Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18561 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Ħalib Frisk

Question

Peress li t-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numru 16297,16986 u 17596 ma jsemmu xejn dwar dak li se jitlob il-gvern mill-UE sabiex ir-raħħala Maltin ikunu assigurati li ma jitilfux il-prezz tal-ħalib ta' fuq il-kwota, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 17596?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-istadju li wasal fih il-proċess, din il-mistoqsija hija waħda pjuttost prematura. Għaldaqstant ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17596.
Leg 9 PQ #18562 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

Peress li t-tweġiba kemm tal-mistoqsija parlamentari numru 16297 u 16986 ma jirriflettux it-tweġibiet li huma referuti f'mistoqsija parlamentari numru 17597, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17597 u jgħid ukoll ma' min saru l-konsultazzjonijiet f'Malta u barra minn Malta sabiex ikunu stabbiliti l-iżvantaġġi li dwarhom iridu jsiru n-negozjati sabiex ir-raħħala ma jkunux żvantaġġjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18561.
Leg 9 PQ #18563 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17595, ladarba jirriżulta li se jiġi importat majjal frisk kif tikkonferma t-tweġiba tal-Ministru stess, jista' l-Ministru jagħti raġuni għala qal li jien għandi ħabta nibbaża d-domandi fuq informazzjoni żbaljata mingħajr ma nindenja nivverifika?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant reġa bbaża d-domanda tiegħu fuq informazzjoni żbaljata għaliex ma ġiex impurtat l-ebda majjal frisk.
Leg 9 PQ #18564 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Sussidju

Question

B'riferenza għas-sussidju li l-Ministru qal li l-produtturi tal-majjal se jieħdu wara li Malta ssir membru ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid kif se taffatwahom it-tneħħija ta' l-export refund fuq l-esportazzjoni tal-majjal wara li Malta ssir membru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Donnu li l-Onor. Interpellant ma hux infurmat illi fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju, l-Unjoni Ewropeja neħħiet l-export refunds kollha fuq l-esportazzjoni tal-majjal. Għaldaqstant mhux ser ikun hemm l-ebda differenza wara li Malta tidħol membru, fir-rigward ta' export refunds.
Leg 9 PQ #18540 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

AXMB Board — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex mistenni li l-Board (AXMB) jiddiskuti l-pożizzjoni ta' l-MRL's fuq l-esportazzjoni tal-ħxejjex u frott lejn il-pajjiżi ta' l-UE? Hemm xi kummissjoni maħtura mill-Board biex tistudja dan it-tibdil? Jekk iva, minn min hija ffirmata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 10311 ħlief li mhux il-kompitu tal-Agricultural Export Marketing Board li jidħol f’dan is-suġġett iżda d-Dipartiment tal-Agrikoltura għandu uffiċjali mħarrġa f’dan il-qasam u għaldaqstant huma fid-dmir li jaġġornaw u jiggwidaw lill-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd dwar dawn l-iżviluppi. Pero' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li meta nitkellmu fuq l-MRL's tajjeb li nżommu quddiem għajnejna l-interessi ta' saħħa tal-konsumatur Malti.
Leg 9 PQ #18543 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta/Libja — Laqgħat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17921, jista' l-Ministru jgħid għal-liema diskussjonijiet qed jirreferi jekk humiex għal dawk preċedenti jew għad-diskussjonijiet li għamel huwa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17921 irreferejt għal diskussjonijiet li saru mill-5 ta' Settembru 1998 l'hawn.
Leg 9 PQ #19119 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sta. Luċija — Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf u jiġi rranġat il-ġibjun f'Sta. Luċija?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onorevoli Interpellant huwa gentilment mitlub li jirreferi din it-talba lil-Ministeru kkoncernat.
Leg 9 PQ #18533 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Alpha — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-varjeta' Alpha skond il-kuntratt li jkopri s-snin 1999, 2000 u 2001 fuq l-ewwel 5,000 tunnellata? Jista' jgħid kemm hija ż-żieda abbażi ta' dan il-kuntratt u tal-kuntratt li kien sar fis-snin 1996, 1997 u 1998 fuq l-istess tunnellaġġ ta' 5,000 tunnellata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-kopji tal-kuntratti li kienu tpoġġew fuq il-mejda ta' din il-Kamra fejn hemm l-informazzjoni kollha li jixtieq. Madankollu rrid infakkru li d-differenza extra, fil-prezz hija sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjes involuti fil-ħatt tal-'containers' minn fuq il-vapuri u l-ġarr tagħhom lejn destinazzjonijiet indikati mir-riċevituri kif jitlob il-ftehim preżenti Carriage paid to Daalimpex Stores. Il-kuntratt ta qablu ma kienx jirrikjiedi dawn l-ispejjes għalliex kien C & F customs cleared E.U. port. Barra minn hekk wieħed ma jridx jinsa li filwaqt qabel kien ikun hemm tama ta overprice, illum dawn il-prospetti tista tgħid li għebew għal kollox minħabba li l-kuntratturi irduppjaw ir-rati tal-ispejjes tagħhom fl-aħħar ftehim. Nigbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli interpellant illi li l-patata kollha esportata din is-sena, jigifieri 6539.2 tunnellata (82,394 qantar) tal-varjetajiet Sante u Alpha flimkien kisbu dhul nett ghall-bdiewa ta’ Lm893,973. Kieku l-istess ammont ta’ patata esportata kienet biss tal-varjeta Alpha skond il-ftehim maghmul mill-amministrazzjoni precedenti, kien iwassal ghall-dhul nett ta’ Lm793,732. Minn dan jirrizulta li d-dħul nett imħallas din is-sena huwa ta’ madwar Lm100,241 fi bwiet il-bdiewa izjed mill-ammont li kien joħrog mill-ftehim oriġinali fuq l-Alpha li hija żieda ta' madwar 13%.
Leg 9 PQ #18534 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Sante — Ordnijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-bdiewa bdew jiġu mitluba jiktbu l-ordnijiet tagħhom għall-varjeta' Sante din is-sena? Meta se jkunu nformati biex jiktbu l-varjeta' Alpha? Fuq liema bażi l-bdiewa qed jiġu mitluba jdawru l-varjeta' ta' żriegħ Alpha għal dik Sante? Kemm hija l-ordni għall-esportazzjoni tas-Sante għas-sena 2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-kitba tal-patata taż-żriegħ tal-varjetajiet kollha mkabbra hawn Malta saret bħas-soltu fil-bidu t’Awissu wara li kienu stabbiliti l-bżonnijiet kemm għas-suq lokali kif ukoll għas-safar. Is-sena d-dieħla jistgħu jiġu msiefra 2000 tunnellata Sante' bl-istess kundizzjonijiet li ntbagħtu din is-sena.
Leg 9 PQ #18535 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Sante u Alpha — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz għall-bdiewa taż-żriegħ tal-patata tal-varjeta' Sante u Alpha fl-1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant messu jaf li filwaqt li d-Dipartiment tal-Agrikoltura huwa responsabbli mill-importazzjoni tal-patata taż-żriegħ Alpha u s-sena li għaddiet din inbiegħet bil-prezz ta Lm8.50 kull xkora ta' 50 kgs, dik tas-Sante` u l-varjetajiet l-oħra ġew impurtati u mibjugħa mill-aġenti rispettivi tagħhom.
Leg 9 PQ #18536 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Sante u Alpha — Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġew trasferiti l-pagamenti tal-patata Sante u Alpha mill-aġenti Olandiżi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment tal-Agrikoltura filwaqt li rċieva l-ħlas ta’ din is-sena għas-Sante’ permezz ta’ żewġ pagamenti li saru f’nofs April u fil-bidu ta’ Mejju, dak ta’ l-Alpha sar permezz ta’ ħames pagamenti li waslu f’nofs Mejju, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Lulju, fil-bidu t’Awissu u l-aħħar wieħed wasal f’nofs Awissu.
Leg 9 PQ #18537 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Alpha — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ħabbarx il-prezz tal-varjeta' Alpha esportata lejn is-suq Olandiż din is-sena, meta żied il-prezz tas-Sante? Meta se jħabbar il-prezz ta' l-Alpha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ma suppost jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, is-safar tal-patata ta’ Malta tal-varjetajiet Alpha u Sante għal dawn l-aħħar sentejn kienu rregolati minn żewġ kuntratti kompletament separati. Għaldaqstant filwaqt li meta saret din il-mistoqsija n-negozju tas-Sante kien konkluż u seta’ jiġi stabbilit il-prezz biex tħallsu dawk li kabbruha, dak ta’ l-Alpha kien għadu ma ġiex finalizzat. Fil-fatt il-prezz tħabbar u l-bdiewa tħallsu diġa bil-prezz ta' Lm10.22 il-qantar.
Leg 9 PQ #18538 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali — Ħaxix u Frott

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-mistoqsija parlamentari 17825 prodott prodott ta' ħaxix u frott separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #19057 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar — Żbir

Question

Jista' l-Ministru jordna li jinżabru siġar li kibru għal għonq it-triq li minn fuq il-pont ta' l-Imsida tagħti għat-Triq ta' Valley Rd, Msida/B'Kara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar tal-Ficus li jinsabu Valley Road, B'Kara kollha nżabru, kif ukoll dawk li jagħtu għan-naħa ta' l-Imsida. L-unika erbgħa siġar li ma nżabrux huma dawk tal-Quercus robur li jinsabu taħt il-pont u viċin il-ġibjun ta' l-ilma. Dawn is-siġar ma jinżabrux issa imma wara li jwaqqgħu il-weraq għal ħabta ta' Diċembru. Għalhekk iż-żabra ta' dawn is-siġar ser issir fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #18530 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

AEM Board — Onorarja

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-onorarja tal-membri ta' l-AEM Board? X'benefiċċji addizzjonali għandhom il-membri inkluż iċ-chairman?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kull membru tal-Agricultural Export Marketing Board għandu onorarja ta' Lm350 fis-sena. La c-chairman u lanqas il-membri m'għandhom xi benefiċċji addizzjonali.
Leg 9 PQ #18531 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Bord tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt u f'liema ġurnata l-Bord tas-Sajd approva t-tibdil tas-sistema ġdida li sajjieda tal-lampuki Għawdxin jiġu mqassma fi tlett kategoriji? Min kienu l-membri tal-bord preżenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tas-Sajd ma japprovax izda jiddiskuti policies ta' management fis-sajd. Id-decizjoni ta' l-adozzjoni ta' policies li ser jigu addottati jew effetwati hija f'idejn id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd. Il-membri tal-bord li kienu prezenti huma: Dr. Anthony Gruppetta Dr. Joe Carabott D'Amato Dr. Tonio Spiteri Mr. William Pomroy Mr. Ivan Portanier Mr. Carmelo Bugeja Mr. Joseph Abela Osservaturi: Mr. Corrado Rossitto (Senior Fisheries Officer) Mr. Mario Tabone (Fisheries Officer - Ghawdex) Mr. Anthony Xuereb (Sajjied Ghawdxi tad-Distrett tax-Xlendi) Mr. Jimmy Xuereb (Sajjed Ghawdxi tad-Distrett tax-Xlendi)
Leg 9 PQ #18452 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17724?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' talbiet pendenti għal għajnuna finanzjarja bħala għotijiet lil bdiewa, raħħala u sajjieda quddiem id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura huwa ta' madwar elf u mitt applikazzjoni (1,100). Dawn jammontaw għal ċifra ta' madwar miljun lira Maltija. L-iskema ta' għajnuna bħala għotjiet bdiet fl-1988 u bħalissa ġiet sospiża fuq deċizjoni tal-Kummissjoni Self u Għotijiet peress li l-gvern qed joffri biss għajnuna lill-bdiewa, raħħala u sajjieda bħala self issussidjat mit-tliet banek ewlenin f'Malta. L-aktar talba li ilha pendenti hija dik ta' bidwi mir-Rabat li kien għamel talba fis-6 ta' Mejju, 1996, din it-talba kienet ġiet approvata mill-ministru ta' dak iż-żmien fit-28 ta' Awissu, 1998, ma kenitx ingħatat peress ma kienx hemm fondi. Din it-talba qegħda terġa' tiġi kkonsidrata.
Leg 9 PQ #18457 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — PROs

Question

Jista' l-Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fis-Segretarjat Privat ta' Ministru d-dmirijiet marbuta ma' Public Relations jitwettqu mill-Communications Co-ordinator. Ir-rinumerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 tas-16 ta' Ġunju 1999. Il-Communications Co-ordinator fil-Ministeru tiegħi minn Settembru 1998 sat-30 ta' Mejju 1999 kien is-Sur Martin Bugelli. Mill-1 ta' Ġunju 1999 is-Sur Bugelli ingħata l-kariga ta' Assistent Personali u baqa jaqdi il-funzjonijiet relatati max-xogħol ta' Communications Co-ordinator. Il-pożizzjoni ta' Communications Co-ordinator min dak inhar għada vaganti.
Leg 9 PQ #18905 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Proġett "Leader Plus"

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk Malta hijiex eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-proġett "Leader Plus" ta' l-Unjoni Ewropea dwar tkabbir organiku? Jekk iva, kif huwa maħsub li nipparteċipaw f'dan il-proġett? Kif jista' jibbenefika minnul-bidwi Malti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Malta mistennija tkun eliġibbli biex tipparteċipa fil-proġett Leader Plus li hu Inizjattiva Kommunitarja għall-iżvilupp rurali. Għaldaqstant, il-Leader Plus hu fil-programm futur tal-Ministeru u t-tħejjijçt preliminarji diġa bdew isiru.
Leg 9 PQ #18970 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mġarr — Binġema Rd - Siġar

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex is-siġar f'Binġema Rd, l/o Mġarr, ċioe' dik quddiem il-pumping station u oħrajn iżjed 'l isfel, jiġu miżbura mill-aktar fis?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed nieħu nota tat-talba ta' l-Onor. Interpellant sabiex inkun nista ngħaddi lill-Kunsill Lokali kkonċernat li hu responsabbli minn din l-area.