Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Saħħa — Pilloli tal-qalb

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-pilloli tal-qalb Vastarel humiex out of stock? Jekk dan huwa minnu, meta se jkun hemm kunsinna oħra? Il-għala spiċċaw out of stock? Hemm pilloli alternattivi f'każ ta' ħtieġa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pilloli Trimetazidine Hydrochloride 20mg huma out of stock. Il-kunsinna li jmiss għandha tasal Malta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar. Il-konsum ta' din il-mediċina kien diġa żdied b'wieħed u tletin fil-mija bejn is-sena 2003 u 2004. Fl-ewwel xahar ta' din is-sena s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern kienu diġa ħarġu ħamsa u għoxrin fil-mija tal-konsum tal-2004 lill-klijenti tagħhom minħabba li l-konsum baqa' dejjem tiela'. Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ma jaħżinx mediċini oħra f'din l-istess kategorija.

Sptar San Luqa — Skola medika

Question

Billi l-istudenti ta' l-iskola medika qed isibu diffikulta' fejn jipparkjaw il-vetturi tagħhom sakemm ikunu għal-lezzjonijiet minħabba r-ristrizzjonijiet li saru mill-kunsill lokal Pieta', jista' il-Ministru jara li dawn jingħataw, għal dak il-ħin biss, l-istess faċilitajiet li jgawdu l-ħaddiema ta' l-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti ta' l-iskola medika jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-istess skola li tagħmel parti mill-Universita' ta' Malta u għalhekk arranġamenti għal parkeġġ għandhom isiru ma' l-iskola kkonċernata. L-istudenti qatt ma kellhom provediment biex jipparkjaw il-karozzi tagħhom fl-Isptar San Luqa minħabba n-nuqqas ta' spazju.

Mediċina Aredia

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema każi huma intitolati għall-mediċina Aredia bl-infusion? Meta ġew imfassla r-rekwiżiti li jintitolaw persuna għal din il-mediċina mħallsa mill-fondi pubbliċi? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li persuna trid tissodisfa biex tingħata din il-mediċina Aredia?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tad-Domanda numru 5838 tas-Seduta numru 132.

Sptar Zammit Clapp — Chairman

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li ċ-chairman tal-bord il-ġdid ta' l-isptar Zammit Clapp għandu onorarja ta' Lm3,000 per annum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li c-Chairman għandu dritt t'onorarja ta' Lm5000 imma minn dawn jieħu biss Lm3000. Lm2000 l-oħra jagħtihom donazzjoni lil HR Development ta' l-istess Sptar.

Dipartiment tas-saħħa — Tobba

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11710, jista' il-Ministru jgħid kemm-il tabib mill-grad ta' registrar 'il fuq ħalla l-impjieg tiegħu mal-gvern mis-sena 2000 sas-sena 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-impjegati minn grad ta' Registrar 'l fuq li ħallew l-impieg mal-Gvern mis-sena 2000 sas-sena 2005 kienu tlieta u tletin.

Servizz tat-telecare

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Marzu 2005 kemm kien hemm: a) anzjani li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat- telecare u kemm minnhom kienu eżenti mill-ħlas tal-kera tiegħu; b) persuni bi bżonnijiet speċjali li kienu qed jagħmlu użu minn dan is-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li a) Hemm 8816 anzjani li qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare u minn dawn hemm 2456 anzjani li huma eżentati mill-ħlas tal-kera tiegħu. b) Hemm 250 persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz.

Servizz tal-handyman

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li għamlu użu mis-servizz tal-handyman fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena 124 anzjan u 3 persuni bi bżonnijiet speċjali għamlu użu mis-servizz tal-handyman.

Home/help care

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' households li fil-31 ta' Marzu 2005 kienu qed jirċievu s-servizz tal-home/help care? Minn dan in-numru kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm minnhom li huma persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' households fil-31 ta' Marzu 2005 li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help Service huwa 2342. Minn dan in-numru hemm 633 household li fihom hemm aktar minn persuna waħda. 213 huma persuni bi bżonnijiet speċjali.

Djar ta' l-anzjani — Public private partnership

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti, irġiel u nisa, fil-31 ta' Marzu 2005 f'San Vincenz de Paule, fi djar residenzjali tal-gvern u fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani residenti fid-djar residenzjali fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej: Djar Residenzjali Irġiel Nisa Furjana 17 30 Msida 10 53 Gżira 2 29 Mosta 22 46 Imtarfa 34 89 Żejtun 31 132 Bormla 33 92 In-numru ta' residenti fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule fil-31 ta' Marzu 2005 kienu 333 irġiel u 687 nisa. In-numru ta' anzjani residenti fid-djar oħra taħt l-iskema tal-Public Private Partnership fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej: Djar Residenzjali Irġiel Nisa Villa Messina 13 40 Casa Arkati 2 8 Casa Serena 7 26

Part-time social assistants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati bħala part-time social assistants fil-31 ta' Marzu 2005? Kemm hemm minnhom li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fil-komunita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta' Marzu 2005 kien hemm 552 impjegati bħala Part-Time Social Assistants. Minn dawn 303 qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-komunita'.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Marzu 2005 kemm kien hemm irġiel u nisa anzjani residenti fid-djar residenzjali tal-Furjana, l-Imsida, il-Gżira, il-Mosta, l-Imtarfa, iż-Żejtun u Bormla? Kemm kien hemm anzjani residenti fl-istess data f'Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena taħt l-iskema tal-public private partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani residenti fid-djar residenzjali fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej: Djar Residenzjali Irġiel Nisa Furjana 17 30 Msida 10 53 Gżira 2 29 Mosta 22 46 Imtarfa 34 89 Żejtun 31 132 Bormla 33 92 In-numru ta' anzjani residenti fid-djar oħra taħt l-iskema tal-Public Private Partnership fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej: Djar Residenzjali Numru ta' Anzjani Villa Messina 53 Casa Arkati 10 Casa Serena 33

Għawdex — Sptar Ġenerali - ENTs

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11529 u 11729, jista' il-Ministru jgħid x'qed isir biex l-inkonvenjent ta' nuqqas ta' ENTs fl-istpar ta' Għawdex jiġi rimedjat kemm jista' ikun malajr?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu passi biex ikunu ngaġġati tobba fil-grad ta' Senior House Officer u Senior Registrat sabiex ikun hemm in-numru ta' nies meħtieġa biex jiġu pprovduti s-servizzi rikjesti.

Schedule V — Mediċini b'xejn

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm-il persuna ġiet intitolata li tieħu l-mediċini taħt Schedule V fis-snin 2003 u 2004 għal: asthma; schizophrenia; diabete; pressjoni għolja; celiac?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-applikazzjonijiet ġodda approvati kienu kif ġej: Asthma Schizophrenia Pressjoni Għolja Coeliac 2003 1,596 1,333 5,493 67 2004 1,507 1,414 5,511 90 Dijabete m'hix inkluża fil-Ħames Skeda tal-Att tas-Sigurta' Soċjali.

Xiri ta' dishwasher

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtara l-apparat tad-dishwasher mingħand lukanda privata? Xi spejjeż saru fuq din id-dishwasher? Din id-dishwasher qed taħdem fil-preżent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ispejjeż li saru biex tinxtara u tiġi installata d-dishwasher huma kif ġej: Xiri tal-makna Lm1000 Żarmar, trasport,armar u commissioning Lm 472 Tiswijiet varji Lm 236 Spejjeż fuq materjal biex tiġi installata d-dishwasher (bejn wieħed u ieħor) Lm 192 Total Lm1900 L-ammonti indikat jinkludi l-VAT. Id-dishwasher fil-preżent qeda taħdem.

Sptar San Luqa — Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s'issa fuq is-sistema tal-parking fl-isptar San Luqa u l-affarijiet l-oħra anċillari magħha? Kemm se jkun il-ħlas għall-parking fl-isptar San Luqa meta din is-sistema tibda taħdem? Il-multi għall-parking ħażin fl-isptar San Luqa u l-ħlas għall-parking fl-isptar San Luqa f'liema fond se jmorru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa għas-sistema ta' parkeġġ fl-Isptar San Luqa hi pjanata li se tiġi tiswa Lm33,925 (eskluż il-VAT) għall-apparat u madwar Lm10,000 għal xogħolijiet oħra infrasrutturali. Din in-nefqa saret bl-approvazzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa u dak tal-Finanzi. It-tariffi li se japplikaw għal parkeġġ tal-pubbliku għadhom ma ġewx finaliżżati. Il-fondi kollha li se jinġabru minn din l-iskema ser jitqassmu bejn il-Kunsill Lokali ta' tal-Pieta' u l-Gvern (fond konsolidat).

Għajnuna soċjali — Part-time social assistant

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10110, jista' il-Ministru jgħid meta koppja tibqa' mingħajr is-servizz tal-helper (part-time social assistant) għal ġimgħatejn għax il-helper tkun bil-leave, jew għal xi raġuni oħra, u ma tkunx intbagħtet reliever, ma jaħsibx li tkun ħaġa sewwa u ġusta li l-koppja tingħata refund (Lm3) taż-żmien li tkun baqgħet mingħajr servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jerġa jaqra r-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 10110.

Żejtun — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jara x'kienet ir-raġuni li r-residenti tad-dar ta' l-anzjani taż-Żejtun ma tħallewx u ġew imċaħħda milli jaraw il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun stess minn fuq it-televiżjoni? Jista' jgħid min kien responsabbli għal dan l-aġir miskin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hi policy ta' l-imsemmija Home li fil-partijiet komuni t-Televiżjoni jinżamm fuq l-istazzjon ta' l-istat, jiġifieri l-PBS. Residenti li jixtiequ jaraw stazzjon ieħor jistgħu jagħmlu dan fil-kumdita' tal-kamra tagħhom. Biss tajjeb li jingħad li r-residenti li xtaqu jaraw il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun, ittieħdu fiżikament ħdejn il-Knisja Parrokkjali.

Mediċini out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn mediċini, illi huma intitolati għalihom persuni bil-karta s-safra jew r-roża, out of stock din is-sena, xahar b'xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Għax-xhur ta' Jannar u Frar nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 10732 u numru 10808.

Sptar San Luqa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imħassra operazzjonijiet minħabba nuqqas ta' spazju f'St Lukes, xahar b'xahar din is-sena u x'kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġiet imħassra l-ebda operazzjoni din is-sena.Infurmat li jsiru medja ta' 12-il każ ta' major surgery fl-ortopedija fil-ġimgħa li minħabba iffullar kellhom jiġu posposti. Dawn il-postponimenti ta' operazzjonijiet kienu ippjanati minn qabel u beda jseħħ mid-9 ta' Jannar 2005. Rigward il-General Surgery, Paediatrics, ENT, Urology, Neurosurgery u Plastic Surgery l-informazzjoni mitluba hi kif ġej: Jannar Frar Marzu April General Surgery 41 24 24 14 Paediatrics 0 0 0 0 E.N.T. 49 24 25 1 Urology 0 0 0 0 Neurosurgery 0 0 0 0 Plastic Surgery 4 7 8 0 Totali 94 55 57 15 Dawn kollha ingħataw jew se jingħataw appuntament għall-data oħra.