Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16425 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-andament ta' l-auctions li kienu saru meta ħarġu xi stocks tal-Gvern għall-offerti xi xhur ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta` Stock tal-Gvern f`Novembru 1999 kien ta` Lm 15,000,000 5.9% MGS 2010 Ammont ta` stock li wieħed seta` japplika għaliħ permezz ta` `auction` Lm15m Mumru ta` offerti li ntefgħu 28 Prezz li biħ ntefgħu l-offerti kull Lm100 nominali Lm101.8600 sa Lm100.4014 `Weighted Average` tal-offerti mitfugħa Lm101.3296 Offerti milqugħa 5 Ammont ta` flus miġbura Lm14,472,609 Ammont nominali Lm14,239,200 Qliegħ magħmul mill-`auction` Lm233,409 Prezz tal-offerti aċċettati Lm101.8600 sa Lm101.4550 `Weighted Average` tal-offerti milqugħa Lm101.6392
Leg 9 PQ #16323 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Capital gains — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħataw lura l-capital gains ta' anzjan - partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament - li kien ħallas aktar mill-ammont dovut?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra ddaħħlet is-sistema tas-`Self Assessement` fejn il-Gvern intrabat li jħallas l-imgħaxijiet jekk ir-`refund` ma jsirx fiż-żmien determinat mill-liġi. Dan hu pass kbir il quddiem għax mhux se jiggrava aktar il-problema tal-ħlas tar-`refunds` lit-`taxpayers`. Sfortunatament minħabba l-ammont kbir ta` `refunds` li akkumulaw matul is-snin passati mhux possibli li dawn jitħallsu kollha f`daqqa iżda qed isir sforz biex dawn jitħallsu fl-inqas żmien possibbli. Id-Dipartiment jimxi fuq diversi kriterji fil-ħlas ta` dawn ir-`refunds` u l-każ imsemmi fl-interpellanza jkun ikkunsidrat fil-kuntest ta` dawn il-kriterji.
Leg 9 PQ #16326 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

On Line Betting

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16222?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kumpaniji barranin li jkunu interessati li joperaw `Betting Office` minn Malta skont ir-Regolamenti ppublikati fl-Avviż Legali 34 tad-29 ta` Frar, 2000 jiġu mitluba jibagħtu lill-Malta Financial Services Centre u lill-Gaming Board proposta li tkun tinkludi (a) `company profile`, (b) `audited accounts` tal-kumpanija, u (c) `projections` għall-ewwel tlett snin minn mindu l-kumpanija tibda topera l-Betting Office minn Malta. Dawn il-`projections` jridu jkopru fost oħrajn salarji, spejjeż ta` l-uffiċċju, telekomunikazzjoni, spejjeż bankarji, `marketing`, `turnover`, `gaming tax` u taxxa tal-kumpanija. Abbażi tal-proposta u d-`due diligence` li l-MFSC jagħmel, jsir rapport minn dan ta` l-aħħar lill-Gaming Board fejn jirrakomanda għandux jitkompla l-proċess għall-ħruġ tal-permess konċernat jew le. F`każ li r-rapport lill-Gaming Board jkun posittiv, il-kumpanija barranija tiġi mitluba sabiex tirreġistra kumpanija lokalment u tgħaddi dawn id-dokumenti lill-Gaming Board: a) Ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija lokali u kopja tal-`Memorandum and Articles of Assocation` ta` l-istess kumpanija; b) il-ftehim tal-kirja u pjanta tal-post minn fejn l-kumpanija ser topera l-`Betting Office`; c) sottomissjoni bil-miktub ta` l-`electronic betting office control system` kif ukoll ċertifikat ta` approvazzjoni ta` l-istess sitema mill-awditur lokali tal-kumpanija; d) kopja tal-`Betting Rules`; u e) applikazzjoni rigward kull persuna li se topera fit-tħaddim tal-`Betting Office`, sabiex sa fejn jkun possibbli, jiġi żgurat li persuni denji biss joperaw fit-tħaddim tal-`Betting Office`. Wara li l-Gaming Board jkun sodisfatt dwar il-formazzjoni tal-kumpanija lokali u l-post minn fejn l-`Betting Office` ser jiġi operat, issir rakkomandazzjoni lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku għall-ħruġ tal-permess, filwaqt li wara li l-Bord jkun sodisfatt bis-sistema ta` kontroll, l-`Betting Rules` u l-persuni, li se joperaw l-`Betting Office` jati l-approvazzjoni tiegħu biex l-`Betting Office` jibda jopera. Sal-lum dan il-proċess ta` risultati posittivi. Fil-fatt fi żmien qasir minn mindu ġew pubblikati ir-regolamenti, diġa nħarġu ħames permessi lill-kumpaniji differenti. Tlieta minn dawn ingħatalhom ukoll l-approvazzjoni biex jibdew joperaw u waħda minn dawn bdiet topera fit-tieni ġimgħa ta` April. Għalkemm saru diversi indagar minn kumpaniji barranin, s`issa rċevejna ħmistax il-proposta bil-miktub biex jiġi operat `Betting Office` minn Malta. Ħamsa minn dawn ġew approvati filwaqt li l-għaxra l-oħra għadhom fi stadji differenti ta` proċessar. Sa issa l-ebda kumpanija ma wħlet fid-`due diligence`.
Leg 9 PQ #16331 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Somma dovuta

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jara li s-somma ta' Lm1049 dovuta mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ilha dovuta mill-1993, tingħata mill-aktar fis lill-imsemmija persuna peress li huwa pensjonant u għandu bżonn ħafna ta' dawn il-flus? Qed nibgħat separatament dikjarazzjoni li tawtorizza lis-sottoskritt jagħmel din l-interpellanza.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra ddaħħlet is-sistema tas-`Self Assessement` fejn il-Gvern intrabat li jħallas l-imgħaxijiet jekk ir-`refund` ma jsirx fiż-żmien determinat mill-liġi. Dan hu pass kbir `il quddiem għax mhux se jiggrava aktar il-problema tal-ħlas tar-`refunds` lit-`taxpayers`. Sfortunatament minħabba l-ammont kbir ta` `refunds` li akkumulaw matul is-snin passati mhux possibli li dawn jitħallsu kollha f`daqqa iżda qed isir sforz biex dawn jitħallsu fl-inqas żmien possibbli. Id-Dipartiment jimxi fuq diversi kriterji fil-ħlas ta` dawn ir-`refunds` u l-każ imsemmi fl-interpellanza jkun ikkunsidrat fil-kuntest ta` dawn il-kriterji.
Leg 9 PQ #16387 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16267?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern beda bil-privatizazzjoni tal-Malta Freport.
Leg 9 PQ #16395 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Accruals

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16272?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet pendenti sa tmiem April ta` din is-sena huma kif ġej: Mediċini, apparat u disposables Lm5,137,550 Ħlasijiet Kapitali: Toroq Lm2,191,174* Sptar Lm1,060,003 Kuntratti oħra Lm1,009,857 * L-ammont jinkludi Lm2,155,000 li qed jiġu vverifikati mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #16408 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni — Adivsory Committee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16268?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħatra tal-Board għandha titħabbar din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #16272 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Accruals

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'accruals kien hemm pendenti fi ħlasijiet ta' mediċini, toroq u kuntratti oħra sa tmiem April ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata
Leg 9 PQ #15927 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refund

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-ammont pendenti ta' persuni li fil-preżent għandhom jieħdu refunds tal-VAT? Jista' l-Ministru jgħid iċ-ċifra globali li l-gvern irid iħallas għal dawn ir-refunds dovuti u meta se jitħallsu lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sas-6 ta` Mejju 2000, l-ammont ta` kreditu eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fiż-żmien stipulat bejn Mejju u Ottubru ta` din is-sena skond l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud hu ta` l-Lm10,976,812.79. In-numru ta` persuni reġistrati involuti huwa 5,684. Dawn il-figuri jistgħu jinbidlu skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzji tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jiġi biex jitħallas.
Leg 9 PQ #15928 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Levy — Eżenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus f'eżenzjoni ta' levy fuq prodotti ta' l-ikel importati li saru matul dawn l-aħħar 20 xahar fuq prodotti koperti bil-liġi tal-levy matul l-istess perijodu? Kemm minn dawn l-eżenzjonijiet saru fuq ir-rakkmandazzjoni tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u kemm minnhom saru mingħajr ir-rakkmandazzjoni tad-dipartiment, minkejja li huma suġġett ta' din ir-rakkmandazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Awissu 1998 u t-30 ta` April 2000 l-ammont ta` flus f`eżenzjoni ta` levy fuq prodotti ta` l-ikel importati kien ta` Lm10,328,261. Id-Dipartiment tad-Dwana ma jidħolx fil-mertu tat-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #16267 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskedar tad-dati tal-privatizzazzjonijiet għal din is-sena sabiex il-gvern jinżamm on track ma' dak li ħabbar fil-budget? Billi kien intqal fil-white paper li l-entitajiet ewlenin li dwarhom kellu jibda jaħdem il-gvern Malti din is-sena kienu l-MIA, il-Public Lotto, il-Libyan Arab Maltese Holding Co. u l-BOV, apparti mill-Malta Freeport, jista' l-Minsitru jgħid fiex waslu dawn it-trattattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarrraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #16268 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni — Advisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-deċiżjoni tal-white paper li jiġi appuntat ad hoc advisory committee ġdid dwar il-privatizzazzjoni, li jkun jinkludi fiħ rappreżentanti ta' l-amministrazzjoni, tas-settur finanzjarju uffiċjali u tas-settur privat? X'sar minnha l-wegħda tal-white paper li kellu jinħoloq unit speċjali fil-Ministeru sabiex jieħu ħsieb id-day to day management implimentation tal-pjan ta' privatizzazzjoni? Jekk dawn il-kumitati nħatru, minn min huma komposti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #16222 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

On line betting

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-proċedura li qed tiġi segwita minn dawk id-ditti barranin li japplikaw għal on line betting? Kemm kien hemm applikazzjonijiet s'issa? Kemm minnhom ġew approvati? Kien hemm xi kumpanniji li weħlu fid-due deligence process?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal-din il-mistoqsija ser tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #16263 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Leġislazzjoni dwar E-commerce

Question

Minħabba d-diversi stqarrijiet li saru, kemm mill-ministeru kif ukoll mis-segretarju parlamentari għas-self-employed, jista' l-Ministru jgħid liema ministeru u liema organizzazzjoni qiegħda taħdem fuq it-tħejjija tal-leġislazzjoni dwar E-commerce?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #15807 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Millennium Bug — Generators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kirja għall-generators li nkrew bi prekawzjoni għall-Millennium Bug? Jista' jgħid ħariġitx tender jew inġabrux quotations; min rebaħ it-tender, jew min kellu l-aħjar quotation; min rebaħ din it-tender jew quotation kellux il-generators x'jipprovdi minn qabel jew dawn inxtrawx wara li ntrebħet minnu t-tender jew quotation; kemm fil-fatt ġew użati?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #15970 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Petrol/Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern minn fuq VAT fuq il-petrol u/jew diesel u minn fuq il-kontijiet tat-telephone, din is-sena s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, bejn l-1 ta` Jannar u s-6 ta` Mejju ta` din is-sena, d-dħul tal-Gvern mill-VAT minn kumpaniji li jipprovdu li jagħtu provvista ta` petrol u diesel u servizzi ta` telephone kien ta` Lm1,881,743,9 u Lm1,163,040.97 rispettivament. Dawn l-ammonti jinkludu fihom VAT li tħallset fuq provvista ta` prodotti jew servizzi oħra li l-operaturi involuti normalment jagħmlu u li ma jidhrux separatament fid-denunzji tat-taxxa. Dawn huma ċifri gross u ma jurux it-tnaqqis li jkun hemm minn operaturi li jkunu ħallsu l-VAT u li għandhom dritt għal rifużjoni.
Leg 9 PQ #15985 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxpayers — Dikjarazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk it-taxpayers li ma bagħtux id-dikjarazzjoni ta' l-income tagħhom għas-sena bażi 1999? Meta se tintbagħat lil dawn il-persuni l-formola l-ħadra biex jiġu assessjati fuq il-qliegħ tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni rċieva u diġa pproċessa 106,000 Formola ta` Dikjarazzjoni (l-formola l-blu) għas-sena ta` stima 2000 jiġifieri għas-sena bażi 1999. Id-Dipartiment għandu kollox lest biex ikun jista` jibgħat l-formola l-ħadra (l-Formola tat-Taxxa fuq l-Income u Self-Assessment) lil dawk it-taxpayers li jew għażlu minn jeddhom li ma jibagħtux il-Formola ta` Dikjarazzjoni jew m`humiex eliġibbli li jibgħatuha.
Leg 9 PQ #16037 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Kontribuzzjoni Settorjali

Question

Jista' l-Ministru jara jistax isir eżerċizzju biex jiġi stabbilit tul l-1999 x'kienet il-kontribuzzjoni settorjali għad-dħul totali mill-income tax minn impjegati b'livelli ta' salarji differenti, professjonijiet, dawk li jaħdmu għal rashom, kumpanniji, bdiewa, sajjieda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u ser tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #15730 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul — Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14320?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 15456.
Leg 9 PQ #15991 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Lm10 tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha sal-lum ma rċevietx l-Lm10 tal-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tat-Tezor jirriżulta li, għal xi reġuni jew oħra, l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma kenitx reġistrata bħala waħda mill-benefiċjarji fuq il-kont tar-residenza tagħha fuq id-database li kellha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma fil-bidu ta` din is-sena. Għaldaqstant din il-persuna ma kenitx inkluża mal-kumplament tal-beneficjari li jgħixu fl-istess residenza tagħha meta nħareġ l-ewwel pagament tal-kumpens ta` Lm10 fil-bidu tas-sena. Irriżulta wkoll li wara li ntemmet l-ewwel fażi tal-ħruġ taċ-ċekkijiet abbażi ta` l-informazzjoni li kellha l-Korporzzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, fl-ebda ħin qabel din l-interpellanza ma nġibdet l-attenzjoni tad-Dipartiment tat-Teżor għall-fatt li l-imsemmija persuna kienet għadha ma rċevietx il-kumpens ta` Lm10 dovut lilha. Għaldaqstant id-Dipartiment tat-Teżor ha l-passi neċassarji biex jistħarreġ il-każ u fil-fatt ġie kkonfermat li l-ħlas ma kienx sar. Ser jinħareġ pagament ta` Lm10 lill-persuna msennija u jintbagħat lilha mill-aktar fis possibbli.