Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi kkalkulata l-ispiża biex jiġi mmodernizzat il-bus terminus tal-Belt Valletta skond id-dipartiment/awtorita' konċernata?
Jista' ipoġġi dettalji/pjan/tagħrif li għandu d-dipartiment/awtorita' jew ente responsabbli mill-immodernizzar tal-bus terminus tal-Belt Valletta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20313.
Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-kaptelli u gradilja, li issa saru perikolużi, fi Pjazza G. Gulia, Bormla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet tender biex issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-gradilji u tappiera fit-toroq arterjali u distributorji.
Dan it-
tender
ġie aġġudikat fil-ġranet li għaddew u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett ta' baċir numru 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fl-aħħar ta' Ġunju l-konsorzju Romegas ippreżenta l-proposti dettaljati arkitettoniċi u finanzjarji. Issa beda l-perjodu ta' evalwazzjoni u negozjar ta' dawn il-proposti, bejn il-bord maħtur għall-dan il-għan u l-konsorzju magħżul.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hija l-parking facility li tilqa' l-park and ride?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jispjega d-domanda. Jekk qed jirreferi għal kemm jesgħa l-park and ride facility, dan huwa stmat li ser joffri 950 spazzju ta' parkeġġ.
Jista' il-Ministru jgħid kif se topera preċiżament il-park & ride system?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-park and ride ser jaħdem fuq prinċipju ta' parkeġġ ta' vetturi fiż-żona magħrufa bħala Hornworks and Crownworks Ditch. Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi s-sit fejn ser issir il-park and ride. Il-passiġġieri ta' dawn il-vetturi ħa jiġu pprovduti bi trasport mis-sit tal-parkeġġ għall-Belt Valletta. Dawn is-servizzi jingħataw mingħajr ħlas.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu mistoqsijiet aktar speċifiċi, jingħata l-informazzjoni li jixtieq. Sadattant nistiednu jikkonsulta d-Dokument Konsultattiv li ħareġ il-Gvern f'Lulju 2005 fejn hemm spjegat fid-dettal x'inhu l-park and ride li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra u stqarrija tal-Gvern dwar is-suġġett ta' Lulju 2006 li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra wkoll.
Jista' il-Ministru jgħidilna kif se jikkonvinċi lill-ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Belt Valletta li sal-ġurnata tal-lum jużaw il-vetturi tagħhom, kif se jibdew jużaw il-public transport u x'inċnentiv se jingħataw sabiex jutilizzaw dan il-mezz?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-trasport pubbliku hu alternattiva vijabbli għal min irid jivvjaġġa minn kull parti ta' Malta għall-Belt Valletta speċjalment fil-ħinijiet tax-xogħol. Dan is-servizz hu irħis ħafna għall-konsumatur minħabba sussidju li jħallas il-Gvern u dan hu inċentiv qawwi għal min irid jagħżel x'mezz ta' trasport għandu juża' biex jidħol il-Belt. Qed ikun studjat kif is-servizz tat-Trasport Pubbliku waqt il-ħinijiet tax-xogħol jista' jitjieb u anke jindirizza r-rejalta ġdida tal-park and ride.
Biex inkun ċar, il-Belt Valletta se tkun aċċessibli għal kull min irid jidħol fiha bil-karozza. Dan ġie spjegat fil-konferenza stampa li saret fit-3 ta' Lulju, 2006.
Jista' il-Ministru jgħid eżattament kemm se tiswa lill-ħaddiem il-park and ride sabiex jipparkja l-karozza tiegħu sabiex jidħol il-Belt Valletta għax-xogħol u jekk bniedem ikun marbut bil-ħin, kemm irid jaħseb qabel sabiex jidħol għax-xogħol mingħajr ma tinqatalu xejn mill-paga?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-użu tal-park and ride ħa jkun bla ħlas. Il-ħin massimu ta' stennija biex jirkbu l-bus fil-ħinijiet tal-ftuħ u l-għeluq ta' l-uffiċju u l-ħwienet hu proġettat li jkun bejn wieħed u ieħor ħames (5) minuti. Fil-ħinijiet l-oħra (off peak) dan il-ħin ivarja skond id-domanda u ser ikun organizzat bħala trasport regolari.
Park & Ride — Tqassim ta' xogħol fil-ħwienet ġewwa l-Belt
Question
Jista' il-Ministru jgħid kif se jidħlu l-Belt Valletta dawk is-sales representatives u d-delivery personnel tal-kumpanniji sabiex iwasslu l-merċa għand tal-ħwienet wara li tidħol is-sistema tal-park & ride?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ikunu konformi mall-proċeduri stabbiliti bis-sistema tas-CVA kull sales representative u delivery personnel jistgħu jidħlu l-Belt Valletta kif joġgħobhom.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19876 u 19994 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19625, jista' il-Ministru ġentilment iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li l-ADT għamlet lill-ETC fis-17 ta' Marzu 2004 u jgħid f'liema data ġie impjegat bħala manager ma' l-ADT u bħala assistent personali fil-ministeru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-assistent personali ġie mpjegat bħala Manager ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fl-4 ta' Mejju 2004 u bħala assistent personali fl-1 ta' Ġunju 2004.
Kopja ta' l-ittra ta' l-ETC qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji kif se titħaddem l-iskema park and ride u l-immaniġjar tat-traffiku fil-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiiku dwar x'tip t'informazzjoni qiegħed jitlob u jgħid preċiżament x'informazzjoni dwar liema kriterji qiegħed jistaqsi.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi għad-dokument konsultattiv li hemm referenza għalih fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 20134 u li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jinformani x'ġara mill-pjani tal-gvern li jiġi modernizzat il-bus terminus tal-Belt Valletta?
Jista' jinformani għaliex tul dawn l-aħħar 20 sena il-gvern qatt ma mmodernizza l-bus terminus tal-Belt Valletta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li fit-2003 kien sar tisbieħ f’parti mill-venda li jinkludi asfaltar u tranġar tal-bankini.
Rigward il-pjanijiet ta’ mmodernizzar tal-venda tal-Belt saru diversi diżinji li jinkludu ukoll id-dħul tal-Belt.
Pjan komprensiv għall-immodernizzar tal-
bus terminus
tal-Belt Valletta jkun jista' jitfassal hekk kif ikunu iffinalizzati t-taħdidiet dwar ir-riforma ta-trasport pubbliku.
Jista' il-Ministru mmedjatament jagħmel shelters temporanji sabiex iċ-ċittadini li jużaw il-bus terminus tal-Belt Valletta ikollhom kenn mill-elementi tan-natura waqt li jkunu qed jistennew il-mezz tat-trasport?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20101 u t-tweġiba mogħtija dwar Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi, jista' il-Ministru jgħid x'jiġri jekk l-iżviluppatur jinjora l-obbligu tiegħu li jiftaħ u jifforma triq ġdida biex wara tkun tista' tingħata t-tarmac mill-ADT? F'każ bħal dan, l-awtorita' dwar it-trasport tibqa' passiva jew tista' tieħu passi biex tissalvagwarda l-jeddijiet tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’każ li sid ta’ propjeta’ ma jiftaħx triq ġdida li tkun skemata, l-Awtorita’ dwar it-Trasport tista’ tiġi mitluba minn terzi persuni li jkollhom interess li din tinfetaħ, sabiex tespropja, tiftaħ u tifforma dik il-parti tat-triq għan-nom u a spejjeż tagħhom
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18058 u t-tweġiba relatata, jista' il-Ministru jindaga l-ilmenti mressqa għal darba oħra mir-residenti li jallegaw li minkejja li l-awtorita' dwar it-trasport għamlet l-investigazzjonijiet u t-twissijiet tagħha, xufiera fuq ir-rotot tal-karozzi tal-linja 32 u 34 baqgħu mhumiex jgħaddu kif indikat f'tabella imwaħħa fi Triq San Ġużepp, Luqa "ħlief meta jiftlilhom" bir-riżultat li r-residenti għadhom jistennew ta' xejn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li qiegħda tagħmilha ta' parker filgħodu fil-parking area magħrufa bħala il-fossa fil-Belt, Valletta għandux permess ta' l-awtorita' konċernata u f'każ li fin-negattiv jista' jara li ma jitħalliex dan l-abbuż? Jista' jara li jiġu stallati cameras tas-sigurta' f'din l-istess parking area minħabba serq kbir li qiegħed isir mill-karozzi pparkjati hemmhekk?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-post imsejjaħ il-fossa mhux post li jaqa’ taħt il-gurisdizzjoni ta' l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Dan ifisser illi hemmhekk mhux kunsidrat bħala parking area. Il-Parker imsemmi mhux liċenzjat u nqabad mir-rappreżentanti tal-istess Awtorita’ li nfurmaw il-pulizija u ser jitressaq il-Qorti fil-jiem li gejjin.
Jista' il-Ministru jgħid min kien il-manager tal-unit ta' l-eżaminaturi fl-ADT li ta r-riżenja tiegħu? Kemm kien ilu f'din il-kariga, b'liema salarju u perks oħra? Hux minnu li għas-sena li għaddiet ingħata l-performance bonus? Għal kemm kien jikkonsisti dan il-bonus extra u x'kienu r-riżultati li akkwista matul is-sena li għaddiet u li allura wasslu għall-għoti ta' dan il-bonus?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Manager tal-unit ta’ l-eżaminaturi kien Major Mark Samut Tagliaferro li fil-fatt ma rreżenjax imma staqsa biex il-kuntratt tiegħu ma jiġiex estiż. Kien ilu f’din il-kariga mill-1 ta’ Ġunju 2005, b’salarju ta’ Lm 10,682 fis-sena u Lm 960 expense allowance fis-sena u Lm 282 car allowance fis-sena. Major Mark Samut Tagliaferro ingħata performance bonus ta’ Lm 1305.24 - 12% min 15%.
Ir-riżultati li akkwista matul is-sena li għaddiet kienu dawn:
-
Introduce and implement a database system to increase efficiency and knowledge of driver testing
-
Improve administration efficiency of the Technical Unit
-
Secure an improved service for testing activities in Gozo
-
Prepare for implementation of CPC (Certificate of Professional Competence) for heavy duty.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17334, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat tiegħu seconded minn xi enti oħrajn? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm għandu total?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tip ta’ secondment li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant m’għadux jiġi pprattikat. Madankollu ninformah li fis-segretarjat tiegħi hemm 7 uffiċjali li huma ngaġġati fuq bażi ta’ kuntratt definit u li ġejjin minn entitajiet / organizzazzjonijiet parastatali. Il-kuntratt ta' dawn l-uffiċjali huwa magħmul skond il-linji ndikati fiċ-ċirkulari.