Peress li wara li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament applikat għall-iskema V ta' l-awtorita` tad-djar, membru tal-familja żviluppat marda b'diżabilita` serja ħafna (non hodgkin's symphoma) jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex din il-familja ma tistax tibbenefika minn skema 7 minflok?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata applikat taħt Skema 7 - (Għajnuna Finanzjarja Għal Persuni b'Diżabilita' għall Xogħolijiet Ta' Titjib Relatati mad-Diżabilita' tagħhom f'Residenzi Okkupati Minnhom) u Skema V - (Skema ta' Installazzjoni ta' Lifts fi Blokki/Entraturi Residenzjali li huma Proprjeta' tal-Gvern) għall-installar ta' lift. Peress li l-applikazzjoni taħt Skema V kienet avvanzata ħafna l-Awtorita' tad-Djar iddeċidiet li tipproċedi bl-installar tal-lift taħt din l-iskema.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi rimedjat żbal ta' flus li l-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kellha tħallas lid-dipartiment tas-sigurta` soċjali u li jidher li tħallas darbtejn? Jista' jara li din il-koppja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu hawn separatament annessi ġiet mogħtija unit mill-awtorita' tad-djar b'sussidju meta l-awtorita' kellha nformazzjoni li l-informazzjoni mogħtija lid-dipartiment tat-taxxa kienet skorretta? Għalfejn ma tieħdu l-ebda' passi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat appartament mill-Awtorita' tad-Djar permezz ta' kuntratt li ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 1997, jiġifieri fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista sallum, l-Awtorita' qatt ma kellha nformazzjoni li l-persuna konċernata kienet għamlet xi dikjarazzjoni falza in konnessjoni ma' din l-allokazzjoni.
Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita' bdiet investigazzjoni dwar il-każ wara li reċentement ġiet infurmata li l-appartament konċernat mhux qed ikun okkupat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment għajnuna soċjali, meta ġie informat bil-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi ta' l-informazzjoni lid-dipartiment fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi konsistenti fir-reat ta' firem foloz baqa' ma ħa l-ebda' passi, li applikat għall-pensjoni waqt li kienet taħdem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Jista' l-Ministru jara li jitħallas il-pagament dovut lill-persuna li n-numru ta' l-ID tagħha qed jidher separatament, peress li l-pagament tal-bonus ma sarx mal-ħlas tal-pensjoni li rreferenza tagħha qed ukoll tintbagħat separatement?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha personalment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment iżommx lista ta' nies klassfikati bħala homeless? X'inhuma l-kriterji li taħthom jiġu nies klassfikati bħala homeless? Jekk tali lista, teżisti, kemm hemm nies klassfikati bħala homeless mad-dipartiment? Kif jiġġustifika li hawn nies homeless meta hawn tant eluf ta' djar vojta? X'ikunu t-talbiet ta' dawn in-nies? Kif isiru homeless u fejn joqogħdu u kif jgħixu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni jikkunsidra bħala "homeless" lill-dawk li jiġu żgumbrati bil-Qorti (meta r-raġuni ma tkunx in-nuqqas ta' ħlas tal-kera) lill-dawk li tkun iġġarfitilhom darhom jew lill-dawk li joqgħodu f'istituzzjoni. Dawn jingħataw priorita' meta jkollu postijiet battala f'idejħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ntilfu ġranet ta' xogħol minħabba mard matul l-ewwel 5 xhur tas-sena? Kemm kien hemm ġranet ta' mard meħuda minn ħaddiema fis-settur pubbliku u kemm fil-privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni dwar ġranet ta' xogħol mitlufa kawża ta' mard, matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena. Tajjeb li ninforma lil Onor. Interpellant li din l-istatistika tinġabar miċ-ċertifikati tal-mard li ħaddiem jew persuna li taħdem għal rasha tissottometti lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-livell ta' volum ta' mużika u storbju permess mill-awtorita' għas-saħħa u sigurta' għal luna parks li jarmaw fil-miftuħ f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' għas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol issegwi n-normi tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli aċċettabbli ta' storbju li għalihom ikunu esposti ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Dawn huma ta' 90 dB(A) (daily passed noise extreme) u ta' 200 Pa (unweigħted in stantaneous sound pressure).
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm applikanti fid-dipartiment akkomodazzjoni soċjali li ilhom japplikaw minn qabel 1987? F'liema kategorija jinstabu? Minn liema lokalitajiet huma? Kemm minnhom naqqsu l-punti minn dak iż-żmien 'il hawn minħabba tibdil fiċ-ċirkostanzi/sistema tal-punti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba minbarra dik mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija li dwarha ma tinżammx statistika.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu diskussjonijiet biex isiru l-lifts fil-flats kollha ta' Triq il-Ġnien ġewwa St. Lucia?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-Awtorita' irċeviet xi applikazzjoni għall-installar ta' lift minn residenti ta' appartamenti fi Triq il-Ġnien Sta. Luċija.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi hemm dwar slum clearance projects f':
i) Triq Argotti/Triq l-Iljun Floriana
ii) 22 Triq il-Kapuċċini Floriana
iii) St Charles Street Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
i) rigward Triq l-Argotti/Triq l-Iljun, Floriana, saret l-applikazzjoni għall-permess għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li sallum għad ma ġietx risposta dwaru. Kien hemm xi dewmien dwar il-ħruġ tal-permess minħabba xi trattativi ma' terzi persuni;
ii) dwar 22 Triq il-Kappuċini, Floriana, l-permess ġie approvat u t-tender ingħatat pero' inqalgħu xi problemi dwar min hu l-propjetarju ta' wieħed mill-garaxxijiet eżistenti;
iii) rigward St Charles Street, Valletta jidher li għalissa ma hemm l-ebda proġett ta' slum clearance maħsub għal dan is-sit.
Peress li fl-għola stituzzjoni tal-pajjiż, kemm minħabba l-kariga u kemm minħabba l-eta', hemm min qiegħed jirċievi aktar minn pensjoni waħda, jista' jgħidli għaliex persuna li għamlet żmien taħdem man-Navy Ingliża, meta tasal għaż-żmien tal-pensjoni ma tingħatax ukoll il-pensjoni li tingħata tas-servizz Ingliż flimkien mal-pensjoni tal-gvern Malti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma tipprekludix lil xi persuna milli tirċievi xi pensjoni tas-servizz filwaqt li tkun qed tirċievi l-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali. Tajjeb jingħad li hemm pensjonanti li għandhom aktar minn pensjoni waħda tas-servizz u jirċievu fl-istess waqt pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Ministru jara li terġa' titnaqqas il-kera li tħallas il-persuna, li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, għall-fond li fih jgħix ma martu u erbat itfal, peress li minn Lm52 l-kera għolietlu għal Lm120 fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi s-sussidju fuq il-kera nħadem skond il- kuntratt li ġie ffirmat fit-30 ta' Lulju 1997.
Jista' l-Ministru jara li terġa tiġi riveduta t-talba għall-estenzjoni tal-home help lil anzjana li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija minħabba l-bżonnijiet li għandha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fit-8 ta' Mejju 2002, il-Bord kompetenti kkunsidra t-talba għall-estenzjoni tal-Home Help mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din it-talba ma ġietx milqugħa peress li ma kienx hemm tibdil fil-kundizzjoni medika tal-persuna konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm mill-awtorita' tad-djar għall-użu ta' l-art abbandunata li hemm bejn Triq is-Sifa u Triq Napuljun Caruana Dingli fil-Mellieħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tikkonsidra x'possibilitajiet hemm ta' żvilupp fuq l-art indikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-każ ta' housing tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qegħdin iħallsu Lm60 kera fix-xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ għadu qed jiġi investigat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ. f'kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu.
Numru ta' haddiema Numru ta' sigħat Numru ta' sigħat
Dipartiment tekniċi li ħadmu li nħadmu li tħallsu
Overtime fl-2001 fl-2001 fl-2001
Dipartiment Servizzi 1 1,705.75 1,705.75
Korporattivi MSP
Akkomodazzjoni 3 74 74
Soċjali
Bini u Tiswija ta' Djar 7 552.50 527.50
Anzjani u Servizzi 13 1,014 674.25
fil-Komunita'
Jista' il-Ministru jara li l-każ tal-persuna li isimha qiegħed jintbgaħat separatament u li tgħix fis-sular ta’ fuq jigi mogħti lilha flat groundfloor u dan minħabba mard li tbati minnu hija stess u minħabba li għandha familja li għadha qed trabbi, liema każ diġa huwa f’idejn il-housing?