas-servizz veterinarju — Proċessuri Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' proċessuri f'Malta u Għawdex separatament li għadhom ma ġewx konformi mar-regoli kif proposti mid-dipartiment tas-servizz veterinarju lokali? Sakemm ingħataw żmien biex ikunu konformi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fil-proċess ta’ upgrading biex jintlaħqu l-istandards rikjesti mid-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea, huwa normali li jkun hemm impjanti, preżentament ħamsa (5) li jkunu ppreżentaw programmi ta’ upgrading li fl-ewwel fażi jkunu approvati mid-Direttorat, Ikel Alimentari u Djonostika, imbagħad iridu jkunu implimentati fuq perjodu ta’ żmien taħt is-sorveljanza ta’ dan id-Direttorat. Il-programm ikun miftiehem ma’ l-entità privata u l-approvazzjoni tingħata meta l-programm approvat ikun implementat.

Flus dovuti lis-sajjieda

Question

Jista' il-Ministru jara li jitħallsu l-flus dovuti lis-sajjieda skond il-kuntratti li saru qabel ir-referendum u għaldaqstant jaħseb sabiex ikun hemm il-flus ivvotati fil-budget li ġej?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant għas-suġġeriment tiegħu, iżda rrid infakkar li s’issa dan il-Gvern lis-sajjieda għaddielhom ‘il fuq minn Lm 1.7 miljun bħala għajnuna għall-bastimenti tagħhom.

Pitkalija — Grading station

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-grading station fil-pitkalija baqa' ma tħaddimx?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li parti mill-grading station għaddiet lill-għaqda tal-produtturi Gomriża Agriproducts Ltd. Jiena nfurmat li din l-għaqda tal-produtturi se tibda topera dan il-grading station is-sena d-dieħla, skond il-programm ta’ l-operat tagħhom li skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea jista’ jiġi ppreżentat sa l-aħħar tas-sena. Huwa maħsub li f'qasir zmien l-parti l-oħra tal-grading station tgħaddi wkoll lill-Ta’ Qali Producers' Group Fruit and Vegetables li għadha kif twaqqfet.

Importazzjoni tal-laħam aħmar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam aħmar tal-baqra mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Importazzjoni tal-laħam ta' l-għoġol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam ta' l-għoġol mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena inkluż l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Rapporti dwar tjur mejta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu calls fejn ġew irrappurtati għasafar jew tjur mejta minn mindu beda dan is-servizz?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema servizz qed jirreferi.

MEPA — Enforcement notices

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' enforcement notices tal-MEPA pendenti? Liema huwa dak li ilu l-iktar li ħareġ u meta ħareġ, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-preżent it-Taqsima Ta’ l-Infurzar fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha 1,600 każ pendenti għal aktar investigazzjonijiet, 1,504 każ pendenti minħabba li hemm proċeduri oħra li għad iridu jiġu deċiżi bħal - applikazzjonijiet sanitorji u appelli pendenti. 2,922 każi oħra huma pendenti biex tittieħed azzjoni diretta. L-aktar każ pendenti li ilu maħruġ f' Ghawdex hu ECF 807/93, maħruġ fl- 20 ta' April 1993, filwaqt li l-aktar każ pendenti li ilu maħruġ f' Malta hu ECF 12/93 maħruġ fit-2 ta' Jannar 1993.

Industrija lokali tal-poultry

Question

Jista' il-Ministru jgħid sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kienet l-importazzjoni tat-tjur u/jew bajd tat-tiġieġ li ġew importati għall-industrija lokali tal-poultry?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'Seduta oħra.

Industrija tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jinformana fil-preżent kemm huwa n-numru ta' tjur li qed jitkabbar f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-preżent n-numru ta’ tjur kien hekk kif jidher hawn taħt : Malta Għawdex Broilers 529,755 169,085 Layers (pullet) 492,728 78,909 TOTAL 1,022,483 247,994

Każ ta' bidwi

Question

Jista' il-Ministru jinformana x'passi qed jieħu biex bidwi li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru kkomunikajt mal-Ministru bit-telefon, ikun jista' jaħdem ir-raba' sabiex ilaħħaq bħal bdiewa oħra l-prodotti fis-suq lokali immedjatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.