Sptar Monte Carmeli – infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-ratio ta’ infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali mal-pazjenti li qed jiġu kkurati fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-ratio ta’ infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali man-numru ta’ pazjenti jvarja skont il-livell u tip ta’ kura li jkollu bżonn il-pazjent. Fis-swali fejn hemm pazjenti iktar akuti r-ratio huwa ta’ infermier/a għal kull tliet pazjenti. Fi swali fejn hemm pazjenti kroniċi jew bi problemi ta’ ġeriatrija barra ta’ saħħa mentali, r-ratio ta’ infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali huwa ta’ infermier/a għall kul erbgħa jew ħames pazjenti waqt li parti mill-kura tiġi pprovduta minn infermiera bi kwalifiki ta’ general nursing.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inklu¿ id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu ħaddiema minn mal-ARMS bejn Marzu 2013 u d-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom talbu biex imorru lura mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, kemm minnhom ġew aċċettati, u x’xogħol ingħataw mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u l-15 ta’ Mejju 2015, kien hemm 25 (ħamsa u għoxrin) ħaddiem li telqu minn mal-ARMS u marru lura mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mniżżlin fuq il-payroll tal-ARMS u l-payroll tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma separatament, fid-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15057, 14208, 13631 u 13932 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija inkluż lil min ingħataw, mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Dipartiment tal-Kura Primarja – organisational chart
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fid-Dipartiment tal-Kura Primarja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika liema dipartimenti qed tirreferi għalihom.
Segretarjat tal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – organisational chart
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fis-Segretarjat tal-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġdid iddaħħal jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sad-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f’liema kariga ddaħħlu? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu sejħiet interni, kemm minnhom saru permezz ta’ sejħa pubblika u kemm minnhom idaħħlu abbażi ta’ position of trust?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ jgħid kemm-il advisor għandu l-Executive Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? X’remunerazzjoni u perkaċċi għandu kull advisor? X’inhu r-rwol ta’ kull advisor?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm min fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tela’ diversi skali bejn Marzu 2013 u d-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kien hemm, min huma u f’liema grad?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn jidħlu promozzjonijiet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma timxi skont il-ftehim kollettiv.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa persuni f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15741 u jelenka l-ismijiet tal-konsulenti u tal-persuni f’position of trust illi tqabbdu mill-Ministru jew minn dipartimenti u entitajiet illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhu s-salarju tagħhom u x’perkaċċi għandhom? Peress illi l-Ministru huwa responsabbli kemm mill-enerġija kif ukoll mis-saħħa, jista’ jgħid kemm hemm minn dawn il-persuni fil-qasam tal-enerġija u kemm hemm fil-qasam tas-saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15741 (ħmistax-il elf, seba’ mija, wieħed u erbgħin), niġbdilha l-attenzjoni li dawn huma persuni fil-qasam tal-enerġija. Għal qasam tas-saħħa nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15963 (ħmistax-il elf, disa’ mija, tlieta u sittin).
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — ingaġġ ta' impjegati tal-Air Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx impjegati tali persuni.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14905, 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – pagamenti pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14904 u 13249 u jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjali, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet, fl-aħħar ta’ Novembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Novembru 2014 l-ammont dovut lil kredituri b'ageing 'il fuq minn 60 jum kien ta’ €1,847,997
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid:
(a) X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad;
(b) Meta tqabbad;
(ċ) Kemm sewa jew se jiswa;
(d) Kif intgħażel il-kuntrattur;
(e) Min għażel il-kuntrattur; u
(f) Meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.