Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – spezzjoni ta’ soqfa perikolużi – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-Awtorità tad-Djar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward spezzjoni teknika fuq post ikkundannat b’soqfa perikolużi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ tal-individwu li d-dettalji tieghu qed jingħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – qtugħ ta’ dawl f’komun – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-Awtorità tad-Djar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward qtugħ ta’ dawl fil-komun?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, ix-xogħlijiet tlestew.

Sigurtà Soċjali — €35 tar-relief - każ ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min naħa tas-Sigurtà Soċjali ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ma tistax tieħu l-€35 tar-relief?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bonus addizzjonali ta’ €35 li kienet miżura tal-Budget 2015, ingħata lil dawk kollha li kienu fuq l-Għajnuna Soċjali fl-ewwel Sibt ta’ Jannar, 2015.

Meals on Wheels – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum 23 ta’ Novembru 2015 kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Meals on Wheels?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Meals on Wheels sal-ġurnata imsemmija huwa ta’ tliet mija u ħamsa (305).

Home Help – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum 23 ta’ Novembru 2015 kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Home Help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet pendenti għas-servizz tal-Home Help sat-23 ta’ Novembru 2015 hemm 32.

Meals on Wheels — prezz

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-prezz li s’issa qed jitħallas minn dawk li qed jieħdu s-servizz tal-Meals on Wheels ser jibqa’ l-istess fix-xhur u s-snin li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezz imħallas mill-benefiċċjari tas-servizz tal-Meals on Wheels ser jibqa’ l-istess.

Ir-Rabat Għawdex – Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella — rampa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’irriżulta mill-ispezzjoni li saret mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) dwar ir-rampa li saret fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella fir-Rabat Għawdex? Jista’ jikkonferma li din ir-rampa nbniet skont il-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista jikkonferma li din hija skont il-Guidelines Access for All u li minnha persuna b’nuqqas ta’ mobilità jista’ jkollha aċċess liberament għall-Qorti ta’ Għawdex, għall-Katidral u għall-kumplament taċ-Ċittadella?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ispezzjoni li saret fuq il-post nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru 2015 irri¿ulta li r-rampa fi Pjazza Katidral mhix aċċessibbli għal kulħadd. Dan minkejja li l-Perit tal-KNPD fir-rapport tiegħu datat 29 ta’ Settembru 2011 ma sabx oġġezzjoni għall-pjanti li ntbagħtu lill-KNPD mill-MEPA suġġett li l-i¿vilupp ikun skont l-Access for All Design Guidelines. L-istess rapport jgħid ukoll b’mod ċar li r-responsabbiltà aħħarija hija tal-applikant li x-xogħlijiet isiru skont l-Access for All Design Guidelines. Huwa obbligu tal-KNPD li tara li postijiet pubbliċi jkunu aċċessibbli għal kulħadd u għaldaqstant hija obbligata li tara li l-Qorti ta’ Għawdex, il-Katidral u ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli. Fin-nuqqas ta’ dan, il-KNPD se tagħmel dak kollu neċessarju biex jinstab rimedju għan-nuqqas ta’ aċċess fi¿iku u l-postijiet ikunu aċċessibbli għal kulħadd b’konformità mal-Access for All Design Guidelines.

St. Vincent de Paule Residence – ħsara ta’ aircondition – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħsarat f’Air Condition ġewwa r-residenza ta’ St Vincent de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, is-sistema tal-arja kkundizzjunata ġewwa s-sala ikkonċernata, hija funzjonabbli.

Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-Meals on Wheels hux ser jinbidel mill-mod kif s’ issa dejjem ġie provdut?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bidla maħsuba fis-servizz tal-Meals on Wheels ser tkun hekk illi l-ikel ser jibda jitwassal kiesaħ f’temperatura ta’ ħames (5) gradi Celcius u jissaħħan mill-benefiċċjarju ġewwa r-residenza ta’ min jingħata s-servizz.

Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li dawk li qed jieħdu jew ser ikunu qed jieħdu s-servizz tal-Meals on Wheels ser ikunu qed jiġu provduti l-ikel bi tlett ijiem bil-quddiem?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ikel tal-Meals on Wheels ser jibqa’ jitqassam kuljum kif qed isir fil-preżent.

Meals on Wheels — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proċedura ser tkun qed tintuża sabiex jiġu aġġudikati l-applikazzjonijiet il-ġodda għas-servizz tal-Meals on Wheels?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull applikazzjoni sabiex jingħata s-servizz tal-Meals on Wheels ser tkun evalwata minn Social Worker u jekk jinħass il-bżonn ikunu nvoluti professjonisti oħrajn.

Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri – night shelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim hemm mal-Patrijiet Franġiskani Minuri għall-użu ta’ parti mill-kunvent tagħhom bħala night shelter fl-Imġarr/Għajnsielem Għawdex? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid preżentament kemm hemm anzjani li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm hemm nies jaħdmu f’dan in-night shelter, f’liema grad qegħdin u kif ġew ingaġġati dawn in-nies?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li hemm mal-Provinċja Franġiskana Maltija tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri (O.F.M) u d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità huwa li jingħata servizz għall-Anzjani ta’ Night Shelter għal matul il-lejl u għal Dementia Day Centre għal matul il-ġurnata. Il-ftehim huwa ta’ ħames snin b’effett mis-26 ta’ Novembru 2014 u li jkun jista’ jiġi mġedded wara dan il-perjodu. Fil-preżent hemm 11-il-persuna li applikaw għad-Dementia Day Centre u hemm 7 persuni oħra li sa issa bbenefikaw mis-servizz ta’ dan in-night shelter u d-Dipartiment jixtri servizz meħtieġ għall-operat tal-post mingħand il-privat. Il-ftehim jista’ jiġi muri lill-Onorevoli Interpellant b’mod kunfidenzjali.

Tqassim ta’ ikel tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fit-tqassim tal-ikel tal-Ewropa, istituzzjoni bħal Fondazzjoni Arka li tmexxi Dar Arka f’Għawdex u istituzzjonijiet simili hux se jingħataw minn dan l-ikel kif kien isir qabel? Jekk le, x’inhi r-raġuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21204.

UE FEAD – tqassim ta’ ikel

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21032, jista' l-Ministru jgħid min kienu t-tenderers l-oħra li ħadu sehem fit-tender u applikaw sabiex ifornu l-ikel taħt il-programm iffinanzjat mill-UE Fead?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm fl-ewwel tender (li ma kienx ġie aġġudikat għax l-offerta ma kinitx teknikament konformi mal-ispeċifikazzjonijiet mitluba) u kemm fit-tieni tender (li issa ġie aġġudikat għax kien teknikament konformi mal-ispeċifikazzjonijiet mitluba) kien hemm tenderer wieħed li inċidentalment kien l-istess wieħed fiż-żewġ okkażjonijiet.

Awtorità tad-Djar – Applikazzjoni għal lift fil-komun – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal-lift fil-komun?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għall-installar ta’ lift fil-blokk in kwistjoniqed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ akkomodazzjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Fund for European Aid to the Most Deprived

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-għaqdiet Non Governattivi humiex ser jibqgħu intitolati li jibbenefikaw mill-Programm Iffinanzjat mill-UE imsejjaħ Fund for European Aid to the Most Deprived?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont il-kriterji kif maqbula mal-Kummissjoni Ewropea, it-tqassim tal-ikel taħt il-Programm il-ġdid ser isir biss lill-familji (households) li huma meqjusa l-aktar fil-bżonn.

Naxxar – il-proġett tal-Hub għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan fin-Naxxar ta’ fejn sa issa hu ppjanat li ser jinbena l-proġett tal-Hub għall-persuni b’diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni għadha fi stadju ta' kjarifiċi.

Naxxar — Il-Proġett tal-Hub għall-persuni b’diżabilità - servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema servizzi ser ikunu qed jingħataw mill-proġett tal-Hub għall-persuni b’diżabilità li l-Gvern indika li ser jinbena fl-aħħar budget?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejin it-tahdidiet u l-informazzjoni opportuna tinghata fi stadju iehor.

Akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex fit-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex illum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat-8 ta’ Marzu 2013, l-Awtorita’ tad-Djar kellha 32 applikazzjoni li qed jitlobu post f’Għawdex. Sal-lum l-ammont t’applikazzjonijiet pendenti li qed jitolbu akkommodazzjoni soċjali f’Għawdex huwa ta’ 44.