Awtorità Maltija dwar l-Istandards — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija dwar l-Istandards fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Minħabba li fid-diskors tal-Prim Ministru saret referenza diretta għall-proġett tal-Marsa Shipbuilding, jista' l-Ministru jispjega fid-dettal fiex se jikkonsisti dan il-proġett u meta se tinħareġ is-sejħa pubblika għalih?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Gvern qed iħares lejn diversi possibilitajiet, inkluż dawk konnessi ma' attivitajiet marittimi u attivitajiet relatati. Meta jkun il-waqt il-Gvern ikun jista' jħabbar aktar dettalji.
MCA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Ir-renumerazzjoni tad-diretturi tal-Malta Communications Authority huma ffinanzjati minn fondi li jinġabru mill-operaturi fil-qasam u mhux minn fondi pubbliċi
Malta Enterprise — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 214.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — membri tas-segretarjat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom, kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 324.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fil-qasam tal-għajnuna lill-investituri biex jipprovdu venture capital għall-intrapriżi żgħar u medji biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid attwalment x'benefiċċji u skemi hemm għal min:
a) jixtieq ikabbar in-negozju tiegħu;
b) jagħmel xi ristrutturar;
ċ) jibda negozju ġdid; u
d) jispiċċa minn impjegat sabiex jibda negozju tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob — Bord tad-Direttur u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li fi Frar 2013, iċ-Chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob kien is-sinjur Nicholas Xuereb, kellu €13,976.244 fis-sena u użu ta’ mowbajl.
Il-Bord tad-Diretturi kienu Dr.Pauline Debono, Dr.Roberta Fenech Gauci u Dr.Stanely Portelli. Kull wieħed kellu €2,795.244 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jipprovdi status update dettaljat dwar il-progress li sar fuq il-proġett li qed tmexxi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament? Jista' jagħti d-dettalji marbutin mal-investiment li s’issa għamel il-gvern (direttament jew permezz ta’ xi entità tiegħu) f’dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega x’inhuma l-miri strateġiċi tal-gvern fil-qasam tal-ekonomija digitali u xi prijoritajiet se jkun qed jaħdem fuqhom matul l-2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ dokumenti li juru l-miri tal-Gvern fil-qasam tal-ekonomija diġitali. Wieħed minn dawn huwa artiklu tal-Onorevoli Segretarju Parlamentari għall-Kompettitivita’ u Tkabbir Ekonomiku msejjaħ “Attaining the Digital Economy” u li kien ippubblikat fil-ħarġa tas-Sunday Times tal-Ħadd 14 ta’ April 2013, u l-ieħor huwa l-“Istrategic Plan Update 2013-2015” tal-Malta Communications Authority. Mira ewlenija tal-Gvern għas-sena 2013 hija li jfassal mill-ġdid Strateġija Nazzjonali għall-Ekonomija Diġitali ta’ Malta, wara li l-istrateġija tal-Gvern preċedenti, l-hekk imsejħa Smart Island, tħalliet tiskadi fl-2010 u din baqgħet ma kinitx aġġornata.
Bord tal-Koperattivi — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Bord tal-Koperattivi fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.