Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija 34914, jista' jgħid kemm għaddew studenti fl-eżami tas-SEC fis-suġġetti kollha fis-sessjoni ta' Mejju 2002:
1) mill-iskejjel sekondarji subien tal-gvern
2) mill-junior lyceum subien
3) mill-iskejjel tal-knisja subien
4) mill-iskejjel privati subien
a) f'Malta
b) f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija 34913, jista' jgħid kemm għaddew studenti fl-eżami SEC (sessjoni Mejju 2002) fis-suġġetti kollha:
1) mill-iskejjel sekondarji bniet tal-gvern
2) mill-junior lyceum bniet
3) mill-iskejjel tal-knisja bniet
4) mill-iskejjel privati bniet
a) f'Malta
b) f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35137.
Jista' l-Ministru jgħid meta wieħed iqis li fadal ammont sostanzjali ta' xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni ġewwa l-ġnien tal-Argotti (fil-parti privata hekk imsejħa tal-universita'), x'fondi qed tiproġġetta li talloka l-universita' biex dan ix-xogħol jkun jista' jsir? Għaliex l-universita' qed iżżomm lura milli ċertu xogħol isir mill-ħaddiema fis-sezzjoni tal-manutenzjoni ta' l-universita' stess? Minħabba li jidher li hemm nuqqas sostanzjali ta' ħaddiema manwali u tekniċi għal xogħol li dan il-ġnien jeħtieġ, x'qed tipproġetta li tagħmel l-universita' fl-ingaġġ ta' nies kwalifikati biex jaħdmu f'dan il-ġnien u meta ser jittieħdu passi konkreti biex dan l-ingaġġ isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-parti ta' l-Universita` fl-Argotti diġa' sar xogħol estensiv li jammonta għal Lm68,000.
Ix-xogħol fuq ir-restawr u reabilitazzjoni ġewwa l-ġnien ta' l-argotti qiegħed ikompli skond il-flus li kienu allokati.
L-Universita` qegħda tistenna allokazzjoni għall-flus tas-sena 2003 biex tkun f'pożizzjoni li talloka l-flus għal dan it-tip ta' xogħol għall-Argotti.
Is-sezzjoni tal-manutenzjoni ta' l-Universita` għamlet ċertu xogħol fl-Argotti u dan sar skond il-prioritajiet ta' l-Universita`.
Qed jiġi kkunsidrat complement ta' nies li għandu bżonn l-Argotti vis-a`-vis mal-flus li se jkunu provduti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fix-Xagħra tal-Furjana matul din is-sena? Liema xogħlijiet huma programmati? Hemmx il-ħsieb li ssir xi applikazzjoni għall-underground car park?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol li sar fix-Xagħra tal-Furjana jikkonsisti f'reseeding tat-turf u manutenzjoni tal-floodlights. Inxtrat ukoll pompa ta' l-ilma ġdida. Dan ix-xogħol sar bħala parti mill-preparazzjoni għat-tournament tal-Munidavocat. Is-Segretarjat Parlamentari alloka għotja ta' Lm3,500 sabiex sar xogħol estensiv sabiex ġew irranġati d-dressing rooms.
B'riferenza għall-mistoqsija 34734, jista' il-Ministru jgħid wara li l-kabinett Nazzjonalista kien iddeċieda li jagħti somma flus lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, x'inhi r-raġuni li l-każ għadu quddiem il-qorti, meta dan ħa s-somma li ried?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34734.
Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk eżentati mill-ħlas ta' l-eżamijiet tat-tfal jiġifieri per eżempju dawk il-familji li l-irġiel huma qegħda u allura jgħixu bl-unemployment benefit?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għall-eżamijiet tal-MATSEC jiġu eżenti milli jħallsu l-mżata dawk li jikkwalifikaw għal din l-eżenzjoni wara li jimlew formola, li tkun ikkonfermata mill-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali li tindika li l-ġenituri jew tuturi tal-kandidati konċernati jaqgħu taħt waħda minn dawn il-gruppi - social assistance, unemployment assistance, old age pension (non-contributory, in lieu of social assistance), special unemployment benefit, u social security pensioners, such as widows who following a means test, would qualify for free medical aid. Kandidati li jirċievu l-għotja tal-manteniment ma jikkwalifikawx għal din l-eżenzjoni.
Informat ukoll li għall-eżamijiet tal-London/Oxford jiġu eżentati milli jħallsu l-miżata dawk l-istudenti li jkunu fl-aħħar klassi sekondarja (Form V). Xi ħadd mill-ġenituri iridu jimlew formola mill-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali li tindika li l-applikant huwa intitolat għal waħda minn dawn l-eżenzjonijiet:-
Social Assistance
Unemployment Assistance
Old Age Pension (Non Contributory, in lieu of Social Assistance)
Special Unemployment Benefit
Special Security Pensioners, such as widows who would qualify for free Medical Aid.
Dawk il-kandidati li għandhom xi forma ta' stipendju ma jikkwalifikawx għal din l-eżenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tul l-2000 u l-2001 studenti għaddew mill-eżamijiet fl-O level u fl-A level f'dawn is-suġġetti: Malti, Ingliż, matematika, fiżika, u biology?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bit-tabelli li juru n-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet fil-livell tas-SEC u l-livell Avvanzat u r-riżultati li ġabu fl-2000 u l-2001, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ tas-SEC, il-gradi minn 1 sa 5 huma aċċettati għad-dħul fis-Sixt Form /Junior College.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Ħal Luqa hiex se tkun kompletament lesta sal-bidu tas-sena akkademika 2002/2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħalma stqarrejt drabi oħra, il-pjan tal-proġett ta' tkabbir u rinovament ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa kien previst li jieħu numru ta' snin u hu mistenni li jkun lest fl-2004.
Nirreferi wkoll għal stqarrija maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni li tikkontjeni tagħrif dwar il-proġett.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-gvern qed jippjana li t-track tal-Marsa sports grounds se ssir bil-ħlas għal dawk li jmorru jimxu fiha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-track tal-Marsa hija intiża għall-ġiri u mhux sabiex in-nies imorru jimxu fiha. S'issa ma kien hemm ebda pjanijiet dwar rati ta' ħlas għal min juża din it-track.
Informat ukoll li s-Segretarjat Parlamentari ħejja pjanti sabiex tinbena trim trail f'parti oħra tal-Marsa grounds sabiex min ikun irid jagħmel eżereċizzji ta' mixi jew jogging ikun jista' jagħmel dan mingħajr ħlas.
B'riferenza għal kwot. nru. CWQ 1/02 u kwot. nru. CWQ 2/02 ippublikati fil-gazzetta tal-gvern bid-data 5/2/02 dwar xogħlijiet ta' servizzi u alterazzjoni fl-iskola sekondarja tas-subien San Franġisk ta' Assisi, St. Venera, jista' jgħid x'inhuma x-xogħlijiet imsemmija, jekk dawn inbdewx, jew tlestewx u jekk ma tlestewx meta se jitlestew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm ħames proġetti għaddejjin fuq din l-iskola, li huma:
* Bini ta' ħames klassijiet ġodda
* Xogħol ta' manutenzjoni fuq klassijiet oħrajn
* Għamara għal-laboratorju tal-Home Economics ġdid
* Għamara għal-laboratorju tal-Physics ġdid
* Xogħol fuq faċilitajiet ta' toilets, li jinkludi bini ta' tmien units ġodda
Informat ukoll li x-xogħol ta' bini u manutenzjoni tal-klassijiet kważi tlesta. Ix-xogħol li baqa' huwa minuri u kollox ser ikun lest sa l-aħħar ta' Settembru 2002.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gradwati tal-kors tal-BA Educ hux se jiġu impjegati kollha mill-gvern? Jekk le kemm huwa n-numru ta' għalliema ġodda li se jimpjega minn dawn il-gradwati?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-proċess ta' l-għażla għadu mhux uffiċċjalment konkluż, għadu kmieni biex nagħti t-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fakultajiet ta’ l-universita’ kienu l-benefiċċjarji tal-programm Socrates (azzjoni Erasmus) bejn is-sena akkademika 2000 – 2001 u 2001 – 2002? Kemm kien hemm minn kull fakulta’ kull sena? F’liema universitajiet Ewropej marru l-istudenti Maltin? Kemm kien hemm studenti Ewropej fl-universita’ ta’ Malta taħt il-programm Socrates (azzjoni Erasmus) fis-snin akkademiċi 2000 – 2001 u 2001 – 2002? F’liema fakultajiet kienu dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-iskejjel li qed jieħdu sehem fil-programm Convenius, minn liema pajjiż huma l-partner schools ta’ dawn l-iskejjel, x’tip ta’ temi qed jaħdmu fuqhom dawn l-iskejjel f’dawn il-proġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fis-sitt klassi fl-iskola primarja ta' Sant'Anna f'Marsascala, fis-snin skolastiċi 2000 - 2001 u 2001 - 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għas-subien u l-bniet? Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-junior lyceum u kemm għaddew? Jista' jgħid ukoll kemm studenti tas-sitt klassi għamlu eżami sabiex jidħlu f'xi skola sekondarja tal-knisja? Kemm minnhom għaddew? Jista' jagħti din l-informazzjoni bniet għalihom u subien għalihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-popolazzjoni fil-Year 6 fl-iskola primarja ta' Marsascala kienet kif spjegat hawn taħt:
Subien Bniet Total
2000-2001 18 28 46
2001-2002 28 23 51
Infurmat ukoll li l-iskejjel ma jżommux statistika dwar l-eżamijiet tal-Knisja.
Rigward il-parti tal-Mistoqsija li tirreferi għall-eżami tal-Junior Lyceum nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 34553 u 34554.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uniformijiet għall-iskejjel primarja tal-Mosta humiex se jinbidlu u jekk jinbidlu mill-liema klassijiet se jibdew jinbiddlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-uniformi ta' l-iskejjel primarji tal-Mosta ser tinbidel kif ġej:
1) Skola A b'mod obbligatorju għat-tfal tal-Year 1 biss;
2) Skola B b'mod obbligatorju għat-tfal tal-Year 4 biss.
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk fiċ-Ċentru tar-Restawr hux qed isir xogħol għall-privat u jekk l-ħlassijiet li jgħaddu jispiċċawx fid-dħul taċ-ċentru? X'sistemi hemm biex jiżguraw li x-xogħol li jsir fiċ-Ċentru għall-privat iħalli dħul għaċ-ċentru u mhux għal xi individwu?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li ċ-Ċentru Malti għar-Restawr joffri s-servizzi tiegħu kemm lis-settur pubbliku kif ukoll lill-privat. Fejn ix-xogħol ikun ta' natura kummerċjali, jiġi miġbur il-ħlas skond stima li tkun ingħatat minn qabel lid-Dipartiment, organizzazzjoni jew individwu konċernat. Meta l-proġett ikun wieħed didattiku, jiġifieri l-opra tkun magħżula primarjament għax tkun addattata biex fuqha jipprattikaw l-istudenti mingħajr terminu ta' żmien, ma jintalabx ħlas iżda ħafna drabi ċ-:entru jagħmel kull mezz sabiex jiġbor l-ispejjeż tal-materjal.
Infurmat ukoll li jeżistu proċeduri stabbiliti sabiex jiżguraw li l-ħlasijiet li jsiru jgħaddu kollha kemm huma għaċ-Ċentru. L-ebda xogħol ma jista' jsir fiċ-Ċentru sakemm ma jingħatax numru ta' proġett u tittieħed deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Management tal-proġetti taċ-Ċentru jekk dan għandux jitqies bħala xogħol didattiku jew kummerċjali. F'kull każ, il-ħlas dovut, kemm għas-servizzi u anke għall-materjal, jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet taċ-Ċentru.
1) When did PBS publish last its Accounts?
2) How many 'consultants' are employed directly or indirectly by PBS? Who are they? What is the cost to the station or to the exchequer of each of these 'concultants'?
3) Is it true that a particular 'consultant' is also a part-time contributor with PBS? Does the authorities responsible consider the two roles exercised by this individual as being compatible? What is the total amount of remuneration received by this individual as a contributor, during his tenure as a consultant?
4) Can the minister responsable for broadcasting report on the fate of the works carried out by the Task Force appointed some time back? Is the Task Force still in force? What has or is the Task Force costing PBS or the Exchequer? What is or was the remuneration of the members of the Task Force
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-PBS Ltd tippubblika r-Rapport Finanzjarju tagħha, u kif obbligata tagħmel bħala Limited Liability Company tissottometti r-Rapport Annwali lill-Malta Financial Services Centre regolarment darba fis-sena. L-aħħar Rapport Finanzjarju, dak għas-sena 2000 ġie ppubblikat wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali f'Awwissu 2001. Ir-Rapport għas-sena 2001 mistenni jkun pubblikat ix-xahar id-dieħel.
Bħalissa l-Kumpanija għandha konsulent wieħed. Fr. Joe Borg huwa l-konsulent għall-Bord tad-Diretturi dwar xandir, skedar ta' programmi u riformi.
Il-PBS Ltd., kif ingħad kemm il-darba f'dan il-Parlament, hija entita` kummerċjali li topera f'industrija kompetittiva ħafna u għalhekk dettalji dwar materji ta' natura kummerċjali jistgħu jkun ta' dannu għaliha jekk jiġu ppubblikati. Għalhekk l-informazzjoni mitluba dwar ħlas lill-konsulent inħoss li għandha tibqa' kunfidenzjali.
Informat ukoll li huwa veru li dan il-konsulent jieħu parti f'xi programmi tar-radju bħala kontributur. Ta' dan ix-xogħol ma jitħallasx u qatt ma tħallas minn kemm ilu konsulent. Minħabba li l-parteċipazzjoni tiegħu fi programmi tar-radju hija relatata mal-professjoni tiegħu, u minħabba li kif diġa` għidt ma jitħallasx għal dan ir-rigward tas-servizzi tiegħu, ma nħossx li hemm xi kunflitt bejn ir-rwol ta' konsulent u dak ta' kontributur.
Ir-rakkomandazzjonijiet li saru mit-Task Force imwaqqfa apposta ġew studjati u nittama li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ġejjieni. Bħalissa għadhom qed isiru sforzi biex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat f'dak li jirrigwarda l-iSkema ta' Irtirar kmieni. Għalkemm it-task Force għadha kostitwita, ma tistax tkompli topera qabel jintlaħaq ftehim dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha.
Fl-aħħarnett infurmat li l-aħħar ħlas li sar liż-żewġ membri tat-Task Force kien ikopri l-perjodu li għalaq f' Diċemru 2001. Bħalissa m'hemm ebda ħlas dovut u għalhekk it-Task Force bħalissa mhux qed tiswa flus lill-PBS Ltd. jew lill-gvern. Għal raġunijiet imsemmija qabel mhux il-każ li jiġi pubblikat il-ħlas li sar liż-żewġ membri tat-Task Force. Nista' nassigura lill-Kamra li l-ammont huwa wieħed relattivament żgħir (ftit mijiet) u li kieku l-membri kellhom jitħallsu bir-rati kummerċjali ta' ażjendi ta' konsulenti, ir-rapport kien jiġi jiswa ħafna aktar. Infurmat li l-ħlas sar lil żewġ membri tat-Task Force għaliex it-tielet membru huwa Fr. Joe Borg li anke f'dan il-każ il-ħlas għas-servizzi tiegħu lit-Task Force kien inkluż fil-ħlas dovut lilu bħala konsulent.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru s'issa fil-ground ta' San Ġużepp f'St. Venera u liema xogħlijiet huma ppjanati għaż-żmien li ġej?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li wara li ntlaħaq ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-Kunsill Lokali sabiex isir xogħol fil-ground ta' San Ġużepp f'Santa Venera, liema xogħol jinkludi upgrading ġenerali tal-ground, ix-xogħol imsemmi diġa` nbeda.