Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħalsitx bolol biżżejjed peress li qed jgħidulu li m'għandux bolol biżżejjed? Tista' il-persuna tiġi informata personalment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' jiġi vverifikat mill-ġdid l-ammont ta' pensjoni li hu ntitolat għalih persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li tħoss li dak li se jingħata huwa ammont baxx ħafna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie verifikat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar l-eżitu.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-familja li applikat taħt Skema Z bir-riferenza li qed tintbagħat separatament ma ġietx aċċettata minħabba skema ta' self li kienu ħadu aktar minn 20 sena ilu?
Ma taħsibx li din il-familja qed issir inġustizzja magħhom meta dawn preżentement qed jiddependu fuq income ta' pensjoni ta' l-invalidita' u llum għadda żmien biżżejjed minn mindu kienu bbenefikaw mill-iskema biex isiru sidien ta' darhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hija waħda mill-kundizzjonijiet tal-Iskema Z li persuni li jkunu diġa bbenefikaw minn sussidju fuq il-loan sabiex jixtru r-residenza tagħhom jiġu skwalifikati għall-sussidju sabiex jirranġaw ir-residenza tagħhom.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm flats ġewwa Santa Luċija li qegħdin fil-waiting list biex jiġu mbajda l-parti tal-komun? Liema huma? Meta se jiġu stallati lifts ġewwa Santa Luċija? Tista' tagħti lista tal-prioritajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatagħlha l-assistenza soċjali u allura m'għandha l-ebda dħul? Tista' din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li l-ħsara li hemm ġol-blokk tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat billi r-riħa qawwija ta' drenaġġ li hemm fil-lift hija ta' periklu għar-residenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ilment li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġie solvut mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatax post tal-housing?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn diversi spezzjonijiet li saru rriżulta li l-post indikat ma kienx abitat tant li għal xi żmien kien ukoll imbarrat b’katnazz u għalhekk il-pretenzjoni tal-persuna konċernata, li tiġi allokata post ġdid, ma tistax tiġi milqugħa.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ tad-Djar infurmat b’dan lill-persuna konċernata.
Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata SKA billi dan qed jiġi rifjutat lilha mill-bord u meta din għandha d-diabete?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt il-ħlas tal-benefiċċju lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant reġa beda jitħallas mill-1 ta’ April 2006, bl-arretrati dovuti. Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ġibed l-attenzjoni tal-persuna konċernata bil-miktub dwar dan il-fatt.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadha ma tnaqqsitx il-kera tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat mill-Onor. Interpellant inħadem is-sena l-oħra. Ir-reviżjoni tas-sussidju fuq il-kera jsir kull sentejn skond kif provdut fil-kuntratt tal-kirja.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx ir-relief?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt diġa saru tliet pagamenti tal-benefiċċju lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ġibed l-attenzjoni tal-persuna konċernata bil-miktub dwar dan il-fatt.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaddiex mill-bord tal-SA u jekk iva, għandux bżonn jibqa' jagħmel ċertifikati tal-mard mill-blu kull ġimgħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hi armla, tiġi mgħejjuna biex tirranġa s-saqaf billi dan se jaqa'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar approvat somma biex isiru xogħlijiet fir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, liema xogħlijiet jinkludu bdil ta' saqaf.
Hekk kif jitlestew dawn ix-xogħlijiet u jiġu provduti l-irċevuti fiskali, l-Awtorita' tkun tista' tħallas l-ammont approvat lil din il-persuna.
B'riferenza għal Villa Acushla, Myrtle Avenue, San Ġwann, li kienet tal-familja Gatt (HAP640/96) Plot 74 No. 1, tista' il-Ministru tgħid għaliex meta oriġinarjament uriet ix-xewqa li tbigħ id-dar l-Awtorita' tad-Djar, permezz taċ-chairperson tagħha ma qaltilhiex bl-ammont li kellha tħallas jekk tbigħ id-dar biex tiġi konvertita f'appartamenti?
X'inhi r-raġuni li l-ittra ta' l-avukat tal-Housing Authority bil-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-bejgħ kienet intbagħtet unsigned?
X'inhi r-raġuni li l-avukat tal-Housing Authority kien qalilhom li ma kellux ikun hemm diffikulta' biex din id-dar tiġi konvertita f'appartamenti? Intalab il-parir ta' l-avukat ġenerali dwar dan il-każ?
Id-dar ta' ħdejn il-villa li kienet iġġib l-isem ta' Charlorden u li se tiġi konvertita f'appartamenti, kellha l-istess kondizzjonijiet imposti fuq it-transazzjoni ma' l-awtorita' tad-djar, fosthom li m'hemm l-ebda pendenza u li l-partijiet kienu qed jirrinunzjaw għal kull azzjoni spettanti li ilhom kontra xulxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond il-policy stabbilita ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, meta sidien ta’ plots mogħtija mill-Gvern jitolbu li jwaqqgħu l-post biex jibnu aktar minn residenza waħda, dawn jintalbu jħallsu 25% tal-valur ta’ l-art kif stmat mill-periti ta’ l-Awtorita’.
Ninsab infurmata li fiż-żewġ każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jaqgħu taħt din il-policy u l-Awtorita’ talbet is-somma ekwivalenti għal 25% tal-valur ta’ l-art.
Ninsab infurmata wkoll li jekk l-ittra li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija ma kienetx iffirmata dan ġara bi żvista.
Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex ix-xebba li dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament inqatatilha l-pensjoni? Tista' tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.