Jista' l-Ministu jgħid x'arranġamenti ta' l-ikel hemm għal pazjenti f'ortopaedic ward II fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jara li jkun hemm ikel aktar varjat għal pazjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ikel ta' l-imsemmija ward jinħadem b'sistema ta' pre-plating u jittella fi trolley apposta darbtejn kuljum. Din is-sistema ta' l-Orthopaedic Wards hi differenti minn tal-wards l-oħra, għax kull pazjent jirċievi l-porzjon tiegħu ġo food tray.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-Menu għall-ġimgħa sħiħa, li jista' jingħażel mill-pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti ta' tindif hemm fl-ortopaedic ward II fl-Isptar San Luqa? Huwa konxju tat-tgergir mill-pazjenti fuq in-nuqqas ta' indafa li hemm f'dan il-ward? Jekk iva, x'qed isir biex dawn l-ilmenti jiġu indirizzati? Jekk le, x'se jsir biex tissolva din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li qatt ma waslu lmenti fuq l-indafa fl-Orthopaedic Ward II.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-book binding section li kienet imwaqqfa fl-Isptar Mt Carmel? Veru li ġiet żarmata? Jekk via, għaliex, u min qed jagħmel dan ix-xogħol issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar snin ix-xogħol fis-sezzjoni tal-book binder naqas ħafna u ma kienx hemm aktar bżonn ta' persuna full time. Biex isir użu aħjar mir-riżorsi umani, l-book binder qiegħed jiftaħ l-istationery office ta' l-isptar matul il-ħin ta' filgħodu u wara nofs in-nhar jagħmel xogħol konness mal-book binding.
Ta' min jgħid li l-workshop tal-book binder ma fih ebda makkinarju modern u x-xogħol isir kollu bl-idejn. Minħabba f'hekk, dan ix-xogħol jieħu ħafna żmien u jiġi jiswa ħafna aktar milli kieku jingħata lill-privat.
Ix-xogħol li għadu jsir huwa xi xogħol ħafif għall-istess sptar jew xi xogħol ieħor konness mal-pazjenti li minħabba n-natura kunfidenzjali tiegħu, jkun aktar xieraq li ma joħroġx mill-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mill-iskart ta' l-isptarijiet, b'mod partikolari dak perikoluż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-iskart ta' l-isptarijiet jaqa' f'żewġ kategoriji, dak li hu skart domestiku u li jintrema bħal kull skart ieħor mill-kuntrattur konċernat, u skart perikoluż.
Dan ta' l-aħħar jinħaraq fl-incinerator, barra dak l-iskart li jkun magħmul minn "cytotoxic remains". F'dan il-każ l-iskart jiġi ssiġġillat f' "cytotoxic bins" u jiġi trasportat fi store apposta.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'effett fuq il-bniedem jista' jkollhom il-livell ta' radioattivita li jilħaq ir-radio frequency electromagnetic field li ġie installat fi Triq Thomas Xerri l-Baħrija?
Jista' jinfurmani x'inhija l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar l-impatt ta' radioattivita fuq ir-residenti li jista' jkollu dan l-apparat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23711, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għal 'mobile phone antenna' installata fit-Triq Thomas Xerri l-Baħrija, jien infurmat li din l-antenna hija liċenzjata mid-dipartiment tal-Wireless & Telegraphy.
Biex tiġi żgurata s-Saħħa Pubblika, kien ġie rakkomandat li 'Antennae' simili għandhom joperaw skond ir-rakkomandazzjonijiet indikati fil-kodiċi tal-prattika li huma bbażati fuq studji xjentifiċi.
Għaldaqstant dwar livelli ta` 'radio frequency fields', tali parti tal-mistoqsija tista` tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli mid-dipartiment tal-Wireless & Telegraphy.
Peress li skond it-tweġiba li tani l-Ministru ta' l-Intern (ara mistoqsija parlamentari nru. 23181)kien id-dipartiment tas-saħħa li talab li jkun hemm żewġ drinking water fountains aċċessibli għall-pubbliku fid-diskoteki, jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tas-saħħa biex ikun żgurat li dawn ikunu qed jiffunzjonaw u dan għall-2000 u s'issa matul din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li liċenzji jinħarġu mill-pulizija mingħajr l-involviment tad-Dipartiment tas-Saħħa, id-Dipartiment tas-Saħħa ma jagħmel l-ebda spezzjonijiet f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' leukaemia f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
X'etajiet kienu l-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` każijiet ta` Leukaemia rreġistrati fil-Malta National Cancer Regsitry sena b'sena, mis-sena 1995 sa l-2000 huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Numru ta` Każ
ijiet
1995
45
1996
29
1997
42
1998
41
1999
37
2000
41
N.B.: Hemm diversi tipi ta` Leukaemia. Għal kull tip tista` tkun jew akuta jew kronika.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret dwar laħam importat f'pajjiżna mill-kumpanija msemmija fl-artiklu tal-ġurnal it-Times li tiegħu qed nibgħat kopja separatament?
Fil-fatt hawn laħam ta' din il-kumpanija fil-gżejjer Maltin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-ditta msemmija fl-artiklu tal-ġurnal "The Times" tikkonsisti minn group ta' ditti iżgħar li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u distribuzzjoni tal-laħam, kemm majjal u ċanga, kif ukoll ma' katina ta' ristoranti.
Waħda mid-ditti tal-group tieħu ħsieb mit-trobbija tal-annimal, il-qtugħ, preparazzjoni u ppakkettjar tal-laħam. Laħam ta' did-ditta ilu jiġi mpurtat f'Malta għal numru ta' snin.
Id-Dipartiment dejjem segwa miżuri nternazzjonali kif ukoll nazzjonali eżistenti f'dak il-perjodu partikulari, dwar importazzjoni tal-laħam.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar li għadda kienx hemm każi ta' CJD jew ekwivalenti rapportati fl-isptarijiet tal-gżejjer tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma kienx hawn każi ta' CJD jew ekwivakenti rapportati f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'kull qasam fl-Isptar Monte Carmeli? Matul is-sena 2000 kemm hemm minnhom li għamlu sahra? Kemm għamlu sahra f'ħin u fi ħlasijiet, wieħed wieħed? Min huma dawk li għamlu s-sahra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li enrolled nurses li jsegwu kors b'suċċess għal SRN's se jispiċċaw bi grad u paga anqas meta jilħqu SRN's kif intqal dan l-aħħar mill-Oppożizzjoni fil-parlament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa diġa ħadet il-passi meħtieġa biex dawk l-Enrolled Nurses li jsegwu kors b'suċċess għal State Registered Nurses ma jispiċċax bi grad u paga anqas meta jilħqu State Registered Nurses.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum?
Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport?
Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li ma ġie kkummissjonat l-ebda rapport mid-dekasteru tiegħu marbut mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sa llum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin għal dak li jirrigwarda: (i) mediċini u affarijiet anċillari li jintużaw għal operazzjonijiet u in-patients; (ii) investigazzjonijiet radjoloġiċi; u (iii) tagħmir mediku f'depreciation?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammonti mitluba huma kif ġej:
LM
1996
308,723*
1997
1,582,977*
1998
3,172,968
1999
3,560,255
2000
3,679,320
Dawn l-ammonti ma jinkludux affarijiet anċillari li jintużaw għall-operazzjonijiet u "in-patients" fl-Isptar San Luqa għaliex "records" b'dawn id-dettalji ma jinżammux.
* Dawn l-ammonti ma jinkludux ukoll l-ispiża ta` l-Isptar San Luqa bejn Jannar '96 u April '97 minħabba li records komputerizzati bdew jinżammu minn Mejju 1997.
Fir-rigward ta` investigazzjonijiet radjoloġiċi ma jsirux "costings" ta` dawn l-investigazzjonijiet.
Fir-rigward ta` "depreciation", is-sistema ta` accounting fid-Dipartimenti tal-Gvern sa issa ma tinkludix "depreciation" u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma teżistix.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma b'HIV positive illum u kemm għandhom l-AIDS, x'eta' għandhom u ta' liema sess huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni li huma HIV positive ma jistax jiġi determinat bi preċiżjoni. Dan għaliex l-HIV mhiex notifikabbli bil-liġi. Pero' nistgħu ngħidu li mill-1990 sa l-aħħar tas-sena 2000 kien hemm 122 test pożittiv. Dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba minħabba li dawn isiru b'mod anonimu.
Skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hawn ħames persuni li għandhom l-AIDS. Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' w biex nipproteġu l-individwi, informazzjoni fuq l-eta' w is-sess ma tingħatax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li kellhom jużaw xi servizz tas-saħħa s-sena l-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' barranin li wżaw xi servizz tas-Saħħa s-sena l-oħra kien hekk:
Fl-Isptar San Luqa daħlu:
1300 fil-Wards
2381 fil-Casualty
Fiċ-Centri tas-Saħħa nqdew 1048 persuna
Fl-Isptar Pawlu Boffa nqdew 139 persuna
FL-Isptar Monte Carmeli nqdew 54 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-Diviżjoni tas-Saħħa li jieħdu xi forma ta' allowance fissa? Għal-liema raġuni jieħu din l-allowance u kemm jieħu f'termini ta' flus ta' din l-allowance?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-Diviżjoni tas-Saħħa hemm numru ta' ħaddiema li jieħdu dawn l-allowances kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Mhux possibbli li wieħed jagħti kemm jieħdu f'termini ta' flus peress li ċertu allowances ivarjaw minn persuna għall-oħra.
Allowances oħra għandhom ammont fiss bħal:
i) Nursing Premium - Lm 400, Lm 550 jew Lm 750 fis-sena
ii) Qualification Allowance - Lm 150, Lm 200, Lm 300 jew Lm 400 fis-sena
iii) Case load allowance (MCH) - Lm 350 fis-sena
iv) Clothing Allowance - Lm 26 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tests għall-Aids u HIV din is-sena? Kif jikkompara dan in-numru ma' dawk li saru sena b'sena f'dan l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sena
Total Request
No of Reactive
Samples
Ġunju - Diċembru 1985
408
10
1986
930
13
1987
2292
5
1988
3750
13
1989
2495
16
1990
2118
9
1991
2461
18
1992
3131
8
1993
2369
13
1994
3935
10
1995
3963
17
1996
3912
7
1997
3809
8
1998
4249
10
1999
5593
8
2000
4950
14
2001 up to 25/01/01
330
1
It-testijiet għall-HIV huma anonimi u n-numru ta' testijiet pożittivi ma jirriflettix neċessarjament li l-każijiet huma ġodda u li jistaw jinkludu testijiet ripetuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil persuni li jabbużaw mid-droga s-sena l-oħra u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total ta' siringi li tqassmu lil persuni li jabbużaw mid-droga għal dawn l-aħħar ħames snin huwa dan:
1996 61,979
1997 74,555
1998 104,169
1999 144,495
2000 152,625