Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3522 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Kunsilliera

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilliera f'Malta u Għawdex li huma bejn it-18 u l-25 sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Kunsillieri f’Malta u Ghawdex li huma bejn it-18 u l-25 sena huwa ta’ 33.
Leg 10 PQ #3716 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummisjoni tas-servizz Pubbliku — Ħatra ta' Direttur ta' l-Eżamijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fil-ħatra ta' Direttur tal-Eżamijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta’ l-għażla għal Direttur tal-Eżamijiet għadu għaddej.
Leg 10 PQ #3764 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — ex ħaddiema tal-Bank of Valletta

Question

Jista' il-Prim Ministru jassigura li l-ex ħaddiema tal-Bank of Valletta li ġew maqluba bħala labourers mal-gvern, jerġgħu jingħataw il-gradi li kellhom qabel u dak kollu dovut lilhom f'finanzi u kondizzjonijiet? Jista' jassigura wkoll li dan ikun jirrifletti fil-pagi ta' dawn il-ħaddiema li għadhom impjegati u fil-pensjoni ta' dawk li diġa' spiċċaw mill-impjieg imsemmi bil-pensjoni minħabba l-eta'?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena infurmat li l-ħaddiema msemmija ġew integrati fis-Servizz Pubbliku, u ngħataw ħatra ta’ “labourers” skond arranġamenti speċifiċi maqbula mal-“Unions”.
Leg 10 PQ #3623 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei — Offerta għal apparat mediku

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk f'kuntatti li kellu ma' l-awtoritajiet Taljani qatt sar lobbying jew xi forma ta' pressjoni min-naħa Taljana biex it-tender ta' l-apparat mediku ta' l-isptar Mater Dei jingħata lill-kumpannija INSO Spa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif inhu mistenni, il-gvernijiet ta’ pajjiżi, li minnhom kienu ġejjin il-kumpanniji li issottomettew “tender” għall-apparat mediku għall-Isptar Mater Dei, urew interess f’dan it-“tender”. Dan l-interess bl-ebda mod ma jista’ jiġi deskritt bħala pressjoni u huwa normali fl-ambitu tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn pajjiż u ieħor.
Leg 10 PQ #3522 Sitting 84 2003-12-16 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Kunsilliera

Question

No question text.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 16/12/2003PM) (Seduta Numru: 84)
Leg 10 PQ #3523 Sitting 84 2003-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Persuni eliġibbli għall-vot

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti l-persentaġġi ta' dawk bejn it-18 u l-25 sena li kienu eliġibbli biex jivvutaw u li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fis-snin 2000, 2001 u 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull lokalita' separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-istatistika ta’ kemm ivvutaw nies ta’ bejn it-18 u l-25 sena fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ma tistax tinġabar u għalhekk ma jistgħux jinħadmu persentaġġi. (Tweġiba mogħtija: 16/12/2003PM) (Seduta Numru: 84)
Leg 10 PQ #3395 Sitting 83 2003-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fil-grad ta' messaġġiera — Pensjoni

Question

B'referenza għall-ħaddiema fil-grad ta' messaġġiera u senior messengers taċ-Ċivil li għandhom l-allowance, l-allowance se jkun integrat fil-kalkoli għall fini tal-pensjoni u ċioe' tapplika għall-iskala biex tkun konformi mal-pagament inkwistjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema “allowance” qiegħed jirreferi. Normalment “allowance” ma jiġix ikkalkulata għal fini ta’ pensjoni. (Tweġiba mogħtija: 16/12/2003PM) (Seduta Numru: 83)
Leg 10 PQ #3446 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pajjiżi tal-Commonwealth — Laqgħa għolja tal-kapijiet f'Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata li se tiġi tiswa f'fondi pubbliċi lill-pajjiżna l-laqgħa għolja tal-kapijiet tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM) li se ssir f'Malta fis-senae 2005?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Naħseb li l-Onorevoli Membru jaqbel li meta tiltaqa’ organizzazzjoni bħal dik tal-“Commonwealth”, il-pajjiż għandu ħafna x’jiggwadanja. Naturalment għadu kmieni wisq biex tingħata risposta għad-domanda.
Leg 10 PQ #3405 Sitting 77 2003-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata ta' Malta — Eżamijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li riċentement fl-Armata saru l-eżamijiet tat-trade ta' Intelligence Operators Grade II? Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex dawn l-eżamijiet ġew mgħaġġlin daqshekk filwaqt li eżamijiet oħra fit-trade ta' storeman baqgħu ma sarux minkejja l-parir ta' l-Ombudsman?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nikkonferma li sar l-eżami msemmi. Ninsab infurmat li ma kien hemm għad ħadd bit- “trade” ta’ “Intelligence Operator Grade II” qabel ma sar dan l-eżami.
Leg 10 PQ #3402 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Post Accession Programmes

Question

B'referenza għal dak li jingħad fit-tweġiba 3238 jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-Single Programming Document ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-“Single Programming Document” ta’ Malta hu fil-proċess ta’ approvazzjoni finali minn naħa tal-Kummissjoni Ewropea. L-aħħar “draft”, kif emendat fil-5 ta’ Diċembru 2003, jinsab fuq il-“website” www.ppcd.gov.mt.
Leg 10 PQ #3403 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Ġbid mis-sensila televiżiva Undercover

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3069, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħin l-ajruplani, l-helicopters u l-patrol boats kellhom jiddedikaw separatament għall-ġbid ta' siltiet mis-sensila Undercover? Għaliex ma ntalabx ħlas għall-użu tar-Rescue Boat? Jaħsibx il-Prim Ministru li waqt xogħol ta' sorveljanza bil-patrol boats u ajruplani/helicopters m'għandhomx jitħallew film crews jiġbdu siltiet għal programmi kummerċjali? Jidhirlux ukoll li ntweriet nuqqas ta' serjeta' meta ġie awtorizzat biex il-filming isir waqt xogħol ta' sorveljanza?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“helicopters”, l-ajruplani u l-“Patrol Boats” intużaw biex inġibdu siltiet mis-sensiela “Undercover” kif spjegat hawn taħt:- “Alouette Helicopter”: 6 titjiriet ta’ inqas minn siegħa l-waħda “Islander Aircraft”: Titjira ta’ madwar nofs siegħa “Patrol Boat P51”: Ħames siegħat “Search and Rescue Boat Melita I”: Sagħtejn u nofs Dwar il-ħlas għall-użu ta’ “Melita I” il-Forzi Armati ta’ Malta ser tibgħat il-kont lill-kumpanija konċernata. B’referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija, il-“filming” ma’ sarx waqt xogħol ta’ sorveljanza imma waqt xogħol ta’ rutina.
Leg 10 PQ #3404 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa — Serq mill-Kwartieri Ġenerali ta' l-Armata

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 3068, ma jidhirlux il-Prim Ministru li l-investigazzjoni qed tieħu fit-tul? Jista' jgħid ukoll min qed jinvestiga jekk hux l-Armata jew il-Pulizija? Jekk l-Armata min huma l-uffiċjali li qed jinvestigaw?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-investigazzjonijiet qed isiru mill-Armata. Mhux prudenti li jingħataw dettalji.
Leg 10 PQ #3326 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stati Uniti — US Naval war college - symposium li attenda għalih il-brigadier ta' l-AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien is-suġġett tas-symposium li l-Brigadier ta' l-Armata attenda fil-US Naval war college fl-Istati Uniti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-tema prinċipali tas-“symposium” li l-Brigadier ta’ l-Armata attenda fil-“US Naval College” fl-Istati Uniti kienet “International Maritime Strategy”. (Tweġiba mogħtija: 10/12/03 AM) (Seduta Numru: 75)
Leg 10 PQ #3328 Sitting 75 2003-12-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ISSP 2003-2005

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ISSP 2003-2005 ġietx ippubblikata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bhal plans ta’ qabel, l-“Information System Strategic Plan” 2003 – 2005 ghas-Servizz Pubbliku ma giex ippublikat. Hu mistenni li jitpogga fuq il-website tac-CIMU aktar ’il quddiem.
Leg 10 PQ #3082 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attakk terroristiku internazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Malta hux imħejjija għal possibbilta' ta' attakk terroristiku internazzjonali? Kien hemm kuntatti ma' pajjiżi barranin dwar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-servizzi ta’ l-emerġenza u tas-sigurta` ta’ Malta huma mħejjija biex jirreaġixxu għal ċertu tipi ta’ atti terroristiċi u biex jipprovdu assistenza mmedjata. (Tweġiba mogħtija: 09/12/2003PM) (Seduta Numru: 74)
Leg 10 PQ #3305 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Bdoti tal-helicopters

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 2979, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' training matul l-istess xhur fuq helicopters tat-tip Alovette u fuq ajruplani tat-tip Islander?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li jingħata t-“training” neċessarju u ma jidhirlix li huwa meħtieġ li tingħata l-informazzjoni dettaljata mitluba. (Tweġiba mogħtija: 10/12/03PM) (Seduta Numru: 74)
Leg 10 PQ #3319 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Stedina għal żjara f'Algericas

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li l-AFM ma laqgħetx stedina tal-Guardia Civilia Spanjola biex iżżur Algericas minħabba nuqqas ta' fondi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li uffiċjali tal-Forzi Armati ġa żaru Algeciras, Spanja. Fondi biex issir iż-żjara msemmija kien hemm iżda l-Forzi Armati ma laqgħux stedina oħra minn kumpanija privata għal skop kummerċjali.
Leg 10 PQ #3237 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Euro security and defence policy

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex se jintnefqu t-Lm80,000 għal Euro security and defence policy ivvotati f'line item 5007 ta' l-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“line item” 5007 fil-parti l-kbira jkopri spejjeż b’konnessjoni ma’ xiri ta’ apparat, ilbies protettiv, eċċ għas-suldati tal-Forzi Armati li jistgħu jissejħu biex jipparteċipaw f’missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ taħt il-kappa tar-“Rapid Reaction Force”. Parti ta’ dan il-“line item” se tintuża għall-taħriġ fl-Italja għall-istess suldati.
Leg 10 PQ #3238 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU Post accession programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema oqsma se jintnefqu, qasam b'qasam, il-Lm53,000 ta' fondi Maltin (Lm13,000) u Ewropej Lm40,000) imniżżla f'line item 7173 EU Post accession programmes (Structural funds) fl-Estimi finanzjarji 2004?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-fondi imnżżila f'“line item” 7173 huma l-istima ta' nfiq li mistenni jkun hemm fl-2004 taħt il-miżura 5.1 tas-“Single Programming Document” ta' Malta. Din titratta assistenza teknika taħt il-“European Regional Development Fund” (ERDF) skond artiklu 23 tar-Regolament Ġenerali tal-Fondi Strutturali