Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #142 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studenti barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fix-xhur li ġejjin meta jiżdiedu l-istudenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna jkun hemm akkomodazzjoni biżżejjed għalihom bla tħarbit tas-setturi turistiċi oħrajn u jkun hawn żamma xierqa ta' l-ordni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed jiġu ntrodotti numru ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu żieda fin-numru u tipi ta’ akkommodazzjoni li tintuża mill-istudenti ta’ l-ilsien Ingliż li jiġu Malta speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Dawn il-miżuri jikkonsistu f’inċentivi sabiex aktar host families jitħajru joffru s-servizzi tagħhom biex jilqgħu l-istudenti. Tneħħiet il-kontribuzzjonijiet li kull familja kienet tħallas lill-MTA sabiex tilqa’ studenti filwaqt li l-proċessar ta’ l-applikazzjoni ġiet iffaċilitata b’tali mod li l-ħruġ tagħhom ikun mmedjat. Hemm ukoll numru ta’ inizjattivi sabiex iżidu n-numru ta’ sodod fosthom: 1. L-introduzzjoni ta’ Student Hostel Label immirata sabiex tidentifika u tagħraf dawk il-hostels li speċifikament jilqgħu fosthom studenti biss. 2. L-introduzzjoni ta’ Youth Hotel Label li hija mmirata għal dawk il-lukandi li jkollhom aktar minn ħamsin fil-mija tal-klijenti tagħhom studenti. Dan għandhom jgħinu sabiex jonqos l-impatt negattiv li jista’ jissuċidi meta studenti jitpoġġew f’lukandi ma’ turisti oħra. Nixtieq inżid li qed jittieħdu numru ta’ miżuri sabiex jiġi assigurat li tinżam l-ordni f’żoni bħal Paceville. Fost dawn il-miżuri ġie deċiż li jiżdiedu l-patrols tal-pulizija.
Leg 11 PQ #143 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Host families

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm familji li s'issa huma liċenzjati biex iżommu studenti barranin magħhom u kif jitqabbel dan in-numru ma' l-istess perijodu tas-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2008 sa l-20 ta’ Mejju 2008 ġew liċenzjati 786 familja bħala host families. Fl-istess perijodu tas-sena 2007 kienu ġew liċenzjati 889 familja.
Leg 11 PQ #206 Sitting 6 2008-05-20 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartimenti, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #29 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Slielem mal-kosta

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li mal-kosta ta' San Pawl il-Baħar sal-Qawra jiġu mwaħħla slielem sabiex jintużaw mit-turisti u minn dawk li jkunu qed jgħumu f'dawn l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #75 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gudja — Triq il-Lewż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fhiex waslet it-talba ta' Sinjura li qed titlob biex isiru bollards quddiem tliet residenzi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Galleriji ta' l-injam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-MEPA terġa' toħroġ skema għal tibdil ta' galleriji ta' l-injam? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalissa m’hemmx il-ħsieb li l-iskema għat-tibdil ta’ gallariji ta' l-injam terġa’ tinfetaħ. Ta’ min jgħid li n-nefqa totali mill-aħħar skema laħqet € 1,196,049.
Leg 11 PQ #87 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #100 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Inter-Ministerjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Kumitat Inter-Ministerjali tat-Turiżmu f'Marzu u April 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #101 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti turistiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti turistiċi mistennija jibdew din is-sena b'fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru dawn il-proġetti u f'kull każ fhiex jikkonsistu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #123 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għall-iżvilupp ġew sottomessi għand il-MEPA dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2003, 2004, 2005,2006,2007? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom Malta separatament sena b'sena mill-2003 sas-sena 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-figuri mitluba. Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 11 PQ #134 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għax-shooting ranges madwar Malta u Għawdex? Jista' fl-istess ħin jagħti tagħrif fhiex wasal it-tfassil tal-policy dwar ix-shooting ranges?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għandha quddiemha erba' (4) applikazzjonijiet għal shooting ranges madwar Malta u Għawdex. Tlieta minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u l-oħra qegħda għar- reconsideration . Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem shooting, range jew sparar. Il-politika dwar ix-shooting ranges qegħda tiġi kkunsidrata.
Leg 11 PQ #136 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' flus miġbura mill-MEPA taħt l-iskema ta' CPPS jew xi skemi oħra, sa mit-twaqqif tagħha? Kemm huma l-ammonti maqsuma lokal, lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fulq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #139 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Time share

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma awtorizzati/liċenzjati li jbiegħu t-time share f'Malta? Jista' jagħti ndikazzjoni dwar jekk dawn il-persuni jkunux awtorizzati biex jaħdmu f'Malta/Għawdex kollu, jew jekk hux għal xi lokalita' partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #178 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet f'bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jġib fis-seħħ il-wegħda elettorali tiegħu nru 258 tal-manifest tal-PN li għal aktar trasparenza ħatriet f'bordijiet tal-Gvern isiru wara sejħa pubblika għal applikazzjoni? Dan ser jgħodd għall-bordijiet kollha inklużi dawk tal-kumpaniji parastatali jew le? U jekk le, għal liema bordijiet ser jgħodd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #198 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żona turistika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx l-ħsieb li Wied il-Għajn terġa' tiġi kklassifikata bħala żona turistika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3 Sitting 4 2008-05-14 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Irranġar ta' galleriji ta' l-injam

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinfurmani kemm-il applikazzjoni għall-għajnuna ta' sussidju għall-irranġar ta’ galleriji ta’ l-injam ġew konfermati lis-sidien tad-djar fil-lokalitajiet ta’ tas-Sliema, l-Gżira u San Ġiljan u dan bħala parti mill-iskema tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #4395 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MPO — Talbiet għall-postijiet ta' impjiegi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm l-MPO s'issa pproċessa talbiet għall-postijiet ta' impjiegi għall-persuni li qabel kienu jaħdmu mal-MDC, IPSE jew METCO? Fejn intbagħtu jaħdmu? Min huma dawn il-persuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici.
Leg 10 PQ #4830 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2002

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-uffiċċju tiegħu sabiex jara min kien responsabbli u li ma jiġux ripetuti l-istess nuqqasijiet u diskrepanzi ta' eluf kbar ta' liri Maltin li ġew murija fir-rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2002?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Peress li mhux ċar għal xiex qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, nitolbu jkun aktar speċifiku. B’mod ġenerali jista’ jingħad li kull Ministeru jagħti l-attenzjoni xierqa lill-osservazzjonijiet ta’ l-Awditur Ġenerali.
Leg 10 PQ #4773 Sitting 110 2004-03-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Vakanzi għall-post ta' senior technical officer fil-Ministeru għal Għawdex

Question

B'riferenza għall-MPO circular 45/2003 dwar posts of senior techical officer (works branch) in the department for projects and developments, Ministry for Gozo, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li abbażi tagħhom saret l-għażla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-kriterji li abbażi tagħhom saret l-għażla li għaliha qed tagħmel riferenza l-Onorevoli Interpellant, skond kif approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kienu kif jidher hawn taħt: Related Knowledge 30 Relevant Experience 25 Abilities required in the post (eg: Leadership, etc) 20 Qualifications 15 Personal Qualities 10 maximum 100 minimum 50
Leg 10 PQ #4634 Sitting 109 2004-03-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Żjara f'Malta miċ-chairman tal-EU military committee

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'ġie diskuss maċ-chairman tal-EU military committee fiż-żjara li nifhem li saret fuq stedina tal-Armed forces of Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li saru diskussjonijiet fuq l-aħħar żviluppi fil-politika ta’ l-EU dwar sikurezza u difiża, kif ukoll il-kontribut ta’ Malta f’missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ.