Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ dwar Sajjied

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20305 u jaġġornana dwar il-passi li ttieħdu a bażi tad-dikjarazzjoni ġuramentata tas-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jien stess għaddejt lill-uffiċjali tal-Prim Ministru permezz ta' interpellanza parlamentari xi ġimgħat ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20305 u 20428 hu kif ġej: Minn investigazzjoni li għamilt jirriżulta li l-ewwel parti tad-dikjarazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tirreferi għat-tender għall-esportazzjoni tat-tonn u bl-ebda mod ma tinvolvi ’l-Ministeru. Din hija materja esklussivament kummerċjali ta’ bejn iż-żewġ koperattivi u li fiha l-Ministeru kkonċernat m’għandu ebda involvement għajr li jkun preżenti għall-ftehim. Kien hemm okkażżjonijiet meta d-Direttur Ġenerali kien mitlub jagħmilha ta’ arbitru. Is-sajjied involut huwa membru fil-kumitat ċentrali ta’ waħda minn dawn il-koperattivi u għalhekk huwa f’pożizzjoni li jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet direttament. It-tieni parti tad-dikjarazzjoni tirreferi għall-allegazzjonjiet dwar lanċa partikulari, liema allegazzjonijiet l-Onorevoli Interpellant għoġbu jirrepeti ukoll permezz ta’ stqarrija lill-media. Il-lanċa hija propjetà ta’ kumpanija li d-direttur tagħha huwa wkoll uffiċjal prominent fil-kumitat ta’ l-istess koperattiva. Dawn l-allegazzjonijiet twieġbu fi stqarrija pubblika mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fejn ittenna li ma kien hemm ebda irregolarità fl-informazzjoni dwar il-kwota tal-qabda tat-tonn ta’ lanċa partikolari kif allega l-Onorevoli Interpellant. Il-movimenti kollha tal-lanċa msemmija kienu rreġistrati minn sid il-lanċa fil-log book kif suppost. Il-lanċa is-sena li għaddiet kienet ħarġet tistad għat-tonn wara li bosta bastimenti oħrajn kienu waqfu mis-sajd u kienu bdew jiġbdu l-gaġeġ minflok jistadu. Il-log book jikkonferma li l-lanċa effettivament ħarġet tistad u l-qabda ta’ tonn hija dokumentata. Ninsab ukoll infurmat li sidien din il-lanċa bdew proċeduri legali kontra min għamel dawn l-allegazzjonijiet. Fid-dikjarazzjoni hemm riferenza għal lanċa purse-seiner oħra ta’ sidien li kienu armaw bix-xibka qabel ma Malta qatt ikkunsidrat dan l-irkaptu u li għamlu staġun jistadu. Il-multa kienet ingħatatilhom għaliex niżżlu x-xibka tat-tonn l-art f’dak l-istaġun meta ma kellhomx liċenzja għaliha. Is-sena ta’ wara dawn kienu reġgħu ħadmu bix-xibka minflok dgħajjes oħrajn li jew marru jiġbdu l-gaġeġ jew kienu ċedewlhom il-post tagħhom.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna minn San Ġwann bil-każ numru 307470 li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu sal-lum ma ngħatax risposta mill-kummissarju tat-taxxi interni dwar cheque li jidher li jekk inħareġ issarraf minn ħaddieħor? Ma jaħsibx li dan għandu jingħata risposta malajr meta l-każ imur lura għat-18 ta' Settembru 1987?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata tista’ tingħatha informazzjoni u għajnuna fuq dan il-każ partikulari mis-sezzjoni tar-refunds fi Block 3.

Żbilanċ Finanzjarju tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea: Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005? Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP? Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu? Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza? Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

NSO

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuwa il-pakkett finanzjarju sħiħ li ġie offrut lis-Sur Gordon Cordina bħala kap ġdid ta' l-NSO? Se jitħalla jkompli bix-xogħol tiegħu l-universita' u ta' konsulenza ma' diversi azjendi u aġenziji governattivi u parastatali, fosthom il-Bank Ċentrali u l-MCESD? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett finanzjarju offrut lid-Direttur Ġenerali l-ġdid huwa hekk: a) salarju ta’ Lm16,000 fis-sena b) expense account ta’ Lm500 fis-sena c) karozza uffiċjali fully-expensed d) l-użu ta’ mobile telephone e) pagament ta’ kontijiet ta’ telefon fixed line f) bonus fuq is-salarju sa massimu ta’ 15% li hu marbut mal-performance. Il-kuntratt jispeċifika li d-Direttur Ġenerali l-ġdid ma jistax jidħol għal xogħol barra minn dak tal-kariga iegħu għajr li jagħmel xogħol akkademiku fl-Universita’ ta’ Malta sa massimu ta’ seba’ sigħat fil-ġimgħa.

Dipartimenti governattivi — Rapporti annwali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ir-rapporti annwali tad-dipartimenti tal-gvern għas-snin 2004 u 2005 ġewx ippubblikati? Jekk fl-affermattiv, meta ġew impoġġija fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor Membru li r-rapporti annwali tad-dipartimenti tal-gvern għas-snin 2004 u 2005 ġew ippublikati fis-27 ta’ Diċembru 2005 u l-15 ta’ Mejju 2006 rispettivament. Nirreferi lill-Onor Interpellant għaċ-ċirkularijiet Nru 49 ta’ l-2005 u Nru 17 ta’ l-2006 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni. Mis-sena 2003 ‘l hawn, ir-rapporti annwali tad-dipartimenti tal-Gvern qed jitpoġġew fis-sezzjoni Liberija ta’ l-Internet għas-Servizz Pubbliku http://intra.gov.mt. Sabiex jinqatgħa l-ispejjeż żejda ta’ l-istampar tal-pubblikazzjoni u bħala parti mill-inizjattivi meħuda mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru favur l-ambjent, f’Diċembru ta’ l-2005 ġie deċiż li dawn il-pubblikazzjonijiet ma jibqgħux jiġu stampati imma jinħarġu biss f’forma elettronika – kemm fuq l-Intranet kif ukoll fuq CD li tinsab għall-bejgħ mid-Dipartiment ta’ lnformazzjoni. Mhix il-prassi li dawn il-pubblikazzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

BICAL

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min hu l-kontrollur il-ġdid tal-BICAL? Peress li l-gvern ilu jwiegħed żmien li se jitħallsu l-aħħar dividenti, jista' jgħid meta effettivament se jsir dan il-pagament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda kontrollur ġdid tal-BICAL. Infatti, dak preżenti inħatar f’Jannar 2003. Kull depożitant tal-BICAL diġa rċieva tmenin ċenteżmu minn kull lira depożitata mal-Bank. Diversi proċeduri ġudizzjarji wasslu għal dewmien fit-tqassim lid-depożitanti ta’ l-aħħar għoxrin fil-mija tal-kapital u l-interessi dovuti fuq id-depożitukollu. Il-Kontrollur qed jaħdem biex jagħmel pagament ieħor lid-depożitanti fix-xhur li ġejjin.

Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar mill-ġudikatura lill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja sal-15 ta' Jannar, 2006 u jinkludi l-lista tal-kawżi pendenti skond Artiklu II ta' Kap 369?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Korsijiet fl-Universita' — Refund fit-taxxa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi refund fit-taxxa għal dawk li qed jagħmlu kors ta' l-Universita' part-time u li qed iħallsu għalih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond il-liġi tat-taxxa, refund tat-taxxa jkun dovt lil min ikun ħallas taxxa żejda. Ma jeżisti l-ebda tnaqqis fil-liġi tat-taxxa għal min jagħmel ħlas għal korsijiet, inklużi korsijiet part-time l-Universita’, u għalhekk ma jistax jinħoloq refund minħabba f’hekk.

Ħaddiema fis-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern part-time, full-time on contract basis u on temporary basismill-2003 sal-lum u ma' liema dipartiment ġew impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nifhem illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dawk il-ħaddiema impjegati bħala casuals meta jirreferi għall-ħaddiema ‘on temporary basis’ fil-mistoqsija tiegħu. Ninsab infurmat illi minn Jannar tas-sena 2003 sal-lum, ġew imjegati 87 persuni fuq bażi part-time, 507 b’kuntratt full-time, u 810 casuals fil-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, filwaqt li matul l-istess perjodu, spiċċaw 1008. In-numru totali ta’ impjegati fis-Servizz Publiku niżel minn 30701 għal 29435 matul l-istess perjodu. Dettalji tagħhom u fejn ġew impjegati, sena b’sena, jidhru fil-listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid xi ħsara saret mill-immigranti illegali fil-postijiet ta' detenzjoni din is-sena u kemm se tiswa lit-tax payer Malti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-ħsara li saret mill-bidu ta’ din is-sena l’hawn (cioe’ sa l-aħħar ta’ Ġunju 2006) mill immigranti rregolari fil-postijiet ta’ detenzjoni taħt ir-responsabbilta tal-Forzi Armati ta’ Malta tinkludi tkissir ta’ toilets, showers, sinkijiet u madum tal-ħajt; ħsara fl-għamajjar tal-kmamar ta’ l-ikel u tal-klinika; tkissir ta’ aperturi, bibien u kanċelli; ħsara fis-sistema tad-drenaġġ, ilma u elettriku; ħsara fis-sodo u saqqijiet u saħansitra anke ħsara fil-ħitan u table tennis. Il-ħsara li saret tammonta għas-somma ta’ Lm 10,272.

NSO — Illitteriżmu

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19975 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lill-Prim Ministru, jista' il-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju dwar l-illitteriżmu f'pajjiżna? Kemm hu stmat li hawn nies illitterati? Kemm minnhom huma ta' l-eta' ta' l-iskola? Jista' jgħid ukoll x'inhi t-tifsira uffiċjali ta' persuna illitterata f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Każ dwar sajjied

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20173 u jaġġornana dwar il-passi li ttieħdu a bażi tad-dikjarazzjoni ġuramentata tas-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jien stess għaddejt lill-uffiċjali tal-Prim Ministru permezz ta' interpellanza parlamentari xi ġimgħat ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT fl-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont totali li nġabar fl-istess xhur is-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT — Edukazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT esklussivament minn fuq l-edukazzjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm sidien li ma ħallsux il-kontribuzzjoni tagħhom tal-VAT fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont totali dovut? Kemm hemm li ilhom aktar minn dawn is-sitt xhur ma jħallsu din it-taxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' proprjeta' privata

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' xiri ta' proprjeta' privata ta' ċittadini mhux mill-Unjoni Ewropea, li xtraw proprjeta' minn Malta u Għawdex matul is-snin 2005 u 2006? Kemm minnhom kienu f'designated areas? Kemm kien il-valur kollu f'daqqa tal-proprjeta' u kemm tħallsu taxxa tal-boll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' proprjeta' privata

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' xiri ta' proprjeta' privata ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea, li xtraw proprjeta' minn Malta u Għawdex matul is-snin 2005 u 2006? Kemm minnhom kienu f'designated areas? Kemm kien il-valur kollu f'daqqa tal-proprjeta' u kemm tħallsu taxxa tal-boll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20230 u jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Studenti — Xogħol fis-sajf

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk student ta' 16-il sena li jaħdem xogħol part-time għal xahrejn tas-sajf huwiex soġġett li jħallas it-taxxa u li din titnaqqaslu mill-paga? Kemm huwa intitolat li jaqla' studenti f'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxi li wieħed obbligat iħallas mhijiex marbuta la ma’ l-eta’ u lanqas mat-tul taż-żmien li fih jaħdem imma mal-ammont ta’ l-income li jaqla f’sena. Kull persuna tkun obbligata tħallas taxxa biss meta taqbeż it-threshold relattiv tat-taxxa (jiġifieri Lm3,100 f’każ ta’ persuna waħedha; Lm4,300 f’każ ta’persuna miżżewġa).

Immigranti irregolari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm immigranti irregolari miżmumin illum fi closed centres amministrati mill-armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirriferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt fit-18 ta’ Lulju 2006 (Seduta 418) għal Mistoqsija Nru 20066.