Minkejja li f'mistoqsija preċedenti l-Ministru wieġeb li l-pulizija se tieħu passi biex f'Ta' Qali (fit-triq bejn is-centenary stadium u dak nazzjonali) ma jkomplix isir ġiri sfrenat biż-żwiemel nhar ta' Ħadd kmieni filgħodu, dan għadu isir bla kontroll, jista l-Ministru jara li l-pulizija twaqqaf dan l-abbuż qabel ma ssir xi traġedja, peress li jgħaddu wkoll vetturi minn din it-triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi qed issir ronda mill-Pulizija tad-Distrett regolarment nhar ta’ Ħadd fl-akkwati ta’ Ta’ Qali sabiex ma jkunx hemm ksur ta’ liġi, inkluż dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22189 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid x'sar mill-proċess ta' l-ispeed cameras? Jista' jgħid jekk dawn bdewx jaħdmu u kemm ġew jiswew lill-gvern? Kemm ingħataw ċitazzjonijiet s'issa?
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 22326, jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux kriterji li jiggwidaw lill-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni kif jeżerċitaw il-poter tagħhom li jaċċettaw jew ma jaċċettawx dħul ta' passiggieri li jaslu Malta?
Ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar li dan il-poter, ġaladarba delegat f'isem il-principal immigration officer għandu jkun eżerċitat minn numru ristrett ta' uffiċjali, ben identifikati, possibbilment organizzati f'unit li l-membri tiegħu jkunu dejjem preżenti lejl u nhar fl-entry points u li għandhom jagħtu rendikont ta' xogħolhom lill-principal immigration officer innifsu?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm hemm kriterji bażiċi biex Uffiċjal ta` l-Immigrazzjoni jagħti permess lill-persuna barranija tidħol jew jinnegala dan il-permess, il-fenominu internazzjonali ta` immigrazzjoni llegali jagħmilha impossibli biex ikun hemm sett ta` kriterji uniċi, biex permezz tagħhom l-Uffiċjal ta` l-Immigrazzjoni jiggwida lilu nnifsu f`dan ix-xogħol. Għaldaqstant kull każ irid ikun eżaminat individwalment fuq il-mertu tiegħu u dan sabiex kemm jista` jkun jiġi aċċertat illi barrani li dieħel Malta, jiġi hawn għal skopijiet tajba.
Immigration Officer bilfors irid jiġi delegat f`isem il-'Principal Immigration Officer' bħala tali, biex ikollu l-poter li jaċċetta jew jinnega d-dħul ta` barrani f`Malta. Ta` min isemmi illi lejl u nhar matul kull xift, ikun hemm Surġent illi għandu esperjenza vasta fuq dan ix-xogħol. Fost id-doveri tiegħu, xogħlu huwa li jeżamina każijiet fejn hemm dubju jekk persuna hiex 'bona fede' jew le. Ta` min isemmi ukoll illi f`każijiet diffikultużi hemm ukoll Spettur li huwa on call erba u għoxrin siegħa kuljum, biex meta jkun meħtieġ, jara każijiet diffiċli hu ukoll.
In vista tad-diversi nies li jixtiequ li jixtru proprjeta' mingħand il-gvern, jikkonsidra l-Ministru li jsir studju mill-Kummissarju ta' l-Artijiet sabiex jiġu identifikati siti ta' proprjeta' li preżentement qegħdin f'idejh taħt it-titolu ta' possession and use sabiex dawn jiġu meħuda b'titolu ta' proprjeta' assoluta u sussegwentement mibjugħa lil terzi persuni li qegħdin jabitaw fihom?
Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' Art
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm qiegħed iħallas flus il-Kummissarju ta' l-Artijiet f'proprjetajiet li qegħdin f'idejh taħt it-titolu ta' possession and use taħt l-esproprjazzjoni?
B'riferenza għad-domandi parlamentari preċedenti kollha, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba hemmx xi tibdil fil-ħsieb u hemmx issa l-bidu ta' proġett lejn għassa ġdida u tajba għall-pulizija ġewwa l-Fgura?
Response (BORG, TONIO)
It-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21186 għadha tgħodd.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija quddiem id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Expatriates?
Jaf li din l-applikazzjoni issa ilha lesta snin u l-pendenza qiegħda tikkawża ħsara kbira lill-applikant?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għadu qed jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna inqabdet tipprattika l-prostituzzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin?
Jista' jgħid kemm minn dawn kienu taħt it-18-il sena u kemm minnhom kienu taħt is-16-il sena?
Jista' jgħid kemm minnhom kienu tas-sess femminili u kemm kienu tas-sess maskili?
Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn tressqu l-qorti u ġew ikkundannati piena ta' priġunerija?
Response (BORG, TONIO)
Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant rigward in-numru ta` persuni mressqa l-Qorti fuq reati konnessi ma` prostituzzjoni għas-snin mill-1996 sa l-1999 nirreferih għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13976. Għas-sena 2000 ninsab infurmat illi l-figura hija ta` 24.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid x'nazzjonalita' kienu dawk li nqabdu jippratikaw il-prostituzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin?
F'każ ta' barranin kemm minnhom ġew deportati minn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom tul dawn l-aħħar ħames snin inqabdu persuni jippratikaw il-prostituzjoni u mil-liema lokalitajiet Maltin u Għawdxin kienu dawk il-persuni li nqabdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid tul dawn l-aħħar ħames snin kemm-il persuna tressqet il-qorti akkużata bi prostituzjoni u kemm minn dawn kienu riċedivi fuq l-istess att ta' akkuża?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22623 f`din l-istess seduta.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu fil-gżejjer Maltin f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm kienu tas-sess femminili u kemm tas-sess maskili? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija?
Response (BORG, TONIO)
Fir-Registru Pubbliku ta' Malta u Ghawdex jigu registrati dawk il-persuni li jitwieldu Malta u Ghawdex u xi whud li jitwieldu barra minn Mta minn cittadini ta' Malta.
Ghalhekk id-Dipartiment mhux f'qaghda li jaghti twegiba ghall-ewwel parti -Mistoqsija.
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni registrati fir-Registru Pubbliku (Malta u Ghawdex) hu kif jidher hawn taht:-
Sena Malta Ghawdex Total
Maskili Femminili Maskili Femminili
1996 2762 2546 208 211 5727
1997 2639 2369 202 177 5387
1998 2468 2289 195 195 5147
1999 2268 2142 170 166 4746
2000 2518 2436 159 202 5315
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm kien hemm inċidenti li ġraw f'Tas Sliema fejn karozza tajret xi persuna hi u taqsam it-triq? X'passi ħadet il-pulizija f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1996 u l-2000, gew irrappurtati lill-Pulizija 66 incident fejn karozza tajret xi persuna hi u taqsam it-triq f'Tas Sliema. Fi 18-il kaz minn dawn ittiehdu proceduri quddiem il-Qorti, fi 17-il kaz il-parti mwegga' irrinunzjat ghal proceduri kriminali, f'24 kaz ma rrizultax li kien hemm lok ghal proceduri kriminali, f'6 kazi ma' gietx identifikata l-vettura involuta, filwaqt li hemm kaz iehor li huwa suggett ta' inkjesta Magisterjali li ghadha mhix konkluza.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-liċenzja ta' security għadha ma ħarġitx lill-grupp ta' nies li temmew il-kors ta' security organizzat mill-ETC u li ntemm f'Novembru, 2000? Meta hemm il-ħsieb li jingħataw il-liċenzja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma' ghandiex applikazzjonijiet pendenti ghall-licenza ta' Gwardjani Privati minghand persuni li temmew il-kors ta' E.T.C. f'Novembru, 2000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm xi problema ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-iżvilupp ta' Block IV fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? X'inhuma l-problemi li nqalgħu? X'kien il-tibdil strutturali maħsub għal dan il-fond?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jikkonsisti fit-twaqqiegħ tal-fond u bini ta` blokk ġdid.
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar qiegħda fil-proċess li tiddetermina dan il-każ u bħalissa għadha qiegħda tistenna aktar informazzjoni li ntalbet mill-applikant u l-periti tal-proġett in kwestjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tingħata kunsiderazzjoni lill-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li ġiet sottomesa mil-ġdid bir-referenza CEA/NAT 471/98 u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret riċentement u għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm permess għal parking ta' karozzi mal-ġnub tat-triq Għargħur Rd, Naxxar fl-area ta' fejn qed isir proġett mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru koncernat.